Friday 31 December 2010

Attivita’ Socjali ghall-Koristi fi Zmien il-Milied

Nhar il-Hamis 30 ta’ Dicembru 2010, saret attivita’ socjali ta’ Zmien il-Milied ghad-Direttur u l-membri tal-Kor Nativitas. Din saret f’ristorant lokali. Matul din l-attivita’, il-koristi kellhom l-opportunita’ li jiltaqghu flimkien f’ambjent differenti mis-soltu u jsiru jafu lil xulxin ahjar. Attivitajiet bhal dawn huma mehtiega biex il-membri tal-Kor taghna jibqghu jzommu kuntatt tajjeb hafna ma’ xulxin u jsahhu r-rabta ta’ hbiberija li hemm bejniethom.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory li ghogbu jisponsorja din l-ikla tal-koristi f’dan iz-zmien sabih tas-sena. Ninqdew b’din l-okkazjoni biex minn qalbna nawguraw is-Sena t-Tajba lil kulhadd, b’mod partikolari lil dawk li jsegwu lill-Kor Nativitas fis-servizzi li jkollu f’diversi bnadi madwar Ghawdex.


F'dan l-ahhar jum tas-sena 2010, nixtiequ minn qalbna nawguraw is-SENA T-TAJBA lil kulhadd bl-isbah xewqat ghal aktar hena, gid, barka u prosperita' fis-sena 2011!!


Monday 27 December 2010

Il-Kor Nativitas fil-festi tal-Milied 2010

Matul dawn il-jiem, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu, Salvatur tal-umanita’. Il-Kor Nativitas kellu bosta impenji marbuta ma’ dan iz-zmien tas-sena fejn fost l-ohrajn anima l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Il-funzjoni bdiet b’servizz ta’ kant ta’ ghanjiet tradizzjonali tal-Milied fl-istess Santwarju ghall-habta tal-11.00pm segwita mill-purcissjoni bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin, il-prietka tradizzjonali tat-tifla li saret minn Carolyn Gambin, il-Kant tas-Salmi tal-Ufficcju tal-Qari tal-Milied u l-Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju.

Nhar is-Sibt 25 ta’ Dicembru 2010, Jum is-Solennita’ tal-Milied Imqaddes, u l-Hadd 26 ta’ Dicembru 2010, Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa kantata tad-9.30am fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. F’dawn l-okkazjonijiet sbieh, gew esegwiti diversi innijiet tal-Milied u l-‘Missa Pastorale’ tas-Surmast Nazzareno Refalo. Il-Kor kien akkumpanjat fuq l-orgni mid-Direttur u organista Ivan Attard.

L-impenji ghal matul dan iz-zmien ta’ festi jkomplu fil-jiem li gejjin skont kif indikat fil-programm li jinsab f’parti ohra ta’ dan is-sit elettroniku. Nawgurawlkom minn qalbna l-kumplament tal-festi t-tajba!

Wednesday 15 December 2010

Imfakkra l-memorja tal-E.T. Mons. Isqof Nikol Guzeppi Cauchi

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Dicembru 2010, id-Djocesi ta’ Ghawdex fakkret u sellmet il-memorja tal-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, f’gheluq l-ewwel xahar mill-mewt tieghu. L-Isqof Cauchi jibqa’ mfakkar ghall-hidma kbira li huwa wettaq f’Ghawdex, sew f’dawk li huma progetti materjali biex il-Knisja lokali tkun tista’ twassal b’mod konkret il-messagg taghha u anke progetti spiritwali li ghenu lill-insara ta’ din il-gzira biex jersqu aktar lejn Alla u jitolbu l-intercessjoni tal-Vergni Mbierka. Huwa kien bniedem li ghaqqad l-gherf tad-dinja mal-Fidi Nisranija – zgur li ma kinitx kumbinazzjoni li l-mewt tieghu grat fil-15 ta’ Novembru, tifkira liturgika ta’ San Albertu l-Kbir, wiehed mill-aqwa Isqfijiet u dutturi li ghandha l-Knisja!


