Thursday 30 April 2009

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa ta' San Guzepp, Kompatrun tal-Parrocca tax-Xaghra




Ilbierah l-Erbgha 29 ta' April inghata bidu ghall-Festa Solenni ta' San Guzepp, ir-Ragel Gust ta' Marija Vergni, Patrun Universali tal-Knisja Kattolika u l-Kompatrun tal-Parrocca tax-Xaghra. Il-Festa ta' San Guzepp hija wahda ghaziza hafna u tmur lura ghal mijiet kbar ta' snin. Infatti, din is-sena (2009) qeghdin infakkru gheluq il-500 sena minn meta l-jum tad-19 ta' Marzu beda jkun osservat f'Malta bhala Jum ta' Solennita' f'gieh San Guzepp b'festi organizzati mill-Arci-Konfraternita' ta' San Guzepp fir-Rabat ta' l-Imdina. Minhabba li l-festa liturgika ta' Marzu dejjem tahbat fiz-zmien penitenzjali tar-Randan u gieli anke sahansitra fil-Gimgha Mqaddsa, il-komunita' parrokkjali tax-Xaghra trasferiet il-festa Guzeppina ghall-Ewwel Hadd ta' Mejju ta' kull sena. Ghaldaqstant, ilbierah l-Erbgha, kien l-Ewwel Jum tat-Tridu.




Fuq stedina ta' l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo, il-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory ha sehem u anima l-Liturgija Solenni ta' dan l-Ewwel Jum tat-Tridu li kienet preseduta mill-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta' Sant'Anton Abbati, flimkien mas-sacerdoti Kan. Kantur Dun Anton Refalo Zammit, Kan. Tezorier Dun Gorg Farrugia, Kan. Dun Mario Borg (li ghamel ukoll il-prietka ta' l-okkazjoni) u Dun Guzepp Cini. Fl-Introjtu tal-Koncelebrazzjoni, il-Kor Nativitas sellem lill-Kbir Patrijarka San Guzepp bl-innu popolari tieghu Lil San Guzepp, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Waqt ic-celebrazzjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta' Mro. Giuseppe Oltrasi; Quddiesa bi stil mexxej u tal-widna. Fl-offertorju, indaqq l-innu Noffrulek Mulej bil-parti tas-solo nterpretata minn Jessica Rae Bonello, membru attiv tal-Kor Nativitas. Fit-tqarbin Imqaddes, indaqq l-Innu Ewkaristiku Ave Verum Corpus - dan l-innu liturgiku tkanta mill-mezzo-sopran u direttrici tal-Kor, Silvana Agius, bl-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni l-kbir tal-Bazilika ta' Marija Bambina mill-organista Ivan Attard (Ass. Direttur). Waqt il-Koncelebrazzjoni tat-Tridu, saret ukoll il-vestizzjoni ta' numru sabih ta' fratelli godda ghat-tliet Fratellanzi li ghandha l-parrocca tax-Xaghra jigifieri l-Fratellanza ta' San Guzepp, tal-Madonna tar-Ruzarju u tas-Santissimu Sagrament.




Malli ntemmet il-Quddiesa Solenni, sar it-talb tal-Kurunella lil San Guzepp, tkantat l-Antifona Exsurgens Josef (tas-Surmast Nazzareno Refalo) u inghatat il-Barka Sagramentali mill-W.R. Kan. Dun Gorg Farrugia. Ta' min jghid li qabel il-Barka, il-Kor Nativitas interpreta t-Tantum Ergo solenni ta' G. Caruana. Fi tmiem ic-celebrazzjoni, il-Kor rega' sellem lil San Guzepp bil-kant ta' l-Innu Popolari.




Intant, il-Kor Nativitas ghandu servizz iehor b'rabta mal-festa ta' San Guzepp fix-Xaghra. Dan is-servizz ser ikun nhar il-Hadd li gej, 3 ta' Mejju, u jibda ghall-habta tas-7.00pm xhin tohrog il-purcissjoni devota bl-istatwa tal-Kompatrun taghna San Guzepp mill-Kolleggjata-Bazilika ta' Marija Bambina. Mal-hrug tal-purcissjoni, il-Kor Nativitas isellem lil San Guzepp bil-kant ta' l-Innu Popolari bl-akkumpanjament muzikali tas-Socjeta' Filarmonika Victory li tkompli timmarcja fil-purcissjoni bid-daqq ta' marci religjuzi. Il-Banda Victory tkun taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM.




