Monday 26 October 2009

Servizzi matul ix-xahar ta' Novembru 2009

Il-Hadd 1 ta’ Novembru: Jum is-Solennita’ tal-Qaddisin Kollha.
9.30am: Koncelebrazzjoni fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Imexxi Patri Gorg Attard, Gwardjan tal-Komunita’.

It-Tnejn 2 ta’ Novembru: Jum it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha.
6.30pm: Quddiesa kantata ‘de requiem’ fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria).

It-Tlieta 3 ta’ Novembru:
6.00pm: Fil-Bazilika ta’ Marija Bambina, Quddiesa kantata ‘de requiem’ b’suffragju ta’ l-erwieh tal-bandisti, socji, surmastrijiet, membri tal-Kumitat u benefatturi tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Imexxi l-Ewkaristija l-W.R. Kan. Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali.
Wara li tintemm il-Quddiesa, isir pellegrinagg lejn ic-cimiterju parrokkjali fejn jitqieghdu bukketti ta’ ward u jinghad talb b’suffragju ta’ l-Erwieh tal-Purgatorju. F’dan il-pellegrinagg, jiehu sehem il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ u delegazzjoni mill-Kor Nativitas.

It-Tlieta 10 ta’ Novembru: Lejliet is-Solennita’ tal-103 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Frangisk.
6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li tinkludi l-Kant ta’ l-Ewwel Ghasar tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Imexxi l-W.R. Patri Gorg Attard, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana.

L-Erbgha 11 ta’ Novembru: Jum is-Solennita’ tal-103 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Frangisk.
6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li tinkludi l-Kant tat-Tieni Ghasar tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Imexxi Patri Gorg Attard (Gwardjan).

Is-Sibt 21 ta’ Novembru: Festa ta’ Santa Cecilja V.M., patruna tal-muzika u tal-muzicisti.
ATTIVITAJIET FIL-KON-KATTIDRAL TA’ SAN GWANN U FIT-TOROQ PRINCIPALI TAL-BELT VALLETTA ORGANIZZATI MILL-GHAQDA KAZINI TAL-BANED.
5.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja Konkatidrali ta’ San Gwann fil-Belt Valletta bis-sehem tal-Kumitati tas-Socjetajiet muzikali kollha ta’ Malta u Ghawdex. Jiehu sehem il-Kor Nativitas taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.
6.30pm – 8.15pm: Marci brijuzi mill-Banda Victory tax-Xaghra mat-toroq principali tal-Belt Valletta. Il-Banda tkun taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. Aktar dettalji dwar dan is-servizz prestiggjuz jinghata fil-gimghat li gejjin.



Issir il-Quddiesa ta' Radd il-Hajr lil Alla

Nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2009, lejliet il-111 Anniversarju mit-Twaqqif tas-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra, il-Kumitat Centrali f’kollaborazzjoni mad-direzzjoni tal-Kor Nativitas organizzaw Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina.

Il-Quddiesa bdiet fis-6.30pm u kienet immexxija mill-W.R. Dun Michael Curmi, Vici Rettur tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta’ Gesu’ u l-Ewwel Direttur Muzikali tal-Kor Nativitas. Mieghu ikkoncelebra l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo. Skont xewqa ta’ l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u b’rabta mal-Kungress Ewkaristiku Djocesan li qed isir f’Ghawdex f’dawn il-jiem, waqt il-Quddiesa gew spjegati r-riti liturgici principali li jsiru waqt ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Il-lezzjonijiet tal-Quddiesa flimkien mat-talbiet ta’ intercessjoni nqraw minn membri attivi tal-Kor. L-offerti li ttellghu kienu jinkludu wkoll strument muzikali, uniformi tal-Kor, uniformi tas-Socjeta’ u ktieb tal-kant li jirraprezentaw lill-Banda nnifisha u lill-Kor li kien qed irodd hajr lil Alla f’gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu.

Il-Kor Nativitas esegwixxa innijiet sbieh bhal ‘Herqanin’ (introjtu), ‘Noffrulek Mulej’ (Offertorju), ‘Qaddis’ (M. Palmitessa), ‘Aghti Qima’ (akklamazzjoni), ‘Kull Hin Imbierek Ismu’ (Tqarbin) u ‘Fahhru mieghi lill-Mulej’ (gheluq).