Biex jitfakkar dan l-anniversarju, id-Djocesi ta’ Ghawdex iccelebrat Quddiesa de requiem ghas-suffragju tar-ruh ghaziza tieghu fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Din saret nhar it-Tlieta 14 ta’ Dicembru, tifkira liturgika ta’ San Gwann tas-Salib.Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima din l-Ewkaristija. Fost l-innijiet li gew esegwiti kien hemm ‘Diehla go Qalbi’ (Introjtu), ‘Ejja Fostna Mulej’ (Offertorju), ‘Ir-Raghaj u s-Sid tieghi’ (Tqarbin) u ‘Go Nazaret’ (Gheluq). Giet kantata wkoll il-Missa Pro Defunctis – il-Quddiesa tal-Mejtin (Gregorjana) alternata mal-kongregazzjoni migbura. Din kienet verament okkazjoni memorabbli fit-tifkira ta’ wiehed mill-aqwa raghajja spiritwali li kellha l-Knisja Ghawdxija matul il-kors tal-istorja taghha.


Il-Kor Nativitas flimkien mas-Socjeta’ Filarmonika Victory jergghu jsellmu l-memorja ta’ dan l-Isqof gharef u jitolbu lil Alla sabiex jaghtih il-premju tal-glorja tal-genna.


AGHTIH O MULEJ IL-MISTRIEH TA’ DEJJEM!

Tuesday 14 December 2010

Iccelebrat gheluq id-79 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Dicembru 2010, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fakkar il-grajja storika tal-1931 meta l-Isqof ta’ dak iz-zmien, l-E.T. Mons . Michele Gonzi, ikkonsagra dan it-tempju Marjan filwaqt li dilek il-hitan tal-Knisja u l-altar-mejda biz-Zejt tal-Grizma. L-anniversarju tad-Dedikazzjoni tat-tempju hija l-akbar festa tal-Knisja tal-post – liturgikament, din il-festa hija aktar importanti mill-festa tat-titular tal-istess Knisja ghax tfakkar il-jum meta Alla gie jghammar f’dan il-post ghaziz. Dan is-Santwarju ewlieni fil-gzira taghna gie mbierek mis-sema bis-sejha li l-Vergni Marija ghamlet lix-xwejha Carmela Grima fil-jum tat-22 ta’ Gunju 1883. Minhabba f’din il-grajja mirakoluza, din il-Knisja saret centru ta’ devozzjoni Marjana u bosta huma dawk l-Ghawdxin, Maltin u barranin li jzuruha matul is-sena.


Il-festa tad-Dedikazzjoni ta’ dan it-tempju giet iccelebrata b’Quddies bl-omelija fis-Santwarju fis-7.00am u fit-8.30am. Fit-8.00am sar ukoll it-Talb tat-Tifhir ta’ Sbih il-Jum fil-Kappella tal-Madonna ta’ Pinu. Filghaxija, fis-6.00pm, gie recitat ir-Ruzarju u nghatat l-Barka Sagramentali. Fis-6.30pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju. Il-Liturgija giet animata mill-KorNativitas li, ghal din l-okkazjoni, esegwixxa l-innijiet ‘F’Dehra kbira ta’ gmiel u ta’ paci’ (Introjtu), ‘Kemm toghgobni d-Dar tieghek’ (Offertorju), ‘Gbartna Flimkien Mulej’ (Tqarbin) u ‘Lejn is-Santwarju ta’ Pinu’ (Gheluq). Giet kantata wkoll il-Missa De Angelis (Gregorjana) alternata mal-poplu. Ic-celebrazzjoni kienet imxandra b’mod dirett fuq Radju Marija.

Monday 6 December 2010

Servizzi tal-Kor Nativitas matul l-istagun tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena

It-Tnejn 13 ta’ Dicembru: Solennita’ tad-79 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

6.30pm: Quddiesa Kantata fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Imexxi Dun Gerard Buhagiar, Rettur.