Inheggu lil kulhadd biex jattendi u mill-gdid,


nawguraw il-festa t-tajba lill-Guzeppini Xaghrin kollha!








Wednesday 22 April 2009

Il-Festa Sekondarja ta' San Guzepp fix-Xaghra... Il-Kor Nativitas jippartecipa

Bejn l-Erbgha 29 ta' April u l-Hadd 3 ta' Mejju 2009, fil-Parrocca tax-Xaghra, ser tkun iccelebrata l-festa solenni ta' San Guzepp bhala l-patrun sekondarju ta' l-istess parrocca. Fuq stedina ta' l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo, il-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory ser jippartecipa f'dawn il-festi sbieh adunur ir-Ragel "gust" tal-Vergni Marija u l-Patrun Universali tal-Knisja Kattolika.

Il-partecipazzjoni taghna ser tkun maqsuma f'zewg attivitajiet principali:




Nhar l-Erbgha 29 ta' April jigi ccelebrat l-Ewwel Jum tat-Tridu f'gieh San Guzepp. Fis-7.00pm il-Kor Nativitas janima l-Liturgija Solenni ta' dan l-ewwel jum bi thejjija spiritwali ghall-festa Guzeppina. Ghal din l-okkazjoni, fost innijiet religjuzi ohra, ser jitkanta l-Innu lil San Guzepp, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia, u l-Antifona Exsurgens Josef tas-Surmast Nazzareno Refalo. Dawn iz-zewg surmastrijiet mexxew ghal numru ta' snin lill-Banda Victory, l-ewwel wahda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Ic-celebrazzjoni ta' l-Ewwel Jum tat-Tridu tigi fi tmiemha bit-talb tal-Kurunella u Celebrazzjoni Ewkaristika.




Nhar il-Hadd 3 ta' Mejju, jum il-festa parrokkjali tal-Qaddis, is-Socjeta' Filarmonika Victory flimkien mal-Kor Nativitas isellmu lill-Konpatrun taghna San Guzepp fil-hrug tal-purcissjoni solenni mill-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta' Marija Bambina fis-7.00pm. Jindaqq l-innu lil San Guzepp u wara, il-Banda Victory tkompli takkumpanja l-purcissjoni b'daqq ta' marci religjuzi. Il-Kor Nativitas jerga' jsellem lill-istatwa artistika ta' San Guzepp (1879) fid-dhul taghha lura fil-Knisja Bazilika ghall-habta tat-8.30pm.




Fil-granet li gejjin, ser inkomplu naghtukom aktar taghrif dwar dawn iz-zewg servizzi li ghandna fil-parrocca tax-Xaghra fl-okkazjoni tal-festa sekondarja ta' San Guzepp.




Min-naha taghna, nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba lix-Xaghrin kollha!


Monday 20 April 2009

Iccelebrata l-Festa tal-Hniena Divina... Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Knisja ta' San Frangisk

Bejn nofsinhar tas-Sibt 18 ta' April u matul il-jum kollu tal-Hadd 19 ta' April 2009, fil-Knisja Kattolika giet iccelebrata l-festa tal-Hniena Divina. Din hija festa specjali hafna minhabba l-fatt li riedha Gesu' innifsu. Fid-dehriet li kellu lil Suor Marija Fawstina Kowalska, huwa wera bic-car il-volonta' tieghu li fil-jum tal-Hadd fl-Ottava ta' l-Ghid, tigi ccelebrata festa kbira f'gieh il-Hniena Infinita tieghU. Fil-Knisja ta' San Frangisk fil-Belt Victoria, il-festa tal-Hniena Divina tigi ccelebrata bl-akbar solennita'... matul is-sena, kull xahar, issir l-Adorazzjoni msejha 'tal-Hniena Divina' u fil-jum tal-festa tigi organizzata siegha adorazzjoni Ewkaristika ta' riparazzjoni u wara Koncelebrazzjoni Solenni. Il-Komunita' Frangiskana ta' beltna ghogobha tistieden lill-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory sabiex jippartecipa f'din il-festa.

