Wednesday 30 September 2009

Il-Kor Nativitas featured fuq il-mezzi ta' l-istampa lokali


F’dawn il-granet, fuq il-gazzetti lokali, deher feature dwar it-tnedija ufficjali tac-CD “Infahhruk bil-Kant” li huwa produzzjoni tal-Kor Nativitas. Dan l-artiklu, li qed ingibuh fuq dan is-sit ghall-beneficcju ta’ dawk li ma qrawhx, jitkellem dwar dan il-progett inawgurat fil-bidu ta’ Settembru:

“Fl-okkazjoni ta’ gheluq l-ghaxar snin mit-twaqqif tieghu, il-Kor Nativitas fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra GHawdex nieda l-ewwel CD tieghu li ggib l-isem “Infahhruk bil-kant”. Dan il-compact disc tnieda waqt il-Programm Vokali u Strumentali li tellghet l-istess Socjeta’ nhar il-Gimgha 4 ta’ Settembru 2009 fl-okkazjoni tal-festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina ccelebrata fil-parrocca tax-Xaghra. Il-produzzjoni ta’ din ic-CD kienet il-qofol tal-preparamenti u thejjijiet li saru mill-amministrazzjoni ta’ l-istess Kor f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Centrali tal-Banda Victory biex jitfakkar dan l-anniversarju sinifikanti.

Ic-CD tiffoka fuq innijiet religjuzi li jistghu jitkantaw matul iz-zmien hekk imsejjah “ferjali” fil-Liturgija tal-Knisja. Ma’ dawn zdiedu partijiet instrumental. Ir-recording sessions tac-CD saru taht id-direzzjoni tar-recording engineer John Agius (MBX Studio) fil-prezenza tad-Direttrici tal-Kor, Silvana Agius, u l-Assistent Direttur u organista Ivan Attard. Id-direzzjoni tal-Kor Nativitas tixtieq tirringrazzja lill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, li gentilment tana l-permess biex stajna nuzaw l-orgni maestuz Johannus-Monarke tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu ghar-recording ta’ partijiet minn din ic-CD. Fost il-bicciet li gew rekordjati bis-sehem tal-Kor, insibu l-innijiet “Herqanin”, “Kemm Inti Kbir”, “Ejjew Infahhru lil Marija” u “Tantum Ergo”. Bhala partijiet li gew interpretati b’mod solo mill-organista tal-Kor, insibu l-“Harpsichord Concerto No. 2” (J.S. Bach), “Prelude Op. 28 No. 4” (Frederic Chopin) u “Largo” (George Frederic Handel) fost ohrajn.

Il-Kor Nativitas qed ikompli jkabbar ir-reputazzjoni tieghu permezz ta’ diversi servizzi fi Knejjes GHawdxin, ewlenin fosthom fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi u ohrajn. Il-Kor jorganizza wkoll diversi attivitajiet socjali ghall-membri tieghu fosthom BBQs fix-xhur tas-Sajf, ikliet fi Zmien il-Milied u Zmien il-Ghid u anke irtiri fi Zmien ir-Randan u Zmien l-Avvent biex permezz ta’ talks minn persuni esperti fil-qasam tal-kant, il-membri jkomplu jitghallmu dwar il-mod kif jigi interpretat il-kant liturgiku f’dawn iz-zminijiet differenti ta’ matul is-sena tal-Knisja.

Dawk li jixtiequ jakkwistaw kopja tac-CD gdida tal-Kor Nativitas, ghandhom javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat Centrali tal-Banda Victory tax-Xaghra Ghawdex jew lid-Direttrici tal-Kor. Il-hlas huwa ta’ € 10.00. Grazzi ta’ l-interess taghkom.”

B’zieda ma’ dan l-artiklu li deher fuq il-gazzetti lokali, hemm il-hsieb li fix-xhur li gejjin, isir feature dwar il-Kor taghna fuq il-mezzi tax-xandir (jigifieri radju u televizjoni). Dwar dan, naghtukom aktar taghrif ‘il quddiem.

Saturday 26 September 2009

Isir il-Bar-B-Q ghall-koristi fi tmiem is-Sajf 2009!

