Friday 29 May 2009

Ikomplu l-Erbghat ta' Santa Marija


Nhar l-Erbgha 27 ta' Mejju 2009 komplew l-Erbghat devozzjonali bi thejjija ghas-Solennita' ta' l-Ghid ta' l-Assunta fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Il-Kor Nativitas qed ikun protagonist principali f'dawn l-Erbghat gheziez billi, fuq stedina tal-W.R. Rettur Dun Gerard Buhagiar, qed nanimaw bil-kant il-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija. Inheggukom tinghaqdu maghna f'din it-thejjija spiritwali ghall-ikbar festa li ghandha l-Vergni Marija: il-festa tat-tlugh taghha fis-sema.


Is-servizz li jmissna bhala Kor huwa nhar il-Hadd li gej, 31 ta' Mejju 2009, Solennita' ta' Ghid il-Hamsin, fid-9.30am fil-Knisja ta' San Frangisk (Victoria). Nesprimu s-sodisfazzjon taghna ghall-fatt li l-Kor Nativitas qed izid fin-numru ta' membri fi hdanu. Dan l-ahhar, il-Kor taghna zdied bi tliet membri godda. Dan huwa ta' inkoraggiment kbir ghal dan il-Kor li qed izid fl-impenji tieghu fi knejjes 'il barra mix-Xaghra. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaghtuna s-support taghhom.

Friday 22 May 2009

Servizzi tal-Kor Nativitas matul ix-xhur ta' Mejju sa Awwissu 2009

Gheziez qarrejja ta' dan is-sit u segwaci tal-Kor Nativitas,
qeghdin nippubblikaw online dan il-programm ta' servizzi li ghandna mill-kumplament ta' dan ix-xahar sa Awwissu:
L-Erbgha 27 ta' Mejju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju tal-Madonna ta' Pinu
Il-Hadd 31 ta' Mejju - Quddiesa Solennita' Ghid il-Hamsin - 9.30am - Knisja ta' San Frangisk
L-Erbgha 3 ta' Gunju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
It-Tlieta 9 ta' Gunju - Quddiesa Tridu ta' Sant'Antnin - 6.30pm - Knisja ta' San Frangisk
L-Erbgha 10 ta' Gunju - Quddiesa Tridu ta' Sant'Antnin - 6.30pm - Knisja ta' San Frangisk
Il-Hamis 11 ta' Gunju - Quddiesa Tridu ta' Sant'Antnin - 6.30pm - Knisja ta' San Frangisk
Il-Hadd 14 ta' Gunju - Quddiesa Corpus Domini - 9.30am - Knisja ta' San Frangisk
L-Erbgha 17 ta' Gunju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
It-Tnejn 22 ta' Gunju - Festa tas-Sejha tal-Madonna ta' Pinu - 8.00pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 24 ta' Gunju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 1 ta' Lulju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 8 ta' Lulju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
Il-Hadd 12 ta' Lulju - L-Ewwel Quddiesa Solenni ta' Rev. Joseph Curmi - 9.30am - Bazilika Xaghra
L-Erbgha 15 ta' Lulju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 22 ta' Lulju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 29 ta' Lulju - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
Il-Hadd 2 ta' Awwissu - Quddiesa Kwaranturi Mqaddsa - 6.00pm - Knisja Madonna tal-Karmnu Xlendi
L-Erbgha 5 ta' Awwissu - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
L-Erbgha 12 ta' Awwissu - Quddiesa Erbghat ta' Santa Marija - 5.30pm - Santwarju Madonna ta' Pinu
Is-Sibt 15 ta' Awwissu - Quddiesa Festa Solenni ta' Santa Marija - 8.30am - Santwarju Madonna ta' Pinu.
Bejn ix-xhur ta' Gunju u Settembru, ser isiru numru ta' attivitajiet ta' tifkira b'rabta ma' l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas. Programm separat johrog fil-gimghat li gejjin. Nirringrazzjawkom ilkoll tal-kooperazzjoni taghkom.