Thursday 22 October 2009

Tifkira tal-111 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Banda Victory (1898 - 25 ta' Ottubru - 2009)

Nhar il-Hadd 25 ta’ Ottubru 2009, is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex ser tfakkar il-111 Anniversarju mit-twaqqif taghha. Il-Banda Victory hija l-akbar u l-eqdem ghaqda li nsibu fir-rahal taghna.

Fi tmiem is-seklu dsatax, ir-rahal tax-Xaghra kien ghaddej minn attivita’ partikolari, cioe’ l-Casa Pia Industriale. Din twaqqfet fi zmien il-parrokat ta’ l-ewwel Arcipriet, Dun Guzepp Diacono. Il-Banda bl-isem La Vittoria taf il-bidu taghha lil numru sabih ta’ zghazagh li wrew ix-xewqa taghhom lill-Arcipriet Diacono f’Settembru tas-sena 1898 u jidher li dawn iz-zghazagh kellhom lis-Surmast Malti Eduardo Farina li kien jaqla’ l-ghajxien tieghu billi jdur l-irhula ta’ Ghawdex flimkien ma’ wiehed Ghawdxi mlaqqam “Ta’ Garella” jbiegh xi hwejjeg zghar. Darba minnhom, “Ta’ Garella” waqaf jitkellem ma’ certu wiehed Karmnu mix-Xaghra li kien dilettant kbir tal-festa. Bla ebda telf ta’ zmien, Karmnu resaq fuq l-Arcipriet Diacono u wrieh dan il-hsieb li dlonk inghogob. Dawn iz-zghazagh talbu lill-Arcipriet Diacono sabiex ihallihom jaghmlu uzu mid-Dar Industrijali ghall-provi u l-kuncerti tal-banda u b’hekk din id-dar serviet bhala l-lokal tal-Banda “La Vittoria”. Il-Banda tax-Xaghra twaqqfet formalment fil-jum glorjuz tal-25 t’Ottubru, 1898 u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Din is-Socjeta’ Filarmonika ghamlet success f’qasir zmien u kellha 120 membru fejn daqqet ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta’ San Guzepp tax-Xaghra fl-1899 u fil-festa titulari ta’ l-istess sena. Madankollu, fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju, f’Ottubru 1906, inqala’ dizgwid fil-kumitat u l-Banda kellha tieqaf hesrem. Fis-sena 1934, twaqqfet ghall-ewwel darba l-ghaqda tal-Boy Scouts fix-Xaghra. Wara numru ta’ diskussjonijiet u hsieb sabiex din l-ghaqda jkollha l-banda taghha, f’dik l-istess sena, regghet ghat-tieni darba twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna, din id-darba bl-isem tal-Banda Victory. Matul il-medda taz-zmien, is-Socjeta’ Filarmonika Victory kienet immexxija minn diversi surmastrijiet ta’ hila, fosthom is-Surmast Mikiel Farrugia (1934 – 1960), Joseph Camilleri A.MusLCM (1960 – 1971), Nazzareno Refalo (1971 – 1977), Anton Bonnici (1977 – 1993) u Joseph Galea LCM (1993 – prezent). Is-Socjeta’ Filarmonika Victory torganizza esklussivament zewg kuncerti kbar matul is-sena li huma l-Kuncert ta’ muzika sagra fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa (generalment Lejliet Hadd il-Palm) fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u l-Programm Vokali u Strumentali li jittella’ fil-jiem tal-festa titulari fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja (generalment isir nhar l-4 ta’ Settembru). Bejn is-snin 1958 u 1967, is-Socjeta’ mexxiet it-talba biex il-Kolleggjata ta’ Marija Bambina tigi mghollija ghad-dinjita’ ta’ Bazilika minn idejn il-Q.T. Papa Piju VI fuq insistenza ta’ l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi. Is-sena 1994 tibqa’ mnizzla b’ittri kbar tad-deheb fl-annali tas-Socjeta’ minhabba l-mawra taghha fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, liema zjara kienet saret bejn id-19 ta’ Settembru u t-3 t’Ottubru. F’Settembru 1999, il-Banda Victory hadet sehem fil-festi specjali li saru mill-parrocca tax-Xaghra biex ifakkru l-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa titulari ta’ Marija Bambina fil-prezenza tal-Em. T. il-Kardinal Edmund Casimir Skoza. Bejn is-Sibt 29 ta’ April u l-Erbgha 3 ta’ Mejju 2006, il-Banda Victory hadet sehem fil-Festi Cinkwantenarji li fakkru l-hamsin anniversarju minn meta s-Socjeta’ Filarmonika Leone irregalat l-istatwa artistika u devota ta’ Marija Assunta lill-Knisja Katidrali. Matul dawn l-ahhar snin, kompla ghaddej xoghol ta’ manutenzjoni u modernizzar tal-Kazin li jinsab fi Triq Marija Bambina.

