
Programm ta' attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa devozzjonali ta' Sant'Antnin ta' Padova iccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria - bejn it-Tlieta 9 u s-Sibt 13 ta' Gunju 2009:
Mit-Tlieta 9 sal-Hamis 11 ta' Gunju: Jiem tat-Tridu Solenni.
6.00pm: Recita tar-Ruzarju
6.30pm: Quddiesa Solenni bil-prietka tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Dun Renato Said, Segretarju Personali ta' l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi. Janima l-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.
Dritt wara, tinghad il-Kurunella lill-Qaddis ta' Padova, jitkanta l-Innu Si Queris Miracula, tindaqq l-Antifona O Proles Hispaniae u tinghata l-Barka Sagramentali.
Naghlqu c-celebrazzjonijet tat-Tridu bil-Kant ta' l-Innu Popolari O tal-Mirakli waqt li jsir il-bews tar-Relikwija Insinji ta' Sant'Antnin.
Inheggukom tattendu bi hgarkom ghal dawn l-attivitajiet li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas. Il-festa ta' Sant'Antnin tigi ccelebrata nhar is-Sibt 13 ta' Gunju. Aktar dettalji naghtuhomlkom fil-jiem li gejjin. Minhabba dan is-servizz, illum l-Erbgha l-Kor mhux ser jippartecipa fil-Quddiesa ta' l-Erbghat ta' Santa Marija f'Ta' Pinu.
Ilbierah il-Hadd 31 ta' Mejju 2009, il-Kor Nativitas inghaqad mal-Knisja Universali fic-celebrazzjoni tas-Solennita' ta' Ghid il-Hamsin - it-tifkira ta' l-inzul ta' l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u fuq il-Knisja. Din hija t-tieni l-ikbar festa li ghandha l-Knisja ghaliex fiha tfakkar il-gurnata ghaziza tat-twelid taghha. Fil-Ktieb ta' l-Atti ta' l-Appostli nsibu miktub b'mod car kif, hamsin jum wara l-grajja irrepetibbli tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, l-Appostli kienu migburin flimkien fic-cenaklu meta 'instema' hoss bhal ta' rih qawwi li mela d-dar kollha fejn kienu qeghdin - u dehru qishom ilsna tan-nar li tqassmu u qaghdu fuq kull wiehed minnhom.' Is-Solennita' ta' Ghid il-Hamsin tfakkar it-temma tal-weghda kbira li Gesu' kien ghamel lill-Appostli tieghu - dik li jibaghtilhom l-Ispirtu s-Santu sabiex jghinhom ikunu xhieda tieghU quddiem id-dinja. Il-festa solenni tal-bierah ghalqet Zmien il-Ghid.