Monday 18 May 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa titulari tal-Vizitazzjoni tal-Madonna fil-Knisja taz-Zejt




Il-Kor Nativitas, li din is-sena qed ifakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu, laqa' bil-ferh l-istedina tal-Kan. Dun Achille Cauchi, Rettur tal-Knisja 'taz-Zejt' fl-Gharb (Ghawdex) u ippartecipa fil-Festa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta li giet iccelebrata bejn il-Hadd 10 u l-Hadd 17 ta' Mejju f'din l-imsemmija Knisja.

Ta' min jghid li din il-Knisja serviet bhala l-ewwel parrocca fin-naha tal-Punent ta' Ghawdex meta l-Isqof Molina, nhar id-29 ta' Awwissu 1679, firidha mill-Matrici tal-Kastell u ghamilha parrocca. Serviet bhala parrocca sas-sena 1729, jigifieri ghal hamsin sena shah sakemm inbniet il-Knisja Parrokkjali ta' l-Gharb li hija ddedikata wkoll lill-Vizitazzjoni tal-Madonna. Il-Papa Girgor XVI, b'digriet tad-29 ta' Lulju 1842, zejjen lil din il-Knisja devota b'indulgenza Plenarja li tintrebah mill-Ewwel Ghasar sa nzul ix-xemx tal-festi principali tal-Madonna, jigifieri dawk ta' l-Assunzjoni (15 ta' Awwissu), tal-Kuncizzjoni (8 ta' Dicembru), tal-Purifikazzjoni (2 ta' Frar), tat-Twelid (8 ta' Settembru), tal-Lunzjata (25 ta' Marzu), tal-Prezentazzjoni fit-Tempju (21 ta' Novembru) u tal-Vizitazzjoni (31 ta' Mejju). Ghal aktar taghrif interessanti dwar din il-Knisja helwa, inheggukom izzuru dan is-sit: http://www.kappellimaltin.com/html/taz-zejt_-_gharb.html.

Il-Kor Nativitas ha sehem fil-Quddiesa Solenni ta' lejliet il-festa li saret nhar is-Sibt 16 ta' Mejju. Din il-Quddiesa bdiet fil-5.30pm u kienet immexxija mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Tabone. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta dawn l-innijiet: L-Ghanja tal-Holqien (introjtu), il-Missa Pastorale (Mro. Nazzareno Refalo), Irrid Niehu Sehem (Offertorju), Missierna, Dielja Ghaziza (Tqarbin) u Fil-Hlewwa ta' Mejju (Gheluq). Wara l-Quddiesa, ir-Rettur il-W.R. Kan. Achille Cauchi irrecita l-Kurunella ghaziza f'gieh il-Vizitazzjoni tal-Madonna u wara, inghatat il-Barka Sagramentali. Ghal qabel il-Barka Sagramentali, tkanta t-Tantum Ergo ta' G. Caruana mill-mezzo-sopran u Assistenta Direttrici tal-Kor, Silvana Agius. L-akkumpanjament fuq l-orgni kien f'idejn Ivan Attard, Assistent Direttur. Ic-celebrazzjoni solenni ta' lejliet il-festa ntemmet bil-bews tar-Relikwija.

Wara li ntemmet ic-celebrazzjoni, il-Kor Nativitas kien mistieden ghal riceviment fis-sagristija tal-Knisja 'taz-Zejt'. Kienu mumenti tassew sbieh li fihom tkellimna mar-Rettur tal-Knisja (li ghal min ma jafx huwa hu l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi) dwar id-diversi celebrazzjonijiet liturgici li jkunu ccelebrati fil-Knisja tieghu. Min-naha taghna bhala Kor, irringrazzjajna minn qalbna lil Dun Achille ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna. Hu kien kuntent hafna bil-mod kif animajna c-celebrazzjoni ta' lejliet il-festa titulari u stedinna biex nippartecipaw fil-festa tradizzjonali u popolari tal-martri San Dimitri li ser tkun iccelebrata fil-kappella tieghu fl-Gharb nhar il-Hadd, 27 ta' Settembru 2009. Id-dettalji ta' dan is-servizz naghtuhomlkom fix-xhur li gejjin. Il-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna fil-Knisja taz-Zejt giet fi tmiemha lbierah billi filghodu saret Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u filghaxija saret Quddiesa ta' gheluq il-festa mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta' Ghawdex. Illum it-Tnejn, il-Knisja 'taz-Zejt' fl-Gharb qed ticcelebra s-Solennita' ta' l-Anniversarju tad-Dedikazzjoni taghha.

