Friday 31 July 2009

Servizzi ghax-xahar ta' Awwissu 2009

Dawn huma s-servizzi li ser ikollu l-Kor Nativitas matul ix-xahar ta' Awwissu:

L-Erbgha 5 ta' Awwissu: L-Erbatax-il Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa bil-prietka dwar il-virtujiet tal-Vergni Mbierka mmexxija mill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija 102.3 FM.
L-Erbgha 12 ta' Awwissu: Il-Hmistax u l-ahhar Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li taghlaq dawn l-Erbghat devozzjonali bi thejjija ghas-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema ta' Marija Santissima. Il-Quddiesa tkun imxandra dirett fuq Radju Marija 102.3 FM.
Il-Gimgha 14 ta' Awwissu: Lejliet is-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija.
8.30pm: Velja ta' talb aux flambaux u Koncelebrazzjoni Solenni tal-Vgili mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Il-pellegrinagg bil-kwadru-replika tal-Madonna ta' Pinu jitlaq minn hdejn is-sigra awrikarja ta' l-Gharb u jintemm quddiem is-Santwarju fejn tigi ccelebrata Quddiesa bit-talb tas-salmi. Il-funzjoni tkun imxandra dirett fuq Radju Marija 102.3 FM u stazzjonijiet komunitarji ohra.
Bejn il-Gimgha 28 u t-Tnejn 31 ta' Awwissu: L-ewwel erbat ijiem tan-Novena tal-festa titulari ta' Marija Bambina.
7.30pm: Il-Kor Nativitas jinghaqad ma' korijiet ohra li nsibu fil-parrocca tax-Xaghra biex janima l-Liturgija tan-Novena bi thejjija ghall-jum tat-8 ta' Settembru.

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Velja ta' l-Ghid ta' l-Assunta


Il-Kor Nativitas gie mistieden formalment mill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu sabiex janima l-Velja ta' l-Ghid ta' l-Assunta li bhal ma gara f'dawn l-ahhar snin, ser issir quddiem dan is-Santwarju nhar il-Gimgha 14 ta' Awwissu 2009, Vgili tas-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema ta' l-Imqaddsa Vergni Marija, mit-8.30pm 'il quddiem. Il-velja tibda b'pellegrinagg ta' talb bil-kwadru-replika tal-Madonna ta' Pinu minn hdejn is-sigra awrikarja fl-Gharb u jintemm bit-talb tas-salmi u l-Koncelebrazzjoni Solenni ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof tad-Djocesi ta' Ghawdex. Flimkien mal-Kor Nativitas ser ikun hemm prezenti xi koristi ohra. Il-funzjoni tkun taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius (Direttrici tal-Kor) u l-organista Ivan Attard (Assistent Direttur). Il-velja ser tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija (102.3FM) u stazzjonijiet komunitarji ohra. Aktar dettalji dwar din l-attivita' nghadduhom fil-jiem u l-gimghat li gejjin. Inheggukom sabiex thallu din il-gurnata libera halli tkunu tistghu tinghaqdu maghna fic-celebrazzjoni tal-Vgili ta' l-Ghid ta' l-Assunta quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu!

Saturday 11 July 2009

Il-Kor Nativitas jawgura lis-sacerdot novell Dun Joseph Curmi


Ghada l-Hadd 12 ta’ Lulju 2009, ir-rahal tax-Xaghra ser jilbes il-libsa tal-festa sabiex jifrah mas-sacerdot novell Dun Joseph Curmi fl-okkazjoni ta’ l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu fil-Bazilika ta’ Marija Bambina. Din il-Quddiesa tkun wahda ta’ ringrazzjament lil Alla ghad-don tas-sacerdozju ministerjali.