Dan l-anniversarju ser ikun imfakkar b’QUDDIESA SOLENNI TA’ RINGRAZZJAMENT LIL ALLA fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina – Xaghra nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru fis-6.30pm. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo bis-sehem tal-W.R. Kan. Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ u l-W.R. Dun Michael Curmi, l-ewwel Direttur tal-Kor. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Nativitas u bis-sehem shih tal-ferghat kollha tas-Socjeta’.

Id-dettalji tal-Quddiesa u ritratti jinghataw il-gimgha d-diehla.

Saturday 17 October 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta' Gesu' Nazzarenu

Nhar il-Hamis 15 ta’ Ottubru, il-komunita’ ta’ Gesu’ Nazzarenu fix-Xaghra tat bidu ghat-Tridu Ewkaristiku bi thejjija ghas-Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Holqien kollu li ser tigi ccelebrata nhar il-Hadd 18 ta’ Ottubru fit-tifkira ta’ l-ewwel centinarju mit-tberik ta’ l-istess knisja f’dawk l-inhawi.

Minbarra l-Knisja Parrokkjali ddedikata lit-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija, fix-Xaghra wiehed jista’ jsib tliet knejjes filjali – wahda ddedikata lil Sant’Anton Abbati (liema knisja serviet bhala wahda parrokkjali bejn is-sena 1688 u l-1692), il-knisja tal-Konverzjoni ta’ San Pawl fl-inhawi ta’ Marsalforn u l-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu li tbierket fis-sena 1909 u giet ikkonsagrata nhar il-15 ta’ Novembru, 1931. Il-Knisja tan-Nazzarenu tista’ tiftahar b’bosta opri ta’ arti, ewlieni fosthom il-Kwadru titulari li juri lil Kristu nkurunat fix-xewk fil-glorja tieghU, liema kwadru tpitter mill-artist Malti, Lazzaro Pisani. Fil-prezent, il-komunita’ ta’ Gesu’ Nazzarenu hija fdata fil-kura pastorali tar-Rettur il-Kan. Dun Anton Refalo Rapa.

Il-Kor Nativitas ilu ghal diversi snin jigi mistieden b’mod regolari sabiex jippartecipa f’din il-festa billi janima l-Quddiesa ta’ l-Ewwel Jum tal-Kwaranturi. Din is-sena, din il-Quddiesa saret fil-15 ta’ Ottubru – tifkira liturgika ta’ Santa Tereza ta’ Avila, Vergni u Duttur tal-Knisja. Il-festa ta’ din is-sena hija wahda specjali ghall-fatt li ninsabu fis-Sena Sacerdotali, imnedija mill-Q.T. Papa Benedittu XVI nhar id-19 ta’ Gunju li ghadda, u anke minhabba li f’dawn il-jiem infetah b’mod solenni l-Kungress Ewkaristiku Djocesan li ser jinzamm fid-Djocesi ta’ Ghawdex fl-okkazjoni ta’ gheluq it-80 Anniversarju minn meta sar l-ewwel Kungress ta’ din ix-xorta fil-gzira taghna u biex jiggedded l-impenn ta’ kull nisrani Ghawdxi favur il-Jum tal-Hadd – Jum il-Mulej.

Ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewwel Jum tat-Tridu Ewkaristiku nfethet bit-talba tar-Ruzarju, il-Kant tal-Ghasar li tmexxa minn Mons. Ewkaristiku Sultana u l-Barka Sagramentali. Fis-7.00pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni li kienet ippreseduta mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Generali tad-Djocesi taghna, bis-sehem tas-sacerdoti Xaghrin u l-familjari taghhom biex flimkien jirringrazzjaw lil Alla ghad-don tas-Sacerdozju Ministerjali u biex ifakkru t-twaqqif tas-sagrament ta’ l-Ewkaristija. Wara numru sabih ta’ provi li saru ghall-membri kollha tal-Kor, konna tassew preparati biex naghtu servizz dinjituz u li jixraq f’din l-okkazjoni unika u specjali. Fl-introjtu tal-Quddiesa, il-Kor esegwixxa l-Innu “L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi”, muzika tas-surmast Marco Frisina – dan huwa innu ispirat mill-kliem tal-Profeta Isaija u applikat l-ewwelnett ghal Kristu, is-Sommu Sacerdot, u imbaghad ghall-ministri ikkonsagrati fid-diversi gradi li ghandha l-Knisja, jigifieri l-Episkopat (Isqfijiet), il-Presbiterat (sacerdoti) u d-Djakonat (djakni). Innijiet ohrajn li gew esegwiti kienu “Harsitna ‘l Fuq” (offertorju), “Tnezzajt mill-gmiel” (tqarbin – innu li japplika tant tajjeb ghal Kristu Sultan), u “Jesus Christ you are my life” (gheluq). Giet esegwita wkoll il-Missa Cantate Domino ta’ Giuseppe Oltrasi – liema Quddiesa nizlet tant tajjeb mal-kongregazzjoni numeruza migbura ghall-Ewkaristija.

Wara li ntemmet il-Quddiesa, il-Kor Nativitas kien mistieden ghal bibita fil-Kunvent tas-Sorijiet Frangiskani anness ma’ l-istess Knisja. Nirringrazzjaw lil din il-komunita’ religjuza u lill-komunita’ kollha li toqghod fl-inhawi tan-Nazzarenu ta’ l-akkoljenza taghhom! Ritratti ta’ din l-attivita’ jittellghu fil-jiem li gejjin.

Friday 16 October 2009

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija tal-Festa tal-Madonna tas-Sahha


Nhar l-Erbgha 14 ta’ Ottubru, fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria, giet iccelebrata l-festa f’gieh il-Madonna, Sahha tal-Morda. Din hija festa ghaziza fil-kalendarju tal-knejjes u l-komunitajiet Frangiskani.

Id-devozzjoni marbuta ma’ din il-festa hija popolari hafna fil-Knisja ta’ San Frangisk tar-Rabat li fiha hemm insibu meqjum kwadru tal-Madonna wisq meqjuma mill-Maltin. Dan il-kwadru juri lill-Madonna b’idejha ma’ xulxin, migbura fis-skiet u qieghda titlob. Din ix-xbieha giet moghtija l-isem ta’ “Madonna tas-Sahha” mill-Maltin u inkurunata nhar l-4 ta’ April 1948 b’digriet tal-Kapitlu tal-Vatikan. Id-devozzjoni popolari xterdet imbaghad fil-knejjes Frangiskani kollha.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk, ta’ kull sena, issir din il-festa fil-jum liturgiku taghha, jigifieri fl-14 ta’ Ottubru. Din is-sena, il-festa saret bis-sehem shih tal-Kor Nativitas. Fis-6.00pm inghad ir-Ruzarju segwit mill-Kurunella u talb iehor bl-intercessjoni tal-Vergni Marija tas-Sahha. Il-funzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali. Fis-6.30pm inghata bidu ghal Quddiesa kantata bil-prietka ta’ l-okkazjoni li tmexxiet minn Patri Joe Scerri. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa numru sabih ta’ innijiet Marjani fosthom “Lil Marija Regina”, “Gejt quddiemek nitlob” u “Fahhru mieghi lill-Mulej”, flimkien mal-‘Missa Pastorale’ tas-Surmast Nazzareno Refalo.