L-ikbar sodisfazzjon ghalina f'dan is-servizz kien il-fatt li n-numru tal-membri mal-Kor Nativitas zdied bi tlieta. Dan il-fatt ikompli jqawwilna qalbna u jaghmlilna kuragg sabiex fil-gimghat, ix-xhur u s-snin li gejjin, inkomplu naghtu servizz mill-aqwa fil-knejjes, kappelli u fl-okkazjonijiet kollha li fihom nigu mistiedna nippartecipaw. Is-servizzi li jmiss ghall-Kor Nativitas huma: L-Erbgha 20 u l-Erbgha 27 ta' Mejju (Erbghat ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu) u l-Hadd 31 ta' Mejju, Solennita' ta' Ghid il-Hamsin (Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk fid-9.30am).




Sunday 10 May 2009

Il-Kor Nativitas f'Jum l-Omm 2009

Illum il-Hadd 10 ta' Mejju 2009, il-Kor Nativitas inghaqad mad-dinja kollha fic-celebrazzjoni ta' Jum l-Omm. Din il-gurnata specjali fil-kalendarju taghna tfakkarna fl-ommijiet kollha li bi tbatija garrew lil uliedhom ghal disa' xhur fil-guf taghhom, wellduhom u tawhom dak kollu li kien mehtieg biex dawn setghu jizviluppaw umanament u psikologikament. Dan il-jum m'ghandux inessina lill-ommijiet li minhabba diversi ragunijiet jinsabu wehidhom, abbandunati minn uliedhom, u allura qeghdin jghixu taht il-madmad tas-solitudni. Niftakru wkoll f'dawk l-ommijiet li tilfu lil uliedhom u qeghdin jghixu f'dan id-dulur li ggib maghha l-firda tal-mewt. Il-gurnata tal-lum tfakkarna wkoll fl-ommijiet li diga' hallewna u llum qeghdin jistriehu r-raqda dejjiema tas-sliem.
Il-Kor Nativitas iccelebra dan il-jum mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria. Hadna sehem fil-Quddiesa Koncelebrata tad-9.30am li saret b'suffragju ta' l-ommijiet mejtin u li kienet immexxija minn Patri Gorg Attard, Gwardjan tal-Komunita'. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas kanta l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo flimkien ma' numru sabih ta' innijiet ohra li kienu jvarjaw minn innijiet Paskwali (illum niccelebraw il-Hames Hadd ta' l-Ghid) u innijiet Marjani (b'tislima lill-Omm ta' l-Ommijiet; il-Vergni Mqaddsa Marija). Ir-ritratti ta' din l-attivita' nghadduhomlok fil-gimghat li gejjin.
Is-servizz li jmiss tal-Kor Nativitas huwa nhar l-Erbgha li gej, 13 ta' Mejju, fil-5.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu fl-okkazjoni tat-Tieni Erbgha ta' Santa Marija u mbaghad is-Sibt 16 ta' Mejju fil-5.30pm fil-Knisja maghrufa bhala "Taz-Zejt", biswit ic-cimiterju tal-Parrocca ta' l-Gharb, fl-okkazjoni tal-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta. Minn issa, nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Akille Cauchi, Rettur ta' din l-imsemmija Knisja, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna.

Thursday 7 May 2009

Jinghata bidu ghall-Erbghat ta' Santa Marija


Ilbierah l-Erbgha 6 ta' Mejju nghata bidu ghall-hmistax-il Erbgha bi thejjija ghas-Solennita' ta' l-Ghid ta' l-Assunta. Fil-gzira taghna, dawn l-Erbghat huma maghguna mal-hajja religjuza tal-poplu u ghaldaqstant, kif wiehed jista' jimmagina, bosta huma dawk l-Ghawdxin li jaghmluhom b'devozzjoni b'xi zjara fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu jew fil-Knisja Katidrali.