Ghaldaqstant, is-Sibt 18 ta' April, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni ta' lejliet il-festa li kienet tikkonsisti f'Quddiesa kantata li tmexxiet minn Patri Joe Scerri OFM Konv. Il-Quddiesa bdiet fis-6.30pm. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor zanzan l-innu tal-Hniena Divina fuq kliem u muzika tas-Sur Joe Aquilina. Nirringrazzjaw pubblikament lis-Sinjorina Marianne Pace, il-persuna inkarigata mill-Appostolat tal-Hniena Divina f'Malta, li ghogobha tghaddilna dan l-innu sabih b'tifhir lil Santa Fawstina u l-messagg li kien rivelat lilha. Il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta' Mro. Giuseppe Oltrasi.


L-ghada l-Hadd 19 ta' April, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni ta' Jum il-festa li kienet tikkonsisti f'Koncelebrazzjoni Solenni li bdiet fil-5.00pm u li giet ippreseduta mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita'. Il-Komunita' Frangiskana fahhret il-mod ta' kif giet animata l-liturgija f'dawn il-jiem festivi. Ahna nirringrazzjaw lill-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria tal-fiducja li juru fil-Kor taghna hekk li jistednuna nkantaw f'hafna mill-festi liturgici li jiccelebraw fil-Knisja taghhom. F'dawn iz-zewg okkazjonijiet, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius u l-Assistent Direttur u Organista Ivan Attard. Ir-ritratti ta' dawn l-attivitajiet ser ikunu imtella fuq dan is-sit appena jaslulna.



Saturday 18 April 2009

Il-funzjoni ta' Sibt il-Ghid... aktar ritratti!!






















Bhalma ntqal fi bnadi ohra ta' dan is-sit elettroniku, il-Kor Nativitas kien mistieden sabiex janima l-Liturgija tat-Tridu Paskwali fil-Knisja ta' San Pawl Nawfragu f'Marsalforn. Ic-celebrazzjonijiet kollha kienu preseduti mill-W.R. Kappillan Kan. Dun Mikiel Borg. Aktar ritratti tal-funzjoni ta' Sibt il-Ghid qed jittellghu llum fuq dan il-blog.
Is-servizzi tal-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory ikomplu llejla fis-6.30pm b'Quddiesa kantata fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria) fl-okkazjoni tal-festa tal-Hniena Divina.












Thursday 16 April 2009

Illum jahbat ezattament l-GHAXAR ANNIVERSARJU mit-twaqqif tal-Kor Nativitas

Illum il-Hamis 16 ta' April 2009 jahbat ezattament l-ghaxar anniversarju minn meta saret l-ewwel laqgha ghal dawk it-tfajliet u nisa li xtaqu jiffurmaw parti mill-Kor 'il-gdid' tas-Socjeta' Filarmonika Victory. Dan ifisser li llum il-Kor Nativitas jaghlaq ghaxar snin imwaqqaf - ghaxar snin ta' hidma kontinwa minn dawk kollha nvoluti fl-organizazzjoni ta' dan il-grupp femminili li qed ikompli jgholli 'l fuq isem il-Banda Victory, il-banda ewlenija fl-irhula Ghawdxin, u fuq kollox isem ir-rahal tax-Xaghra li ahna tant nghozzu.

Minn dan is-sit elettroniku, nixtiequ nsellmu lis-Sur Michael Cini, President Emeritus tas-Socjeta' Filarmonika Victory, u lill-W.R. Dun Michael Curmi, l-ewwel direttur muzikali tal-Kor, ghad-dedikazzjoni li wrew fl-ewwel snin tal-Kor Nativitas u ghall-hsieb taghhom biex jitwaqqaf dan il-Kor. Dan l-anniversarju specjali li qed infakkru llum u ser inkomplu niffesteggjaw fix-xhur li gejjin jixprunana biex inkomplu nahdmu ghall-gid tal-Banda taghna halli isem il-lokalita' taghna jibqa' joghla 'l fuq u jinzamm fuq wicc l-idejn.