Joseph Curmi, iben Peter u Maria nee Apap, twieled ix-Xaghra Ghawdex nhar il-11 ta’ Novembru 1984. Huwa attenda l-Iskola tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu’ u aktar tard l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana. Kien f’dan iz-zmien li hu beda jhoss li ghandu jaghti servizz lill-Knisja billi jkun abbati u jservi l-Altar Imqaddes. Joseph issieheb mal-grupp ta’ l-Abbatini tal-parrocca taghna. Huwa kompla bl-edukazzjoni sekondarja tieghu fis-Seminarju Minuri tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u aktar tard bl-edukazzjoni post-sekondarja fl-Iskola ghal Studji Avvanzati Sir Mikelang Refalo. F’dan iz-zmien bejn l-adoloxxenza u z-zghozija, huwa beda jattendi l-laqghat ta’ formazzjoni u l-irtiri tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet tal-parrocca tax-Xaghra taht id-direzzjoni ta’ Mons. Ewkaristiku Sultana, dak iz-zmien Arcipriet tal-Parrocca. Dan iz-zmien ta’ dixxerniment wasslu ghad-decizjoni li jidhol is-Seminarju biex jistudja sewwa l-vokazzjoni tieghu. Fis-Sajf tas-sena 2002, Joseph ressaq talba formali lill-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi sabiex ikun jista’ jibda l-kors ta’ formazzjoni filosofika-teologika li jwasslu ghall-ordinazzjoni presbiterali. It-talba tieghu giet accettata u f’Settembru ta’ dik is-sena, Joseph sar seminarista. Matul iz-zmien tas-Seminarju, huwa ghamel diversi esperjenzi ta’ pastorali f’diversi parrocci Ghawdxin fosthom ma’ grupp ta’ adoloxxenti mill-Munxar u l-Grupp tal-Vokazzjonijiet tal-parrocca ta’ San Gorg (Victoria). Bejn Settembru 2005 u Awwissu 2006, Joseph ghamel l-esperjenza tieghu tas-Sena Intermedjarja fil-missjoni tal-Peru’ fejn jinsab is-sacerdot Ghawdxi, Fr. Raymond Portelli (min-Nadur). Din is-sena ‘barra’ ghenitu jaghraf ahjar dak li l-Mulej ried minn hajtu. Fil-hames sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju, ezattament nhar is-Sibt 10 ta’ Frar 2007, Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta, Mons. Isqof Mario Grech tah il-ministeru tal-Lettorat fil-Knisja Parrokkjali tal-Munxar waqt Pontifikal Solenni. Din l-esperjenza wasslitu sal-gurnata tal-Hadd 16 ta’ Dicembru 2007, it-tieni jum tan-Novena tal-Milied meta, waqt Koncelebrazzjoni Solenni fil-Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina, l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech istitwixxa l-Ministeru ta’ l-Akkolitat lis-seminarista Joseph Curmi – ministeru li ghamlu b’mod permanenti ministru straordinarju tat-Tqarbin. Joseph kompla bl-esperjenza tieghu ma’ diversi gruppi fi hdan parrocci differenti f’Ghawdex. Nhar il-Gimgha 27 ta’ Gunju 2008, fil-Knisja Katidrali, is-seminarista Joseph gie ordnat Djaknu minn idejn l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Id-Djaknu Rev. Joseph Curmi ghamel l-esperjenza tad-Djakonat fil-Parrocca ta’ San Lawrenz fejn hemm zewg sacerdoti Xaghrin jaqdu l-ministeru taghhom ta’ raghajja ta’ l-erwieh – Dun Injazju Borg (Kappillan) u Dun Charles Sultana (Vici-Parroku). Nhar is-Sibt 13 ta’ Gunju 2009, lejliet is-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej, id-Djaknu Joseph Curmi gie ordnat sacerdot ghal dejjem permezz tar-rit tat-tqeghid ta’ l-idejn ta’ l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djocesan. Ghal diversi snin, Joseph kien ukoll wiehed mill-organisti principali tal-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina.


PROGRAMM TA’ L-EWWEL QUDDIESA SOLENNI – IL-HADD 12 TA’ LULJU 2009

9.00am: Marc mill-Banda Victory minn quddiem ir-residenza privata ta’ Dun Joseph Curmi fi Triq Spiera ghall-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina.

9.30am: Dhul solenni tas-sacerdot novell fil-Bazilika. Kant ta’ l-Innu Tu Es Sacerdos u vizta lil Gesu’ Ewkaristija. Koncelebrazzjoni Solenni ppreseduta mill-W.R. Dun Joseph Curmi assistit mir-Reverendu Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna flimkien ma’ diversi sacerdoti Maltin u Ghawdxin. Jiehu sehem il-Kor Jesus of Nazareth ta’ Tas-Sliema (Malta) flimkien ma’ rapprezentanti tal-korijiet Xaghrin, fosthom il-Kor Nativitas. Id-direzzjoni muzikali tkun f’idejn il-Kan. On. Mro. Patri Salv Galea O.P.

