Thursday 31 March 2011

Servizzi tal-Kor Nativitas ghall-Gimgha Mqaddsa 2011


Il-Kor Nativitas jinsab ghaddej bit-thejjijiet tieghu ghall-Festi tal-Gimgha Mqaddsa. Bhas-snin li ghaddew, il-Kor ser ikun impenjat jaghti s-servizz tieghu waqt dawn ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria.

Il-granet u l-hinijiet ta’ dawn il-funzjonijiet huma kif gej:


Il-Hadd 17 ta’ April: Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.

9.15am: Tberik tal-frieghi tal-palm u z-zebbug fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni bil-Qari tar-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej.


Il-Hamis 21 ta’ April: Hamis ix-Xirka. Tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija u s-Sacerdozju Ministerjali.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li tinkludi r-Rit tal-Hasil tar-Riglejn u tintemm bit-translazzjoni tas-Santissimu Sagrament lejn l-Altar tar-Repozizzjoni.


Il-Gimgha 22 ta’ April: Il-Gimgha l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt Glorjuza tal-Mulej.

3.00pm: Azzjoni Liturgika li tinkludi l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin Imqaddes.


Is-Sibt 23 ta’ April: Sibt il-Ghid.

8.00pm: Vgili Solenni tal-Ghid il-Kbir li tinkludi t-tberik tan-nar, il-mixeghla tal-blandun, il-kant tal-Exultet, is-Sahra tal-istennija ghall-Qawmien tal-Mulej, il-Liturgija tal-Kelma, Liturgija tal-Maghmudija u Liturgija tal-Ewkaristija.


Il-Hadd 24 ta’ April: Hadd il-Ghid. Solennita’ tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni.


Ic-celebrazzjonijiet kollha ser jitmexxew mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana. Il-Kor Nativitas ikun taht id-direzzjoni u akkumpanjat fuq l-orgni mid-Direttur tieghu, Ivan Attard A.MusTCL.


Thursday 10 March 2011

Il-Kor Nativitas janima l-funeral ta’ Philip Bajada

Nhar il-Hamis 10 ta’ Marzu 2011, il-Komunita’ Parrokkjali tax-Xaghra tat l-ahhar tislima lil wiehed minn uliedha, Philip Bajada, li halla dan il-wied tad-dmugh fl-eta’ ta’ 57 sena. Fuq xewqa tal-familjari tieghu u b’rispett lejn ohtu Domitilla li hija wahda mill-koristi taghna, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-funeral li kienet immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo flimkien ma' hdax-il sacerdot iehor.


Kif jigri f’okkazjonijiet bhal dawn, il-Kor esegwixxa l-Missa Pro Defunctis flimkien ma’ diversi innijiet liturgici tar-Randan, fosthom ‘Nghixu l-Kelma’, ‘Henn ghalina’, ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’ u ‘Hu l-Mulej’. Ic-celebrazzjoni kienet segwita mid-difna fic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra.


Id-direzzjoni u l-membri tal-Kor Nativitas jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi sincieri taghhom lill-familjari ta’ huna Philip Bajada f’dan il-mument ta’ dieqa u telfa. Nitolbu lill-Mulej u lil Ommna Marija Bambina sabiex jaghtuh il-mistrieh ta’ dejjem. RIP.


Wednesday 2 March 2011

Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas isellmu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello OFM

Nhar il-Hadd 6 ta’ Marzu 2011, ser issir zjara pastorali tal-E.T. Mons. Isqof Joseph Bonello OFM fil-parrocca tax-Xaghra li huwa rahal twelidu.


Mons. Bonello ilu ghal diversi snin jaqdi l-ministeru sacerdotali tieghu fil-missjoni tal-Honduras u ftit tal-gimghat ilu gie ordnat Isqof Koadjutur tad-Djocesi ta’ Juticalpa. Matul tmiem il-gimgha li gej, huwa ser ikun fuq zjara Pastorali fil-gzira Ghawdxija fejn ser jiltaqa’ fost l-ohrajn mal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, mas-sacerdoti u religjuzi Ghawdxin, mal-Membri Parlamentari eletti mid-distrett ta’ Ghawdex u mal-morda fl-Isptar Generali.


Is-Socjeta’ Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas ser isellmu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello waqt zjara qasira li ser jaghmel fil-Kazin tal-Banda fl-10am. Il-Kor ser ikanta l-Innu Pontificju bl-akkumpanjament muzikali tal-Banda Victory u wara l-istess Socjeta’ taghmel marc li jwassal lil Mons. Isqof sal-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina fejn jippresiedi Pontifikal Solenni ta’ Radd il-Hajr lil Alla.


Inheggu lil kulhadd sabiex jattendi ghal din ic-celebrazzjoni biex flimkien nifirhu mal-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello u nroddu hajr lil Alla ghad-Don tal-Ministeru Episkopali!


Ahna nawguraw lill-Isqof Bonello AD MULTOS ANNOS!!