Matul dawn l-Erbghat, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, ikun hemm moviment shih. Mill-4.30am sal-10.30pm, in-nies li jmorru jinviztaw lill-Madonna fil-kwadru taghha litterament ma jaqtghu xejn. Il-Kor Nativitas fi hdan is-Socjeta' Filarmonika Victory ghandu rabta specjali ma' dan is-Santwarju ghaziz ghall-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar li prezentament huwa r-Rettur tas-Santwarju, il-Kor jippartecipa f'numru sabih ta' funzjonijiet li jigu ccelebrati f'dan il-post qaddis. Din is-sena, ir-Rettur ghamel stedina lill-Kor Nativitas sabiex jippartecipa fl-Erbghat devozzjonali ta' Santa Marija billi janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija ghall-beneficcju tal-morda u l-anzjani fid-djar.


Il-Koncelebrazzjoni Solenni tal-bierah tmexxiet mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex, flimkien ma' tliet sacerdoti ohra. Is-suggett maghzul ghall-Ewwel Erbgha kien "Il-Vergni Marija: dixxiplu tal-Mulej." Ghal din il-Quddiesa li fethet dawn l-Erbghat ta' Santa Marija, il-Kor Nativitas esegwixxa l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo. Waqt li l-migemgha resqet ghat-Tqarbin, giet kantata l-Ave Maria ta' F. Schubert mill-mezzo-sopran u direttrici tal-Kor, Silvana Agius, bl-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni Johannus Monarke tas-Santwarju mill-organista Ivan Attard. Dan l-orgni kien inawgurat nhar il-Hamis 19 ta' Gunju 2008 waqt kuncert minn Mro. Dr. Hugo Agius Muscat fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji li fakkru l-125 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna ta' Pinu lil Carmela Grima u Frangisk Portelli. Ic-celebrazzjoni tal-bierah intemmet bil-kant ta' l-innu "Lill-Madonna ta' Pinu", kliem ta' Dun Gerard Buhagiar u muzika ta' Joe Formosa.


Is-servizz tal-Kor taghna fl-Erbghat tal-Madonna jirrepeti ruhu kull nhar ta' Erbgha sat-12 ta' Awwissu li gej, tlett ijiem qabel is-Solennita' ta' Marija Imtellgha fis-Sema. Is-servizz li jmissna bhala Kor Nativitas ikun nhar il-Hadd li gej, 10 ta' Mejju, festa ta' Jum l-Omm, fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria). Il-Quddiesa tibda fid-9.30am.


Tuesday 5 May 2009

Servizzi tal-Kor Nativitas ghax-xahar ta' Mejju 2009

Dawn huma s-servizzi ufficjali tal-Kor Nativitas ghal dan ix-xahar:

L-Erbgha 6 ta' Mejju: L-Ewwel Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija, li tiftah il-hmistax-il Erbgha devozzjonali bi thejjija ghall-Ghid ta' l-Assunta. Din il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija (102.3 FM u 107.8 FM).
Il-Hadd 10 ta' Mejju: Jum l-Omm.
9.30am: Quddiesa Solenni b'talb specjali ghall-ommijiet hajjin u mejtin fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Imexxi Patri Gorg Attard OFM Konv., Gwardjan.
L-Erbgha 13 ta' Mejju: It-Tieni Erbgha ta' Santa Marija u l-Ewwel Dehra tal-Madonna ta' Fatima.
5.30pm: Quddiesa Solenni bi hsieb fuq il-Vergni Marija fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. Din il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija.
Is-Sibt 16 ta' Mejju: Lejliet il-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna.
5.30pm: Koncelebrazzjoni ta' lejliet il-festa fil-Knisja 'taz-Zejt' biswit ic-cimiterju tal-parrocca ta' l-Gharb. Janima l-Kor Nativitas.
L-Erbgha 20 ta' Mejju: It-Tielet Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa Solenni bi hsieb fuq il-Vergni Marija fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. Din il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija.
L-Erbgha 27 ta' Mejju: Ir-Raba' Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa Solenni bi hsieb fuq il-Vergni Marija fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. Din il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija.
Il-Hadd 31 ta' Mejju: Solennita' ta' Ghid il-Hamsin (Pentekoste).
9.30am: Fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria), Koncelebrazzjoni Solenni ppreseduta minn Patri Gorg Attard OFM Konv., li taghlaq Zmien il-Ghid bit-tifkira solenni ta' l-Inzul ta' l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u fuq il-Knisja.