HAPPY BIRTHDAY LILL-KOR NATIVITAS!!



STORJA TAL-KOR NATIVITAS



Kienet ilha tberren f’mohh il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory (A.D. 1898) tax-Xaghra Ghawdex li jitwaqqaf Kor femminili bil-ghan li jakkumpanja l-Banda tar-rahal taghna fid-diversi servizzi li jkollha matul is-sena. Din l-idea saret realta’ fis-sena 1999 bil-hidma tal-President ta’ dak iz-zmien, is-Sur Michael Cini, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Centrali. Il-Kor twaqqaf ufficjalment nhar il-Gimgha 16 ta’ April 1999 permezz ta’ laqgha li saret fil-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory fi Triq Marija Bambina ghal dawk kollha li gew avvicinati biex jaghtu s-sehem taghhom f’dan il-‘progett’ ta’ fejda ghall-Banda taghna. In-numru ta’ dawk li attendew ma kienx daqstant kbir. Mhux l-istess jista’ jinghad madankollu ghall-gurnata meta saret it-tieni laqgha, jigifieri nhar il-Gimgha 14 ta’ Mejju 1999. Din id-darba, in-numru kien tassew inkoragganti u kien juri li hemm futur sabih ghal dan il-Kor li nghata l-isem ta’ Nativitas biex jaghti gieh lit-Twelid ta’ Marija Bambina li lilha l-parrocca tax-Xaghra hija dedikata.

Problema kbira li dehret kienet it-tmexxija ta’ dan il-kor gdid. Il-Kumitat avvicina liz-zaghzugh Michael Curmi li, ghalkemm kien mghobbi bi studji u ezamijiet avvanzati, mill-ewwel accetta li jidderiegi dan il-Kor. F’Gunju 1999, bdew il-Kuncerti muzikali ghall-membri tal-Kor Nativitas. Dan il-Kor gdid ghamel l-ewwel prestazzjoni ufficjali tieghu nhar l-1 ta’ Settembru 1999 fil-Kuncert annwali li ttella’ s-Socjeta’ Filarmonika Victory fil-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja. Is-sena 1999 tibqa’ mnizzla b’annali tad-deheb fl-istorja tal-lokalita’ taghna ghax dakinhar gew iccelebrati festi kbar fl-okkazjoni tal-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa Titulari ta’ Marija Bambina li baqghu mmarkati biz-zjara fostna ta’ l-Eminenza tieghu l-Kardinal Edmund Casimir Szoka. Bosta kienu dawk li kellhom kliem ta’ tifhir ghall-mod kif gew interpretati l-bicciet muzikali mill-Kor fil-kuncert tal-festa.

Dan kien il-bidu tal-Kor Nativitas. Il-Kor baqa’ miexi ‘l quddiem bla ma qatt hares lura. Bhala Assistenta Direttici tal-Kor, inhatret is-Sinjorina Sylvana Bonello. Matul is-snin, il-Kor ghamel diversi dehriet mhux biss fil-parrocca tax-Xaghra imma anke fi knejjes ohrajn, fosthom il-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria u l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi. L-ghan principali tal-Kor kien li jakkumpanja lis-Socjeta’ Filarmonika Victory waqt il-Programm Vokali u Strumentali li ttella’ kull sena fl-okkazjoni tal-festa titulari ta’ Marija Bambina, ikanta l-Innu l-Kbir “Hdejn in-Nieqa ta’ Marija” lejliet u nhar il-festa titulari (7 u 8 ta’ Settembru) u jippartecipa fil-Programm funebri li ttella’ l-Banda Victory fi zmien il-Gimgha Mqaddsa. B’daqshekk, ma kienx ifisser li l-Kor ma jistabbilix ruhu bhala Kor religjuz li jippartecipa f’diversi celebrazzjonijiet liturgici. Matul is-snin, il-Kor Nativitas zanzan Quddiesa b’zewg vucijiet Missa in Honorem Nativitas Reginae Victoriae miktuba mid-Direttur Michael Curmi.

Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-programmi muzikali kollha li tellghet is-Socjeta’ Filarmonika Victory sew fil-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina u anke fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa. Nhar il-Hadd 3 ta’ Frar 2002, il-Kor kien protagonist principali fl-Akkademja Muziko-Letterarja li ttellghet fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina f’gieh il-W.R. Mons. Mikelang Apap fl-okkazjoni ta’ l-irtirar tieghu minn Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ wara 40 sena ta’ hidma dizinteressata b’rizq l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Sena u nofs wara, ezattament nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru 2003 (festa ta’ Santa Cecilja, patruna tal-muzicisti), il-Kor Nativitas ha sehem fil-Programm Muzikali li organizzat il-Banda Victory tax-Xaghra biex tfakkar l-ghaxar anniversarju mill-hatra ta’ Mro. Joseph Galea LCM bhala Surmast Direttur ta’ l-istess Socjeta’ Filarmonika.

F’Settembru 2006, il-Kor Nativitas tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ra bidla fid-direzzjoni tieghu. Nhar il-Gimgha 27 ta’ Gunju 2006, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djocesan, mexxa l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ Rev. Michael Curmi, Direttur tal-Kor Nativitas. Minhabba l-impenji akkademici li ggib maghha l-ahhar sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju Magguri, id-Djaknu Michael Curmi kellu jinfatam mill-Kor li tant habb u li ghalih iddedika 7 snin minn hajtu bhala Direttur Muzikali. Il-Kumitat Centrali hatar lis-Sinjura Sylvana Agius bhala d-Direttrici l-gdida tal-Kor, kariga li hija ghadha zzomm sal-lum. F’Jannar 2008, il-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Victory hatar lis-Sur Ivan Attard bhala Assistent Direttur u organista ufficjali tal-Kor Nativitas; kariga li ghadu jzomm sal-gurnata tal-lum. Matul dawn is-snin, il-Kor kompla jaghmel diversi prestazzjonijiet fi knejjes u parrocca Ghawdxin. F’Jannar 2009, huwa ghamel l-ewwel debut tieghu fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn (fuq stedina tar-Rettur il-W.R. Dun Michael Borg) fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji adunur l-Appostlu Missierna San Pawl fis-Sena Pawlina. Fil-festi tal-Milied ta’ kull sena, fuq stedina tar-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, il-W.R. Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas janima l-Ewkaristija Solenni tal-lejl tal-Milied li tibda fil-11.00pm b’Carol Singing u l-Koncelebrazzjoni Pontifikali li tkun immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G.Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija.

Fis-sena 2009, il-Kor Nativitas qed jiccelebra kif inhu xieraq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu. Kienu ghaxar snin ta’ hidma bla waqfien minn dawk kollha involuti fl-organizazzjoni ta’ dan il-Kor li qed jaghmel unur lis-Socjeta’ Filarmonika Victory u lir-rahal tax-Xaghra. Fit-12 ta’ April 2009, Hadd l-Ghid il-Kbir, il-Kor Nativitas inawgura s-sit elettroniku tieghu; http://kornativitas.blogspot.com/. Kull min jixtieq aktar taghrif u informazzjoni dwar il-Kor Nativitas, ghandu jcempel il-Kazin tal-Banda Victory fi Triq Marija Bambina fuq in-numru tat-telefon 21 556835 jew inkella lid-Diretturi fuq il-mobile numbers 99420879 (Silvana) u 79284444 (Ivan).


Dan huwa l-ewwel artiklu fis-sensiela ta' artikli informattivi li ser nippubblikaw f'din is-sena specjali ghall-Kor Nativitas. Inheggukom sabiex izzommu ruhkom aggornati b'dak kollu li jkun qed jigri fil-gimghat u x-xhur li gejjin. Grazzi.



Stediniet u Servizzi li gejjin ghall-Kor Nativitas

Dawn huma s-servizzi li se jkollu l-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex matul ix-xhur ta' April, Mejju u Gunju. Dawn is-servizzi jistghu jizdiedu fil-gimghat li gejjin.

Is-Sibt 18 ta' April: Lejliet il-Festa tal-Hniena Divina.

