Monday 25 April 2011

Il-Kor Nativitas jaqsam il-ferh tal-Ghid mal-Komunita’ tal-Frangiskani fil-Belt Victoria

Funzjoni solenni li damet xejn anqas minn saghtejn ikkaratterizzat il-Lejl Qaddis tal-Ghid fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria. Dan huwa l-lejl tal-iljieli; l-aqwa wiehed fost l-iljieli kollha tas-sena ghax fih niccelebraw l-akbar festa li ghandha l-Knisja Kattolika: il-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu u r-rebha qawwija li kiseb fuq l-ghadu, id-dnub u l-mewt!

Hija funzjoni mill-aktar elaborata tant li tista’ titqies bhala l-itwal u l-aktar celebrazzjoni liturgikament rikka li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid li thejja fuq iz-zuntier tal-Knisja u l-mixeghla u l-intronizzazzjoni tal-Blandun li huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. Sar il-Kant Solenni tat-Thabbira tal-Ghid minn Patri Egidio Mizzi OFM Konv., segwit mill-qari ta’ seba’ lezzjonijiet mit-Testment il-Qadim. F’dan il-mument, il-Kor Nativitas kanta r-ritornelli tas-salmi responsorjali. Immedjatament wara l-Qari ta’ dawn il-Lezzjonijiet, sar il-Kant tal-‘Gloria in Excelsis Deo’ filwaqt li l-qniepen tal-knisja, li kienu ilhom siekta minn nhar il-Hamis filghaxija, hallew ilsienhom u daqqew mota ta’ ferh li dwiet mal-belt kollha. Il-Quddiesa tkompliet bil-Liturgija tal-Ewkaristija. Il-Kor interpreta numru sabiha ta’ innijiet liturgici marbuta ma’ kull rit li sar waqt din il-Koncelebrazzjoni tal-Lejl tal-Ghid.

Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-koristi kollha ghall-impenn u d-dedikazzjoni taghhom matul dawn il-funzjonijiet sbieh tal-Gimgha Mqaddsa. Nghidu grazzi wkoll lill-Komunita' tal-Frangiskani ghall-istedina li ghogobhom jaghmlulna.

Matul dawn il-funzjonijiet kollha, il-Kor Nativitas kien akkumpanjat fuq l-orgni u mmexxi mid-Direttur tieghu, is-Sur Ivan Attard A.MusTCL.

Is-servizzi li jmiss ghall-Kor Nativitas huma dawn:

Il-Hamis 28 ta’ April 2011: Tifkira tat-323 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca tax-Xaghra.

7.00pm: Quddiesa Koncelebrata fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina.

Is-Sibt 30 ta’ April 2011: Jum ix-Xaghra.

8.00pm: Programm ta’ tifkira f’Misrah il-Vitorja organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas ser jippartecipaw f’dan il-programm billi jipprezentaw diversi siltiet muzikali.

Il-Hadd 1 ta’ Mejju 2011: Jum il-Festa tal-Hniena Divina.

5.00pm: Quddiesa kantata b’messagg dwar il-Hniena Divina fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria).

L-Erbgha 4 ta’ Mejju 2011: L-Ewwel Erbgha ta’ Santa Marija.

5.30pm: Quddiesa kantata bl-omelija tal-Erbghat fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fl-Gharb.

Bhalma gara fis-snin l-imghoddija, il-Kor Nativitas ser izomm l-appuntament tieghu f’dawn l-Erbghat tal-Madonna billi janima l-Quddiesa Solenni tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija. Il-qofol ta’ dawn l-Erbgha jintlahaq nhar il-Hadd 14 ta’ Awwissu, Lejliet is-Solennita’ tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija bic-celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid tal-Assunta. Dan is-sit elettroniku jkompli jaggornakom dwar is-servizzi tal-Kor minn gimgha ghal ohra.

Grazzi tal-interess taghkom fl-attivitaijiet li norganizzaw.

Saturday 23 April 2011

Il-Kor Nativitas fil-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes

Il-Gimgha 22 ta’ April 2011 – Jum il-Gimgha l-Kbira. Il-Knisja fakkret bl-aktar mod dinjituz il-Passjoni u l-Mewt Glorjuza tal-Mulej. Skont drawwa antika fil-Knisja, illum ma tigi ccelebrata l-ebda Quddiesa. L-altar ikun imnezza minn kollox, minghajr Salib, minghajr kandlieri u minghajr tvalji. It-tabernaklu jkun vojt ghal kollox peress li l-Ewkaristija tkun tinsab ghall-qima tal-insara fl-Altar tar-Repozizzjoni.