F'temp relattivament sabih minkejja l-previzjonijiet ta' maltemp, nhar il-Gimgha 25 ta' Settembru saret l-ahhar attivita' socjali tas-Sajf ghad-Diretturi u l-membri tal-Kor Nativitas b'turija ta' ringrazzjament ghax-xoghol volontarju li jaghmlu matul is-sena. Din l-attivita' kienet tikkonsisti f'Bar-B-Q kbir hdejn il-breakwater tal-bajja ta' Marsalforn. Dan il-Bar-B-Q kellu jsir nhar it-Tlieta li ghaddiet imma minhabba temp xejn sabih, kellu jigi postpost ghall-gurnata tal-Gimgha. Il-koristi jkunu jistennew bil-herqa attivitajiet simili ghax permezz taghhom jiltaqghu flimkien f'ambjent differenti mis-soltu u waqt li jilaghbu flimkien, isiru jafu aktar lil xulxin. Ahna nemmnu li attivitajiet socjali bhal dawn jghinu fil-binja tal-Kor u allura jsahhu l-ghaqda bejnietna li hija essenzjali biex ikollna success!
Ghaldaqstant, ghall-habta tal-5.00pm, il-koristi ngabru quddiem il-Kazin tal-Banda Victory u rhewlha bil-karozzi lejn id-destinazzjoni taghhom - il-breakwater ta' Marsalforn. F'dawn il-jiem, din il-bajja popolari tkun diga' bdiet tnaqqas mir-ritmu tas-Sajf minhabba li n-numru sabih ta' villeggjanti li jkunu nizlu hawn biex iqattghu l-vaganzi taghhom hdejn il-bahar, ikunu diga' bdew jirritornaw lura lejn djarhom ghar-rutina normali tas-sena, interrotta biss bil-perijodu tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena u l-festi ta' l-Ghid. Sal-5.30pm kulhadd kien ingabar u wara li armajna l-affarijiet li kellna bzonn, stajna nibdew l-attivita'.
Matul dan il-Bar-B-Q, il-koristi laghbu hafna loghob flimkien - bil-loghba l-aktar popolari tibqa' dik 'tal-pakkett'. F'din il-loghba, pakkett kbir jibda jdur lill-partecipanti li jkunu qeghdin f'forma ta' cirku. Waqt li jkun ghaddej dan il-pakkett, tindaqq il-muzika. Xhin tieqaf il-muzika (li kienet f'idejn id-Direttrici Silvana Agius), il-pakkett jieqaf fejn ikun wasal u l-partecipant partikolari jiftah l-ewwel karta li tkun imgezwra f'dan il-pakkett u jara x'isib - jista' jkun xi premju ckejken jew inkella xi kastig (ghalkemm nammetti li ma tantx kien hemm kastigi fil-pakketti ta' dan il-Bar-B-Q!) Fl-ahhar tal-pakkett normalment ikun hemm xi rigal - sakemm ma jkunx xi flixkun vojt tal-plastik li jispicca jiehdu l-Assistent Direttur tal-Kor! Loghob iehor kien dak ta' l-atturi u/jew kantanti Maltin u anke tal-kelma misterjuza. L-attivitajiet ma waqfux u l-membri tal-Kor Nativitas hadu hafna gost!! Nirringrazzjaw lill-koristi adoloxxenti Jessica Rae Bonello, Mikaela Bonello, Annalise Said u Miriam Sultana tal-pacenzja li hadu biex ippreparaw dan il-loghob.
Sadanittant, minn hdejn il-Bar-B-Q grill, bdiet gejja riha tfuh ta' laham mixwi... waqt li l-loghob kien ghaddej, John Agius, Mark Formosa u Pawlu Theuma kienu qeghdin jippreparaw l-ikel ghall-koristi. Nirringrazzjaw lilhom ukoll tal-pacenzja li hadu bina fil-preparazzjoni ta' l-ikel ghax kieku zgur li ma konniex nieklu ikel daqstant appetituz fil-hin! Wara li kulhadd trejjaq, il-loghob baqa' ghaddej u tqassmet id-dezerta ppreparata mid-Direttrici tal-Kor. Il-Bar-B-Q spicca b'daqq ta' muzika u awguri lil wahda mill-koristi, Emma Formosa, li nhar is-Sibt 26 ta' Settembru, ticcelebra gheluq sninha.
Kienet tassew attivita' sabiha li tikkumplimenta l-Bar-B-Q li kien sar fl-10 ta' Lulju li ghadda. Ahna nharsu 'l quddiem ghal aktar attivitajiet bhal dawn li jkomplu jibnu l-Kor Nativitas u jsahhu l-ghaqda ta' bejnietna! Ghandna wkoll numru mdaqqas ta' ritratti li tistghu tarawhom fin-naha tal-lemin ta' dan is-sit. Sadanittant, is-servizzi ghall-Kor ikomplu nhar l-Erbgha 30 ta' Settembru, il-Hamis 1 u l-Gimgha 2 ta' Ottubru permezz ta' Quddies fl-okkazjoni tat-Tridu tal-Festa ta' San Frangisk iccelebrata fil-Knisja ddedikata lilu fir-Rabat Ghawdex. Il-Koncelebrazzjoni Solenni tibda fis-6.30pm.