Monday 4 May 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-hmistax-il Erbgha bi thejjija ghall-Ghid ta' l-Assunta


Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu fil-limiti ta' l-Gharb Ghawdex, il-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory ser jippartecipa bis-shih fil-hmistax-il Erbgha devozzjonali bi thejjija spiritwali ghas-Solennita' ta' Marija Imtellgha fis-Sema li tigi ccelebrata kull sena nhar il-15 ta' Awwissu. Il-Kor taghna ser janima l-Quddiesa tal-5.30pm KULL NHAR TA' ERBGHA (mis-6 ta' Mejju sat-12 ta' Awwissu). Din il-Quddiesa tkun imxandra b'mod dirett fuq Radju Marija. Inheggu lil kulhadd sabiex jinghaqad maghna f'din id-devozzjoni antika tal-hmistax-il Erbgha bi thejjija ghall-Ghid ta' l-Assunta.

Ghall-beneficcju tal-qarrejja taghna, ser naghtukom il-programm shih ta' attivitajiet li jsiru fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu f'dawn l-Erbghat li jibdew fis-6 ta' Mejju, 2009.

Is-Santwarju Nazzjonali jiftah fl-4.30am.

Quddies fis-Santwarju: 5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am u 9.00am.

Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella tal-Madonna ta' Pinu: 11.30am - 5.30pm.

5.30pm: Koncelebrazzjoni li tkun imxandra fuq Radju Marija. Issir omelija qasira dwar il-Vergni Marija. Janima l-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius u l-Assistent Direttur u Organista Ivan Attard.

Quddies: 6.30pm u 8.00pm.

Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet fil-Kappella tal-Madonna: 9.00pm - 10.00pm.

10.15pm: Tinghad it-Talba ta' Gheluq il-Jum u tinghata l-Barka Sagramentali.


Is-Santwarju ta' Pinu jaghlaq fl-10.30pm.


Ghal aktar informazzjoni, ikkuntattjaw lil Dun Gerard Buhagiar (rettur). Lil dan is-sacerdot zelanti, nirringrazzjawh pubblikament ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna. Ahna nawguraw li din il-hbiberija genwina li hemm bejn l-amministrazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali ta' gziritna u l-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra tkompli tikber u tissahhah sabiex tilhaq ghanijiet oghla.






Il-Kor Nativitas itemm l-impenji tieghu b'rabta mal-festa ta' San Guzepp, Kompatrun tax-Xaghra


Ilbierah il-Hadd 3 ta' Mejju, il-parrocca tax-Xaghra iccelebrat il-festa sekondarja ta' San Guzepp. Fl-4.15pm sar il-Kant Solenni tat-Tieni Ghasar mill-W.R. Kapitlu Kolleggjali ppresedut mill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo. Fil-5.00pm inghata bidu ghal Pontifikal Solenni li tmexxa mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija. Fis-6.30pm bdiet hierga l-purcissjoni solenni bl-istatwa artistika ta' San Guzepp (Gallard et Fils, 1879). Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas ta' l-istess Socjeta' Filarmonika sellmu lill-Kompatrun taghna bl-innu Lil San Guzepp, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Il-Banda akkumpanjat il-purcissjoni b'daqq ta' marci religjuzi mat-toroq principali tar-rahal taghna u regghet sellmet lill-Qaddis, Protettur tal-Knisja Universali, fid-dhul lura tax-xbieha devota tieghu fis-Santwarju ta' Marija Bambina ghall-habta tat-8.00pm. Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas kienu taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM.
Aktar ritratti jittellghu appena jaslulna.