6.30pm: Il-Kor Nativitas janima l-Quddiesa Solenni ta' din il-festa fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Jippresiedu Patri Joe Scerri u Patri Egidio Mizzi OFM Konv.
L-Erbgha 29 ta' April: L-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa ta' San Guzepp.
7.00pm: Il-Kor Nativitas janima l-Ewkaristija ta' l-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa Sekondarja ta' San Guzepp fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta' Marija Bambina, Xaghra Ghawdex.
Il-Hadd 3 ta' Mejju: Jum il-Festa Parrokkjali ta' San Guzepp bhala Konpatrun tax-Xaghra.
7.00pm: Hrug tal-purcissjoni solenni bl-istatwa ta' San Guzepp mill-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina. Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas ta' l-istess Socjeta' isellmu lill-Qaddis bl-innu popolari "Lil San Guzepp", kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Il-Banda Victory tkompli takkumpanja l-purcissjoni bid-daqq ta' marci religjuzi. Il-purcissjoni tidhol lura fil-Bazilika ghall-habta tat-8.30pm.

L-Erbgha 6 ta' Mejju: L-Ewwel Erbgha tal-Madonna ta' Pinu.

Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, il-Kor Nativitas ser janima l-Quddiesa tal-5.30pm fl-ERBGHAT KOLLHA ta' Santa Marija. Il-Kor ser ikun taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius bl-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni maestuz tas-Santwarju Johannus Monarke mill-organista u Assistent Direttur Ivan Attard. Il-Quddiesa (kull nhar ta' Erbgha) tkun imxandra dirett fuq Radju Marija. Aktar dettalji dwar dan is-servizz naghtuhomlkom fil-gimghat li gejjin.


Il-Hadd 10 ta' Mejju: Jum l-Omm.

9.30am: Il-Kor Nativitas janima l-Quddiesa-festa ta' l-ommijiet fil-Knisja ta' San Frangisk, Belt Victoria.


Il-Hadd 14 ta' Gunju: Solennita' tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi).

9.30am: Il-Kor Nativitas janima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta' din il-festa fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Imexxi l-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita' Frangiskana ta' beltna.




IL-KOR NATIVITAS JISTEDINKOM TINGHAQDU MIEGHU


F'DAWN IC-CELEBRAZZJONIJIET LI FIHOM SER JIPPARTECIPA.










Tuesday 14 April 2009

Success ghall-Kor Nativitas fil-Gimgha Mqaddsa 2009






















Irridu nistqarru li sa mit-twaqqif tal-Kor Nativitas f’Gunju 1999, il-Gimgha Mqaddsa ta’ din is-sena kienet l-aktar wahda impenjattiva.

Ic-celebrazzjonijiet principali fethu b’attivita’ religjuza li saret ghall-ewwel darba. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu, btala pubblika, gie organizzat Irtir ta’ zmien ir-Randan ghall-membri kollha tal-Kor. Dan l-irtir gie organizzat fil-Kappella ta’ l-Irtiri li tinsab taht is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti ta’ l-Gharb Ghawdex. L-Irtir kien immexxi mill-W.R. Dun Injazju Borg, Kappillan tal-Parrocca ta’ San Lawrenz u delegat ta’ Mons. Isqof ghal-Liturgija. It-tema kienet “Il-Kant fil-Liturgija tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid.” Kienu mumenti tassew sbieh ta’ fraternita’ bejn il-membri tal-Kor Nativitas – saret diskussjoni tajba hafna dwar is-sinifikat tat-Tridu Paskwali u qsim ta’ esperjenzi. L-attivita’ giet fi tmiemha billi l-Kor anima l-Quddiesa tas-6.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-festi tal-Gimgha Mqaddsa bdew nhar il-Hadd 5 ta’ April bis-Solennita’ ta’ Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Il-Gwardjan tal-Komunita’ ta’ San Frangisk, Patri Gorg Attard OFM Konv., stieden lill-Kor Nativitas sabiex janima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ dan il-jum li bdiet fid-9.30am. Qabel il-Quddiesa, il-Kor anima wkoll il-purcissjoni bil-frieghi tal-palm u z-zebbug li saret fi Pjazza San Frangisk. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis u zanzan innu gdid bl-isem “Innu lis-Salib”, bil-lirika mehuda mil-Liturgija tas-Sighat u muzika ta’ l-Assistent Direttur tal-Kor Ivan Attard.