Friday 18 September 2009

Attivita' ta' tmiem is-sajf ghall-koristi

Issa li l-istagun tant mistenni minn bosta qed jasal fi tmiemu, id-direzzjoni tal-Kor Nativitas qed jorganizzaw l-ahhar attivita' socjali li fiha huma mistiedna l-membri kollha ta' dan il-Kor. Din l-attivita' ser tkun tikkonsisti f' Bar-B-Q kbir b'turija ta' ringrazzjament ghax-xoghol siewi li jwettqu l-koristi mhux biss matul is-sajf imma aktar minn hekk, matul is-sena kollha, kemm fil-provi li jsiru regolarment kull gimgha u anke fl-okkazjonijiet li fihom inkunu mistiedna nippartecipaw.

Dan il-Bar-B-Q ser isir nhar it-Tlieta 22 ta' Settembru 2009 mill-5.30pm 'il quddiem hdejn il-breakwater tal-bajja ta' Marsalforn.

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta' San Frangisk fl-Ghoti tal-Pjagi - 17 ta' Settembru

Minbarra l-festa devozzjonali ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, il-komunita’ tal-Frangiskani ghandha numru ta’ festi specjali matul is-sena marbutin ma’ qaddisin li f’hajjithom haddnu r-regola ta’ San Frangisk u li allura kienu membri ta’ xi kongregazzjoni mwaqqfa minn dan id-Djaknu Serafiku ta’ Assisi. L-iktar festa li tikseb prominenza hija s-Solennita’ Liturgika ta’ San Frangisk li tigi ccelebrata kull sena fl-4 ta’ Ottubru. Madankollu, fis-17 ta’ Settembru, il-Komunitajiet tal-Patrijiet Frangiskani jfakkru l-grajja tas-sena 1224 meta, b’don specjali ta’ Alla, San Frangisk gie moghti l-pjagi ta’ Sidna Gesu’ Kristu biex hekk, huwa jsir jixbah aktar lis-Salvatur tal-bnedmin. Fir-rakkont ta’ hajjet dan il-qaddis, l-Isqof gharef San Bonaventura jghid hekk:

“Ghodwa wahda, qrib il-festa ta’ l-Ezaltazzjoni tas-salib Imqaddes (14 ta’ Settembru 1224), waqt li kien qed jitlob mal-genb tal-Muntanja (La Verna), Frangisku ra Serafin b’sitt igwienah, bhal donnhom ittajjru xrar tan-nar u jleqqu sbieh, niezel mill-gholi tas-smewwiet. U meta b’titjira mghaggla ghall-ahhar wasal fl-arja qrib dak il-post fejn kien il-bniedem ta’ Alla, fil-gwienah dehret ix-xbieha ta’ ragel imsallab, b’idejh u riglejh mifruxa f’ghamla ta’ salib u mwahhlin mas-salib. Zewgt igwienah kienu merfugha fuq rasu, tnejn kienu mifruxa bhallikieku biex itir, u t-tnejn l-ohra jghattulu gismu kollu. Staghgeb mhux ftit meta ra dik id-dehra, u qalbu mtliet b’tahlita ta’ niket u hena fl-istess hin. Ferah meta ra taht ix-xbieha ta’ Serafin lil Kristu jhares lejh b’harsa kollha hlewwa, izda d-dehra Tieghu mwahhal ma’ salib, nifditlu qalbu bis-sejf tad-dulur (Lq 2:35), daqskemm hass ghalih…