L-unika celebrazzjoni li tigi ccelebrata f’dan il-jum hija l-Azzjoni Liturgika tal-Adorazzjoni tas-Salib li tinkludi l-Liturgija tal-Kelma (zewg lezzjonijiet u r-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej), it-Talba tal-Fidili Solenni, l-Adorazzjoni u l-bews tas-Salib Imqaddes u r-rit tat-Tqarbin Imqaddes. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tmexxiet mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. u bdiet fil-hin propju taghha, jigifieri fit-3pm.

Il-Kor Nativitas zamm l-appuntament tieghu u anima din il-Liturgija Solenni. L-innijiet li tkantaw kienu ftit peress li llum l-istrumenti muzikali huma siekta b’sinjal ta’ qima lejn Kristu mejjet. Waqt l-Adorazzjoni tas-Salib gie kantat l-innu ‘Poplu tieghi’ u waqt it-Tqarbin tkanta l-innu ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’. Din il-Liturgija sublimi tikkumplimenta l-karattru solenni ta’ dawn il-jiem u tipprepara lil kulhadd ghas-sahra ta’ stennija biex tasal fil-milja taghha l-weghda tal-Mulej Gesu’ – “fit-tielet jum inqum”.

Aktar tard wara nofsinhar, il-Banda Victory tax-Xaghra akkumpanjat il-Purcissjoni-Pageant bl-istatwi tal-Passjoni li harget mill-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina u daret mat-toroq ewlenin tal-Parrocca. Waqt din il-purcissjoni, il-Banda esegwiet diversi marci funebri ta’ surmastrijiet popolari. Il-purcissjoni irritornat lura fil-Bazilika ghall-habta tad-9pm.

Il-qofol ta’ dawn is-servizzi jintlahaq nhar is-Sibt 23 ta’ April 2011 bil-Velja Solenni ta’ Sibt il-Ghid. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tibda fit-8pm.

Friday 22 April 2011

Il-Kor Nativitas janima l-Funzjoni ta’ Hamis ix-Xirka

Nhar il-Hamis 21 ta’ April 2011, il-Knisja Kattolika tat bidu ghat-Tridu Mqaddes tal-Ghid bic-celebrazzjoni tat-Tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija Mqaddsa u s-Sacerdozju Ministerjali. Il-Quddiesa Solenni ta’ filghaxija hija l-unika Quddiesa li tigi ccelebrata fil-Knejjes tad-dinja f’jum il-Hamis ix-Xirka. Dan peress li filghodu tigi ccelebrata Quddiesa wahda biss f’kull Djocesi – din il-Quddiesa Pontifikali titmexxa fil-Katidral tad-Djocesi mill-Isqof tal-post u tinkludi t-tberik u l-konsagrazzjoni taz-Zjut Imqaddsa u t-tigdid tal-weghdiet Sacerdotali. Filghaxija, issir il-Quddiesa li tfakkar l-Ahhar Ikla tal-Mulej u li tinkludi, fost hwejjeg ohra, ir-rit tal-hasil tar-riglejn li jissimbolizza dak li ghamel il-Mulej Gesu’ f’din l-ahhar cena tieghu biex juri lil kulhadd li hu ‘gie mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jaghti hajtu b’fidwa ghall-kotra’.

Il-Kor Nativitas ta s-servizz tieghu waqt ic-celebrazzjoni ta’ Hamis ix-Xirka fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Vittorja). Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fil-5.30pm u kienet ippreseduta mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’, bis-sehem shih tal-komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani li jaghtu s-servizz taghhom f’din il-Knisja u numru sabih ta’ nies. Waqt din ic-celebrazzjoni giet esegwita l-Missa De Angelis (Gregorjana) bis-sehem tal-poplu u diversi innijiet liturgici fosthom ‘Misteru Kbir tal-Fidi’ (Introjtu), ‘Fejn l-Imhabba tkun’ (waqt ir-rit tal-hasil tar-riglejn), ‘Fejn issib l-Imhabba u l-Ghozza’ (Offertorju) u ‘Waslet is-Siegha’ (Tqarbin). Fi tmiem il-Koncelebrazzjoni, saret it-Translazzjoni Solenni tas-Santissimu Sagrament mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni fejn jibqa’ ghall-venerazzjoni tal-insara sal-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib f’jum il-Gimgha l-Kbira. Kif inhu preskritt fil-Liturgija, waqt li saret din il-purcissjoni bl-Ewkaristija, gie kantat l-innu sublimi ‘Aghti Lsien l-oghla fohrija’.

Fi tmiem ic-celebrazzjoni, Patri Gwardjan ghamel vizta lil Gesu’ Sagramentat u hekk inghata bidu ghall-vizti tradizzjonali ‘tas-Sepulkru’ b’mijiet ta’ nies li honqu l-Knisja ta’ San Frangisk u knejjes ohra li baqghu miftuha sa nofs il-lejl ghall-beneficcju ta’ kulhadd. Il-Kor Nativitas ikompli ghaddej bis-servizzi tieghu matul il-jiem bl-animazzjoni tal-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib nhar il-Gimgha 22 ta’ April 2011 fit-3pm.