Wara s-success miksub mill-Kor Nativitas fic-celebrazzjoni tal-Festi Centinarji f’gieh il-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fil-Knisja tieghu f’Marsalforn Ghawdex f’Jannar li ghadda, ir-Rettur il-W.R. Kan. Dun Michael Borg stieden lill-Kor sabiex janima bil-kant il-Liturgija Solenni tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid il-Kbir li beda nhar il-Hamis 9 ta’ April filghaxija, bic-celebrazzjoni tat-Tifkira Solenni ta’ l-Ahhar Ikla tal-Mulej. Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fis-6.00pm u kienet ippreseduta mill-Kappillan Kan. Dun Michael Borg. Skont kif titlob il-Liturgija ta’ Hamis ix-Xirka, ic-celebrazzjoni kienet wahda festiva. Il-Kor Nativitas kanta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis. Lejn l-ahhar tal-Quddiesa, saret it-translazzjoni solenni tas-Santissimu Sagrament mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni, armat b’mod tassew originali u artistiku minn grupp ta’ voluntiera fin-nava tax-xellug tal-Knisja, waqt li l-Kor kanta l-Innu Ewkaristiku Aghti Lsien l-Oghla Fohrija. Ic-celebrazzjoni f’Marsalforn intemmet fit-8.00pm u kienet segwita mill-Vizti Tradizzjonali tas-Sepulkru.

Hija drawwa qadima tal-Knisja li f’jum il-Gimgha l-Kbira ma jigix iccelebrat Quddies. L-unika funzjoni li ssir hija dik ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes. Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, din l-azzjoni liturgika bdiet fl-4.00pm. Kienet funzjoni tassew sabiha li ghaliha attendew bosta nies, fosthom residenti f’Marsalforn u numru sabih ta’ Maltin li kienu qeghdin fostna ghall-btajjel ta’ l-Ghid. Waqt li l-kongregazzjoni telghet sa fuq il-presbiterju sabiex taghti l-qima taghha lis-Salib ta’ Kristu, il-Kor Nativitas kanta l-innijiet Poplu, Innu lis-Salib, u Ahfirli Gesu’. Kien hemm atmosfera serena ta’ gabra u talb fis-skiet. Il-funzjoni intemmet bir-rit tat-Tqarbin Imqaddes u kollox spicca fis-5.50pm.

L-aqwa lejl fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja Kattolika huwa l-lejl tal-Vgili Solenni ta’ l-Ghid il-Kbir. Din hija l-itwal u l-isbah celebrazzjoni li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni fil-Knisja ta’ Marsalforn bdiet fit-8.00pm u kienet ippreseduta mill-Kappillan Kan. Dun Michael Borg, Rettur tal-Komunita’. Ic-celebrazzjoni bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid u l-mixeghla tal-blandun hdejn il-bieb principali tal-Knisja. Dritt wara, giet ipproklamata b’mod solenni t-Thabbira ta’ l-Ghid. Segwew is-seba’ lezzjonijiet tat-Testment il-Gdid bir-ritornelli tas-Salmi Responsorjali kantati kollha. Tkantat il-Gloria in Excelsis Deo (Missa Cantate Domino) u nqraw il-lezzjonijiet tal-Quddiesa. Wara l-omelija tac-celebrant, saret il-Liturgija tat-Tberik ta’ l-Ilma u segwiet il-Liturgija Ewkaristika. Il-Kor Nativitas ghamel prestazzjoni tajba hafna u kellu kliem ta’ tifhir minn dawk kollha prezenti ghall-mod sabih li bih gew kantati l-innijiet kollha ta’ din ic-celebrazzjoni. Il-funzjoni kemmxejn twila giet fi tmiemha fl-10.35pm. Dritt wara, il-Kappillan Kan. Dun Michael Borg organizza agape fl-annexe tal-Knisja ghal dawk kollha prezenti waqt li l-qniepen elettronici mill-kampnar tal-Knisja daqqew moti twal ta’ ferh biex ihabbru l-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Gesu’ Kristu – l-ikbar festa fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja Kattolika Rumana.

