Sunday 27 June 2010

Ad multos annos mill-Kor Nativitas!

Il-hmistax-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Patri Michael Attard OFM Konv. gie mfakkar permezz ta’ Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria nhar is-Sibt 26 ta’ Gunju 2010 fis-6.30pm.


Patri Michael, iben il-parrocca tax-Xaghra, gie ordnat sacerdot minn idejn l-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi nhar l-24 ta’ Gunju 1995 fil-Knisja Katidrali ta’ Marija Assunta. Huwa ssieheb mal-Frangiskani Konventwali u ghal diversi snin qeda l-ministeru sacerdotali tieghu bhala Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria.


Dan is-sacerdot u religjuz habrieki fl-ghalqa tal-Mulej xtaq li jfakkar dan l-anniversarju tal-Ordinazzjoni tieghu flimkien mal-komunita’ ta’ San Frangisk imdawwar mill-familjari u bosta hbieb. Il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex janima l-Liturgija tal-Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lil Alla. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi flimkien ma’ diversi innijiet religjuzi fosthom ‘L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi’ (M. Frisina), is-salm responsorjali tal-Quddiesa, ‘Tkun Imbierek Mulej’, ‘Jiena Sid is-Sema w l-Art’ u l-innu popolari tal-Immakulata Kuncizzjoni ‘Lejna Hares’.


Ahna nawguraw lil dan is-sacerdot u nixtiequlu minn qalbna
AD MULTOS ANNOS!!

Wednesday 23 June 2010

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa tal-Anniversarju tas-Sejha tal-Madonna ta' Pinu

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju 2010, fil-Knisja Bazilika u Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex, giet iccelebrata s-Solennita’ tal-127 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna lil Carmela Grima u lil Frangisk Portelli. Din il-grajja li sehhet fl-1883 kabbret il-popolarita’ tas-Santwarju u ghamlitu oasi ta’ spiritwalita’ Marjana fejn bosta pellegrini Ghawdxin, Maltin u anke barranin jidhlu fil-kappella tal-Madonna biex fis-skiet, jirriflettu dwar Alla u l-misteri tal-fidi taghna.

Din is-sena wkoll, gie mfakkar b’mod solenni l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Assunzjoni ta’ Marija meqjum b’tant ghozza f’dan is-Santwarju, l-istess kwadru li minnu l-Vergni Marija semmghet lehinha liz-zewg kompajzani taghna. L-Inkurunazzjoni tal-Kwadru saret fl-20 ta' Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Maria Lepicier, Legat tal-Papa Piju XII. Fost l-attivitajiet li saru biex ifakkru dawn iz-zewg anniversarji importanti, nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju, jum il-festa titulari, gie ccelebrat Pontifikal Solenni mill-E.T. Mons . Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus ta’ Malta, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti u religjuzi minn Malta u Ghawdex. L-animazzjoni tal-kant kienet mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni tal-Bazilika mill-organista Ivan Attard. Gew esegwiti bosta innijiet Marjani ghal din l-okkazjoni flimkien mal-Quddiesa Gregorjana De Angelis alternata bejn il-Kor u l-kongregazzjoni migbura ghal din ic-celebrazzjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Il-Pontifikal li beda fit-8.00pm intemm ghall-habta tad-9.15pm u kien segwit minn Siegha Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet sakemm fl-10.15pm giet recitata t-Talba ta’ Gheluq il-Jum u inghatat l-Barka Sagramentali li ghalqet dawn il-festi f’gieh il-Madonna ta’ Pinu.

L-impenji tal-Kor Nativitas fis-Santwarju tal-Madonna ikomplu matul l-Erbghat bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Ghid tal-Assunta li niccelebraw mal-Knisja kollha nhar il-Hadd 15 ta’ Awwissu 2010. Kull nhar ta’ Erbgha, il-Kor janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija.

Tuesday 15 June 2010

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa devota ta’ Sant’Antnin li tigi ccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fir-Rabat Ghawdex. Peress li din is-sena l-festa liturgika tal-Qaddis inzertat fil-jum tal-Hadd, il-Komunita’ Frangiskana trasferiet il-jum propju tal-festa ghat-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010.

Bejn il-Gimgha 11 u l-Hadd 13 ta’ Gunju 2010 saru tlett ijiem ta’ Tridu Solenni bil-prietki dwar il-Qaddis ta’ Padova mill-W.R. Kan. Mikiel Borg, Rettur tal-komunita’ ta’ Marsalforn. Il-Quddiesa tal-ahhar Jum tat-Tridu kienet animata mill-Kor Nativitas li kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.

F’jum il-festa tal-Qaddis, nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010, il-Kor anima l-Quddiesa Solenni tal-5.00pm bis-sehem tat-tfal. Din ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet preseduta mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna u fiha huwa wassal messagg attwali lit-tfal numeruzi li ngabru ghal din il-Quddiesa. Il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi fosthom l-Innu popolari ‘O tal-Mirakli’ li ghandu gheruq sodi fost il-Frangiskani. Il-Kor kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.


Il-Kor Nativitas janima s-Sibtijiet tal-Bambina

Matul din is-sena, il-parrocca tax-Xaghra qed tfakkar b’festi specjali l-2025 Anniversarju mit-Twelid ta’ Marija Bambina, patruna taghna. Ghal dan il-ghan, is-Sibtijiet bi thejjija ghall-festa titulari li jibdew fil-bidu ta’ Gunju qed jiehdu xejra aktar solenni u jinkludu l-Konsagrazzjoni tal-familji kollha li ghandna fix-Xaghra.

Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo sabiex janima dawn is-Sibtijiet ta’ devozzjoni. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor qed jinterpreta numru sabih ta’ innijiet Marjani li jikkumplimentaw l-iskop principali ta’ din id-devozzjoni, jigifieri li nitghallmu nixbhu lil Marija Bambina fil-virtujiet sbieh taghha. Matul iz-zewg Sibtijiet li ghaddew, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Christian Bajada.


Sunday 6 June 2010

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija Solenni ta' Corpus Domini


Nhar il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni tas-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta diversi Innijiet Ewkaristici fosthom ‘Lil Gesu’ Ostja’, ‘Biex Insir Ewkaristija’ u ‘Il-Hobz tal-Hajja’ fost l-ohrajn.

Il-Festa tal-Korpus twaqqfet mill-Papa Urbanu IV bil-ghan li tinghata qima solenni lil Gesu’ prezenti haj fis-Sagrament tal-Ewkaristija Imqaddsa.