It-Tlieta 14 ta’ Dicembru: Tifkira tal-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi.

6.30pm: Quddiesa Koncelebrata de requiem mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mas-sacerdoti Ghawdxin fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

L-Erbgha 15 ta’ Dicembru: L-Ewwel Jum tan-Novena tal-Milied.

6.30pm: Quddiesa kantata fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hamis 23 ta’ Dicembru: L-Ahhar Jum tan-Novena tal-Milied.

6.30pm: Quddiesa kantata fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Gimgha 24 ta’ Dicembru: Lejliet il-Milied.

11.00pm: Servizz ta’ kant ta’ ghanjiet tradizzjonali tal-Milied fis-Santwarju ta’ Pinu.

11.30pm: Purcissjoni b’Gesu’ Bambin u Kant tas-Salmi tal-Ufficcju tal-Qari tal-Milied.

12.00am: Koncelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied. Jippresiedi l-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju.

Is-Sibt 25 ta’ Dicembru: Jum is-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu.

9.15am: Carol Singing fil-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hadd 26 ta’ Dicembru: Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret.

9.30am: Quddiesa kantata fil-Knisja ta’ San Frangisk.

L-Erbgha 29 ta’ Dicembru:

Mis-7.30pm ‘il quddiem: Attivita’ socjali ghall-membri tal-Kor Nativitas – Pizza flimkien f’Marsalforn. Dettalji jinghataw aktar ‘il quddiem.

Il-Hamis 30 ta’ Dicembru: L-Ewwel Jum tal-Kwaranturi fil-Parrocca tax-Xaghra.

5.30pm: Kant Solenni tal-Ghasar tal-Ewkaristija.

6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni bil-prietka tal-Ewwel Jum fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina.

Il-Gimgha 31 ta’ Dicembru: L-Ahhar Jum tas-Sena Civili.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk li taghlaq bil-Kant tat-Te Deum fi tmiem is-sena.

Is-Sibt 1 ta’ Jannar: Solennita’ ta’ Marija Omm Alla.

9.15am: Carol Singing fil-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hadd 2 ta’ Jannar: Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej.

9.15am: Carol Singing fil-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hadd 9 ta’ Jannar: Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.

9.30am: Quddiesa kantata fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fin-Novena tal-Kuncizzjoni fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria


Ghal sena ohra konsekuttiva, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria sabiex janima l-Liturgija Solenni tan-Novena bi preparazzjoni ghas-Solennita’ tat-Tnissil bla tebgha tal-Imqaddsa Vergni Marija li l-Knisja Kattolika ticcelebra nhar l-Erbgha 8 ta’ Dicembru. Din hija wahda mill-akbar festi li l-Knisja ticcelebra f’gieh il-Vergni Marija ghax tfakkar il-privilegg singolari li kellha l-Madonna sa mill-mument tal-koncepiment taghha fil-guf ta’ ommha Sant’Anna.


Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas esegwixxa diversi innijiet liturgici li komplew jaghtu dehra solenni lil dawn il-jiem ta’ thejjija li kienu mmexxija minn Dun Geoffrey George Attard, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Marija Assunta fiz-Zebbug Ghawdex u l-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra. Gew esegwiti fost l-ohrajn il-‘Missa de Angelis’ (Gregorjana), il-‘Missa Orbis Factor’ (Gregorjana), il-‘Missa Pastorale’ (Mro. Nazzareno Refalo) u l-‘Quddiesa tal-Poplu t’Alla’ (Mro. Nazzareno Refalo). Fl-ahhar tlett ijiem, gew ukoll interpretati l-‘Ave Maria’ ta’ Charles Gonoud, l-‘Ave Maria’ tal-kompozitur Archadelt, l-‘Ave Maria’ ta’ Franz Schubert u l-‘Panis Angelicus’ ta’ Cesar Franck. Ic-celebrazzjoni kienet tintemm bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lejna Hares’ segwit mill-Bews tar-Relikwija.


Il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tal-organista s-Sur Ivan Attard.