Monday 18 April 2011

Jitfakkar l-ewwel anniversarju mill-migja tal-Q.T. Papa Benedittu XVI f’Malta

Nhar it-Tnejn 18 ta’ April 2011, id-Djocesi ta’ Ghawdex fakkret l-ewwel anniversarju minn meta l-Q.T. il-Papa Benedittu XVI zar lil Malta u pogga ‘Warda tad-Deheb’ f’riglejn il-Kwadru titulari tal-Madonna ta’ Pinu. F’din l-istess okkazjoni, il-Papa kien pogga lill-familja Maltija taht il-patrocinju tal-Madonna u talabna biex insejhu lill-Madonna ta’ Pinu bhala ‘Sultana tal-Familja’.


Dan l-anniversarju gie ikkommemorat b’Koncelebrazzjoni Solenni fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu li tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem ta’ diversi sacerdoti Ghawdxin. Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima din ic-celebrazzjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Fis-6pm gie recitat ir-Ruzarju fil-Kappella tal-Madonna ta’ Pinu u wara bdiet Koncelebrazzjoni Solenni. Il-Kor esegwixxa dawn l-innijiet liturgici: ‘Nghixu l-Kelma’, ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’, ‘Poplu’ u l-Innu lill-Madonna ta’ Pinu. Tkantat ukoll il-Missa De Angelis (Gregorjana) alternata mal-poplu.


Waqt din l-okkazjoni, sar talb ghall-familji Maltin u Ghawdxin li ngabru fis-Santwarju Nazzjonali Marjan ta’ gziritna.

Il-Kor Nativitas jiftah l-impenji tieghu ghall-festi tal-Gimgha Mqaddsa

Nhar il-Hadd 17 ta’ April 2011, il-Knisja Universali tat bidu ghall-akbar gimgha fis-sena liturgika permezz tac-Celebrazzjoni Solenni ta’ Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Dan il-jum ifakkar id-dahla trijonfali ta’ Gesu’ fil-belt ta’ Gerusalemm qabel ma jiehu l-passjoni ghall-fidwa taghna.

Bhalma diga’ thabbar fuq dan is-sit elettroniku, din is-sena, il-Kor Nativitas ser ikun impenjat jaghti s-servizzi tieghu waqt dawn ic-celebrazzjonijiet li ser isiru fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Din hija l-hames sena konsekuttiva li l-Kor ser ikun qed jaghti dan is-servizz f’din il-Knisja f’din l-okkazjoni.

Ghal din ic-celebrazzjoni, il-Kor Nativitas esegwixxa diversi innijiet liturgici fosthom ‘Osanna’, ‘Kollni kemm jien’, ‘Fik Kristu l-Mahfra taghna’ u ‘Christus Vincit’. Giet ukoll kantata l-Quddiesa tal-Poplu t’Alla (bil-Malti) bis-sehem tal-kongregazzjoni.

Il-Kor Nativitas ikompli bl-impenji tieghu matul dawn il-festi tal-Gimgha Mqaddsa billi janima l-Funzjonijiet Solenni tat-Tridu Paskwali minn nhar il-Hamis 21 ta’ April (Hamis ix-Xirka) sal-Hadd li gej, 24 ta’ April (Hadd il-Ghid). Dan is-sit elettroniku ser izommkom aggornati b’rapporti dwar is-servizzi tal-Kor f’dawn il-jiem qaddisa.

Tuesday 12 April 2011

Jitfakkar l-Anniversarju tal-Warda tad-Deheb lill-Madonna Ta’ Pinu

Nhar it-Tnejn 18 ta’ April 2011, id-Djocesi ta’ Ghawdex ser tfakkar l-ewwel anniversarju miz-Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI f’Malta u l-ghoti tal-‘warda tad-deheb’ lill-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Dan l-anniversarju ser jigi mfakkar fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu b’dan il-programm:

7.00am u 8.30am: Quddies lett.

6.00pm: Meditazzjoni tar-Ruzarju Mqaddes b’talb ghall-familji Maltin u Ghawdxin fil-Kappella tal-Madonna Ta’ Pinu.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem tas-sacerdoti Ghawdxin. Il-Liturgija tkun animata mill-Kor Nativitas akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard AMusTCL.

Il-poplu Ghawdxi huwa mheggeg sabiex jattendi ghal din ic-celebrazzjoni u jrodd hajr lil Alla ghall-grazzji msawba fuqna permezz taz-zjara tal-Papa Benedittu XVI fostna.