Tuesday 6 October 2009

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Festi Centinarji f'gieh Kristu Sultan

Ghal sena ohra, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Kan. Dun Anton Refalo Rapa, Rettur tal-Knisja ta' Gesu' Nazzarenu fix-Xaghra, sabiex jippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni ta' l-Ewwel Jum tal-Kwaranturi li ser issir nhar il-Hamis 15 ta' Ottubru 2009. Din is-sena, il-festa ta' Kristu Sultan qed tikseb sinifikat specjali peress li l-Knisja tan-Nazzarenu qed taghlaq mitt sena mit-tberik taghha. Il-festi nfethu nhar il-Hadd li ghadda, 4 ta' Ottubru permezz tac-celebrazzjoni tal-Festa tal-Vergni Mqaddsa Marija tar-Ruzarju u jilhqu l-qofol taghhom nhar il-Hadd 18 ta' Ottubru permezz tal-Purcissjoni b'Gesu' Ewkaristija mat-toroq ta' l-inhawi.

Saturday 3 October 2009

Issir l-Ikla ta' ringrazzjament ghall-bandisti u l-membri tal-Kor

Nhar il-Hamis 1 ta’ Ottubru, il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory organizza l-Ikla annwali ta’ ringrazzjament lill-bandisti u lill-membri tal-Kor Nativitas ghall-partecipazzjoni taghhom fid-diversi servizzi li kellha l-Banda taghna matul ix-xhur tas-Sajf, b’mod partikolari fl-istagun tal-festi Ghawdxin. Is-servizzi tal-Banda matul is-Sajf kienu numeruzi tant li l-Banda hadet sehem f’dawn il-festi: il-festa tan-Nawfragju ta’ San Pawl iccelebrata fil-Parrocca tal-Munxar, il-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ fil-Parrocca tal-Fontana, il-festa ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl fin-Nadur, il-festa kontitulari tal-Madonna tas-Sokkors iccelebrata f’Kercem, il-festa titulari ta’ Santa Margerita VM fil-Parrocca tas-Sannat, il-festa ta’ San Guzepp fil-Qala, il-festa ta’ San Lawrenz fil-parrocca li ggib ismu, il-festa ta’ Santa Marija ccelebrata fil-parrocca tal-Katidral, il-festa ta’ Santa Marija fiz-Zebbug u l-festa titulari tal-Madonna ta’ Loreto fil-parrocca ta’ Ghajnsielem. Il-qofol ta’ dawn is-servizzi ntlahaq permezz tal-Programm Vokali u Strumentali li s-Socjeta’ tellghet nhar l-4 ta’ Settembru u li fih tfakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas.

Il-membri ta’ dan il-Kor kienu wkoll impenjati mhux hazin f’dan is-Sajf permezz ta’ diversi servizzi li huma kellhom f’numru ta’ knejjes Ghawdxin – fosthom is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu (l-Erbghat ta’ Santa Marija) u l-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn (Kwaranturi Solenni). Ma’ dawn, wiehed irid izid is-sessjonijiet kollha ta’ recording li saru biex stajna nniedu c-CD il-gdid “Infahhruk bil-Kant”. Kien ghalhekk misthoqq li l-Kumitat jirrikonoxxi x-xoghol kollu li sar sew mill-bandisti u anke mill-koristi u joffri ikla bhala sens ta’ radd il-hajr lilhom ghas-sehem taghhom biex isem is-Socjeta’ taghna jibqa’ jinzamm fuq wicc l-idejn.

Bhal kull attivita’ socjali ohra, l-ikla serviet biex il-membri tal-Kor setghu jinghaqdu flimkien f’ambjent differenti mis-soltu u jsiru jafu aktar lil xulxin. Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-Kumitat Centrali tax-xoghol volontarju kollu li jaghmel b’rizq il-Kazin u b’rizq il-Banda taghna u talli offrielna din l-ikla bhala rigal tas-sehem li naghtu matul is-sena. Grazzi mill-gdid!!