Meta l-vizjoni ghabet hallietlu f’qalbu hegga li l-kliem ma jasalx ifisser, u fuq gismu stampatlu xbieh ta’ marki li m’hi xejn inqas tal-ghageb. Fil-fatt gara li minnufih, f’idejh u f’riglejh bdew jidhru s-sijnali ta’ l-imsiemer, l-istess bhal dawk li qabel kien ra fix-xbieha tar-ragel imsallab. Idejh u riglejh dehru mtaqqbin fin-nofs bil-musmar, Ir-ras ta’ l-imsiermer dehret fuq in-naha ta’ gewwa ta’ l-idejn u l-parti ta’ fuq tar-riglejn, waqt li l-ponot taghhom dehru fuq in-naha l-ohra. Ir-ras ta’ l-imsiemer fl-idejn u r-riglejn kienet tonda u sewda, waqt li l-ponta mtawwla, milwija lura u bhallikieku rbattuta, hierga mil-laham u mqabbza ‘l barra. In-naha lemin ta’ genbu wkoll kienet bhal qisha minfuda b’lanza, u dehret gerha hamra li spiss kienet tnixxi demm qaddis li jxarrab it-tonka u l-hwejjeg minn taht.”


Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria biex jippartecipa f’din it-tifkira ghaziza. Fis-6.30pm bdiet Quddiesa Solenni li tmexxiet minn Patri Joe Scerri. Fil-bidu tal-Quddiesa, il-Kor interpreta l-Innu miktub minn San Frangisk innifsu – “Diehla go qalbi – l-Ghanja tal-Holqien”. Il-Quddiesa li giet esegwita kienet dik Gregorjana – Missa De Angelis – bil-ghan li jkun hemm partecipazzjoni shiha mill-kongregazzjoni migbura. Intant, fil-prezent, il-Kor Nativitas qed ikompli bil-provi tieghu fit-taghlim ta’ Quddiesa gdida li hemm il-hsieb li tizzanzan fix-xhur li gejjin. Ic-celebrazzjoni ta’ din il-festa ntemmet kif kien tassew jixraq bil-kant ta’ l-innu “Ninsgu Safja – Innu lil San Frangisk”, kliem ta’ Patri Albert Sammut OFM Konv.

Ic-celebrazzjoni li jmissna nippartecipaw fiha bhala Kor Nativitas hija l-festa ta’ San Dimitri ccelebrata fil-kappella tieghu fil-limiti ta’ l-Gharb Ghawdex. Il-festa tkun tikkonsisti f’Quddiesa solenni fil-5.00pm bil-prietka dwar il-Qaddis u gheluq permezz ta’ Celebrazzjoni Ewkaristika. Din il-festa ser tkun iccelebrata nhar il-Hadd 27 ta’ Settembru. Aktar taghrif naghtuhulkom fil-jiem li gejjin.

Friday 11 September 2009

Wara l-FESTA... Grazzi lil kulhadd!!

Issa li gew fi tmiemhom il-festi solenni f'gieh it-Twelid tal-Patruna taghna Marija Bambina, l-amministrazzjoni tal-Kor Nativitas u l-Kumitat Centrali tas-Socjeta' Filarmonika Victory jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li ghenu sabiex l-attivitajiet kollha konnessi mal-festa kienu success. Hawnhekk ta' min isemmi s-success li nkiseb waqt il-Programm Vokali u Strumentali tal-Gimgha 4 ta' Settembru u waqt l-attivitajiet esterni li fihom ippartecipat il-Banda taghna. Bhala Diretturi tal-Kor, nixtiequ nirringrazzjaw lill-membri kollha ghas-sagrificcju li ghamlu biex attendew ghall-provi preparatorji u ghas-servizzi kollha li kellhom skedati waqt il-granet propji tal-festa.
L-impenji tal-Kor ikomplu immedjatament mill-gimgha d-diehla. Is-servizzi li ghandna ghal matul ix-xahar ta' Settembru huma:
Quddiesa fl-okkazzjoni tal-Festa ta' San Frangisk fl-Ghoti tal-Pjagi (17 ta' Settembru), Quddiesa f'jum il-festa tradizzjonali ta' San Dimitri ccelebrati fil-Knisja tieghu fil-limiti ta' l-Gharb (27 ta' Settembru) u Koncelebrazzjoni Solenni fl-Ewwel Jum tat-Tridu bi thejjija ghas-Solennita' Liturgika ta' San Frangisk t'Assisi ccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Konventwali fil-Belt Victoria (30 ta' Settembru). Aktar dettalji dwar dawn is-servizzi naghtuhom aktar 'il quddiem. Nirringrazzjawkom ta' l-interess taghkom fl-attivitajiet li fihom nippartecipaw!!