L-impenji tal-Kor Nativitas fil-Gimgha Mqaddsa 2009 gew fi tmiemhom nhar il-Hadd 12 ta’ April, Solennita’ ta’ l-Ghid il-Kbir. Fid-9.30am, il-Kor Nativitas tas-Socjeta’ Filarmonika Victory anima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Hadd il-Ghid fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Il-Quddiesa tmexxiet minn Patri Gorg Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana ta’ beltna. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi. Qabel mar ghal din il-Quddiesa, il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory offra figolla tradizzjonali ta’ l-Ghid lid-Diretturi u lill-membri tal-Kor Nativitas bhala awguri sincieri u turija ta’ apprezzament ghall-hidma li huma jwettqu matul is-sena biex ikomplu jghollu ‘l fuq l-isem tas-Socjeta’ Filarmonika Victory – l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin.

Bhal dejjem, matul dawn il-funzjonijiet tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius (Direttrici) u l-Assistent Direttur u organista Ivan Attard.

L-impenn li jmiss huwa fil-festa tal-Hniena Divina li ser tkun iccelebrata fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria) nhar is-Sibt li gej, 18 ta’ April. Il-Koncelebrazzjoni tal-festa tibda fis-6.30pm.
Ir-ritratti li jidhru huma bil-kortesija ta' JJP Zammit. Aktar ritratti jittellghu appena jaslulna. Grazzi.

Sunday 12 April 2009

MERHBA F"DAN IS-SIT ELETTRONIKU GDID


Gheziez qarrejja ta' dan is-sit elettroniku,


naghtukom merhba f'dan il-blog tal-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex. F'dan il-jum tal-Hadd 12 ta' April 2009, meta l-Knisja Kattolika qed ticcelebra s-Solennita' tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet (li hija l-akbar festa fil-kalendarju liturgiku taghha), qeghdin ninawguraw dan is-sit bil-ghan li nkomplu naghtu l-importanza li tisthoqq lill-Kor Nativitas li aktar ma jghaddu l-granet u x-xhur, aktar qed isir popolari fis-servizzi li jaghti waqt ic-celebrazzjonijiet liturgici f'diversi parrocci u knejjes Ghawdxin.


Kienet ilha tberren f'mohhna l-idea li fid-dinja teknologika li fiha qeghdin nghixu, ikollna servizz elettroniku biex ngharrfu lilkom il-qarrejja dwar is-servizzi li jkollna matul is-sena. Illum, din l-idea saret realta'. Peress li dan huwa sit bi prova li ghadu fl-ewwel ftit sighat tieghu, nixtiequ li intom ukoll tibaghtu l-kummenti u s-suggerimenti taghkom biex kemm jista' jkun dan is-sit jilhaq l-ghanijiet principali li ghalihom twaqqaf.


Qeghdin f'sena specjali ghall-Kor taghna - qeghdin niccelebraw propju l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas. F'Gunju 1999, iz-zaghzugh Michael Curmi (illum sacerdot li jinsab jaqdi l-ministeru pastorali tieghu fl-Italja) ghamel l-ewwel provi tal-kant ghall-membri ta' dan il-Kor. Tul dawn l-ghaxar snin, il-Kor Nativitas qatt ma hares lura imma baqa' miexi 'l quddiem. Nixtieq f'isem id-Direttrici tal-Kor, nghid GRAZZI mill-qalb lill-membri kollha ta' dan il-Kor li jaghmlu sagrificcji kbar biex ikunu jistghu jattendu ghall-provi preparatorji li jsiru regolarment kull gimgha fil-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory u ghad-dedikazzjoni taghhom meta nkunu mistiedna nkantaw waqt xi celebrazzjoni liturgika.


Fil-jiem li gejjin, ser naghtukom taghrif dwar l-impenji li kellna mill-bidu ta' din is-sena sa issa u nzommukom infurmati dwar l-attivitajiet li ser ikollna fil-gimghat u x-xhur li gejjin. Ser niddedikaw ukoll pagna ghall-istorja tal-Kor. Nittamaw li dan ikun sit interessanti hafna li jghin sabiex wiehed japprezza dejjem aktar ix-xoghol li jaghmlu dawk kollha nvoluti fil-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex.


Nixtieq minn qalbi nawgura l-kumplament ta' l-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd!


Ivan Attard

Assistent Direttur.