Festa ta' San Frangisk ta' Assisi - Il-Kor Nativitas jiccelebra mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tar-Rabat Ghawdex


Il-festa liturgika ta’ San Frangisk t’Assisi tigi ccelebrata ta’ kull sena nhar l-4 ta’ Ottubru. Kif wiehed jista’ jobsor, din il-festa Frangiskana tigi ccelebrata bl-akbar solennita’ fil-Knisja ddedikata lilu fil-qalba tal-Belt Victoria. Ta’ min jinnota li ghalkemm il-festa l-aktar popolari li tigi ccelebrata f’din il-Knisja hija s-Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni li tilhaq il-qofol taghha nhar it-8 ta’ Dicembru, il-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali ghandha lil San Frangisk bhala t-titular taghha u ghaldaqstant, jixraq li ssir festa xierqa u devota lil dan il-Qaddis.

Ghall-ewwel darba din is-sena, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani sabiex jippartecipa f’din il-festa billi janima t-tlett Quddisiet tat-Tridu li beda nhar l-Erbgha 30 ta’ Settembru u ntemm nhar il-Gimgha 2 ta’ Ottubru 2009. Ic-celebrazzjoni ta’ kull gurnata kienet tikkonsisti fir-Ruzarju meditat, Quddiesa Koncelebrata bil-prietka tat-Tridu minn Patri William Bartolo, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Din is-sena, il-festa ta’ San Frangisk kisbet sinifikat specjali minhabba li fid-dinja Frangiskana qed jitfakkar gheluq it-800 sena mill-ghoti tar-Regola tal-Ghaqdiet Religjuzi li jhaddnu l-karizma ta’ dan id-Djaknu Serafiku ta’ Assisi. Id-direzzjoni tal-Kor gharfet il-kobor ta’ din il-festa ghall-komunita’ Frangiskana ta’ beltna u gharfet tohrog bicciet muzikali sbieh biex jigu esegwiti fil-pubbliku halli permezz taghhom tinghata qima lil Alla. Il-muzika f’dawn it-tlett ijiem kienet wahda varjata, b’Quddies li jvarja minn dak ta’ natura Gregorjana (Missa De Angelis), Quddies bil-lingwa Maltija (Messa Pastorale) u Quddiesa bil-Latin li ghandha stil polifoniku ghalkemm il-Kor interpretaha b’vuci wahda (Missa Cantate Domino). L-innijiet liturgici l-ohra kienu maghzula b’mod li l-kongregazzjoni migbura setghet tippartecipa fihom bl-akbar mod haj f’dan it-Tridu Solenni adunur San Frangisk. Gew ukoll kantati tliet salmi responsorjali differenti u tliet versetti ta’ l-Hallelujah li gew immuzikati mill-Ass. Direttur Ivan Attard. Bosta membri kantaw partijiet wehidhom – fost dawn insemmu lil Mikaela Bajada, Jessica Rae Bonello, Tiziana Galea, Annalise Said u Miriam Sultana. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius. Ir-ritratti ta' din l-attivita' jinsabu fin-naha tal-lemin ta' dan is-sit. Is-servizzi li ghandu l-Kor Nativitas ghax-xahar ta’ Ottubru (3) huma dawn:

- Il-Hamis 15 ta’ Ottubru: L-Ewwel Jum tal-Kwaranturi bi thejjija ghas-Solennita’ ta’ Kristu Sultan fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu (Xaghra). Il-Koncelebrazzjoni tibda fis-7.00pm.
- Il-Gimgha 16 ta’ Ottubru: Festa tal-Madonna tas-Sahha fil-Knisja ta’ San Frangisk. Quddiesa kantata fis-6.30pm.
- Is-Sibt 24 ta’ Ottubru: Tifkira ta’ l-10 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor Nativitas u l-111 Anniversarju mit-Twaqqif tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, Quddiesa kantata ta’ l-okkazjoni fis-6.30pm. Jattendi l-Kumitat tal-Banda taghna. Aktar dettalji dwar din l-attivita' specjali jinghataw fil-gimghat li gejjin fuq din il-website.