Wara l-Quddiesa, jibda riceviment kbir adunur is-sacerdot novell fil-bitha principali ta’ l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana fi Triq it-Tigrija.

Dun Joseph Curmi u l-familja tieghu ghandhom rabta specjali mal-Kor Nativitas ghall-fatt li huh, il-W.R. Dun Michael Curmi serva bhala l-ewwel Direttur Muzikali tal-Kor bejn April 1999 u Gunju 2006.

ID-DIRETTRICI TAL-KOR SILVANA AGIUS, L-ASSISTENT DIRETTUR U ORGANISTA IVAN ATTARD U L-MEMBRI KOLLHA TAL-KOR NATIVITAS JIXTIEQU JAWGURAW LIS-SACERDOT NOVELL DUN JOSEPH CURMI

AD MULTOS ANNOS!!

Monday 6 July 2009

Servizzi u Attivitajiet tal-Kor ghal matul ix-xahar ta' Lulju

Qeghdin inhabbru b'mod ufficjali s-servizzi u l-attivitajiet l-ohra ser ikollu l-Kor Nativitas matul dan ix-xahar ta' Lulju.
- L-Erbgha 1 ta' Lulju: 5.30pm Quddiesa tad-Disa' Erbgha ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
- L-Erbgha 8 ta' Lulju: 5.30pm Quddiesa ta' l-Ghaxar Erbgha ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
- Il-Gimgha 10 ta' Lulju: 7.00pm Bar-B-Q kbir ghall-membri tal-Kor hdejn il-breakwater tal-bajja ta' Marsalforn. Dan il-BBQ qed ikun organizzat mid-Diretturi bhala ringrazzjament lill-membri tal-Kor ghall-hidma taghhom matul is-sena.
- Il-Hadd 12 ta' Lulju: 9.30am L-Ewwel Quddiesa Solenni tas-sacerdot novell Fr. Joseph Curmi fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina. Il-Kor Nativitas jinghaqad mal-Kor Jesus of Nazareth tas-Sliema (Malta) u korijiet ohra lokali fl-esekuzzjoni tal-Quddiesa bis-sehem ta' l-orkestra taht id-direzzjoni tal-Kan. On. Patri Salvatore Galea O.P.
- L-Erbgha 15 ta' Lulju: 5.30pm Quddiesa tal-Hdax-il Erbgha ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
- Il-Hamis 16 ta' Lulju: 7.00pm Koncelebrazzjoni Solenni li tinkludi l-Kant tat-Tieni Ghasar fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi fl-okkazjoni tal-festa liturgika tat-titular.
- L-Erbgha 22 ta' Lulju: 5.30pm Quddiesa tat-Tnax-il Erbgha ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
- Il-Hadd 26 ta' Lulju: Matul in-nofs ta' nhar ta' filghodu, ser inzuru l-Kappella ta' Sant'Anna fid-Dwejra fl-okkazjoni tal-festa liturgika taghha. Niehdu sehem fis-sagrificcju tal-Quddiesa.
- L-Erbgha 29 ta' Lulju: 5.30pm Quddiesa tat-Tlettax-il Erbgha ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
Kif wiehed jista' jara, il-Kor Nativitas ser ikun impenjat b'diversi attivitajiet matul dan ix-xahar ta' Lulju. Ahna nawguraw li l-attivitajiet kollha jkunu success!!

Friday 3 July 2009

Kuncert Muzikali Kbir fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu


Il-Kor Nativitas dejjem ta importanza kbira lill-attivitajiet kulturali u muzikali li jittellghu fil-gzira Ghawdxija. Bhalma jghid tajjeb hafna l-motto tal-Kor, l-ghan taghna huwa li naghtu l-hajja lill-muzika u lill-kant. Ghall-beneficcju ta' kulhadd, qeghdin nippubblikaw online l-poster ufficjali tal-Kuncert Muzikali li ser jittella' llum il-Gimgha 3 ta' Lulju 2009 fis-7.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu minn Kor kbir Amerikan. Il-kuncert jiehu madwar siegha u d-dhul huwa b'xejn. Inheggu lil kulhadd biex jattendi.