Sunday, 27 December 2009

Iccelebrata l-Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret

Illum il-Hadd 27 ta' Dicembru 2009, il-Knisja Universali qed ticcelebra l-Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Gesu', Marija u Guzeppi. Din il-festa, li tigi ccelebrata fl-Ewwel Hadd fuq is-Solennita' tal-Milied, tpoggina quddiem realta' li ma nistghux ninjorawha - il-krizi tal-familja. Sfortunatament, fi zmienna, il-familja Maltija m'ghadhiex il-familja li konna nafu biha ftit tas-snin ilu. Qed jigri li l-mentalita' tal-Maltin u l-Ghawdxin qed tinbidel b'mod drastiku u ghalhekk jista' jaghti l-kaz li l-mudell tradizzjonali tal-familja jiddakkar minn dan il-kunflitt ta' valuri li qed tghix is-socjeta' moderna. Il-festa tal-lum trid twassal il-messagg lilna wkoll sabiex il-hajja familjari taghna nibbazawha fuq il-hajja tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret li, imwennsa mill-Imghallem Divin, qatt ma harset lura imma baqghet dejjem miexja 'l quddiem u llum tinsab maghquda fil-glorja tas-sema. Hija okkazjoni tajba hafna biex il-familja nsara jgeddu l-weghdiet li kienu ghamlu f'jum iz-Zwieg taghhom quddiem il-ministru ta' Alla.

Il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa flimkien mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. Fid-9.30am bdiet Quddiesa kantata li tmexxiet mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita'. Giet esegwita l-Missa Pastorale flimkien ma' diversi innijiet tal-Milied, fosthom 'Noel, Noel', 'Ninni, ninni', 'What Child is This?' u 'Joy to the World'.


Is-servizz li jmiss huwa nhar l-Erbgha 30 ta' Dicembru 2009. Dakinhar fis-6.00pm, il-Kor Nativitas janima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta' l-Ewwel Jum tal-Kwaranturi Mqaddsa fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta' Marija Bambina (Xaghra).

Il-Kor jippartecipa fl-attivitajiet ta' L-ISTRINA 2009

Ta' kull sena, f'dawn iz-zminijiet, issir l-attivita' maghrufa bhala 'L-ISTRINA'. Din tkun organizzata mill-Ufficcju ta' l-Eccellenza Tieghu l-President ta' Malta bil-ghan li jingabru fondi ghall-Community Chest Fund. Permezz ta' dawn il-flus, il-President ikun jista' jghin lil dawk l-individwi jew familji Maltin/Ghawdxin li jkollhom bzonn ghajnuna finanzjarja minhabba ragunijiet gusti, fosthom il-faqar materjali li sfortunatament f'pajjizna qed jerga' jgholli rasu u aghar minn hekk, meta jkun hemm zvilupp ta' mard serju li jkun jehtieg kura professjonali fi sptarijiet barra minn xtutna. Bil-ghan li l-Ghawdxin ikollhom sehem akbar f'din il-kampanja nazzjonali ta' gbir ta' fondi ghal kawza gusta, fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk), intrama' palk ta' l-okkazjoni li fuqu saru diversi attivitajiet ghall-pubbliku. Dawk kollha li attendew kellhom l-opportunita' li jsegwu programm varjat waqt li joqoghdu ghall-kenn tat-tinda li ntramat ghac-celebrazzjoni li ser isiru fil-gzira taghna biex jilqghu s-sena l-gdida 2010.

Fost dawn l-attivitajiet, kien hemm certu hin allokat ghal diversi korijiet Ghawdxin biex jaghtu performance u jesegwixxu diversi ghanjiet tradizzjonali marbuta ma' dan iz-zmien sabih tas-sena. Il-Kor Nativitas gie mistieden mid-Dipartiment tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex biex ghal ghoxrin minuta, jkanta xi innijiet ta' Zmien il-Milied. Fis-6.45pm, il-Kor Nativitas beda l-performance tieghu u kanta hames carols tal-Milied li kienu 'Adeste Fidelis' (Ningabru Nsara), 'Ninni la tibkix Izjed' (tahnina popolari miktuba minn Patri Gizwita Malti), 'What Child is This?' (kantata fuq l-ghanja 'Greensleeves'), 'Joy to The World' u 'Libsa bil-Barnuz'. Kienu bosta l-kummenti pozittivi li rcivejna fuq dan is-servizz li ghamilna. Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-ufficjali li jahdmu fid-Dipartiment tal-Kultura li tawna din l-opportunita' f'din l-attivita' nazzjonali!


Il-Kor Nativitas isellem lill-bandist Carmelo Vella

Nhar is-Sibt 26 ta' Dicembru 2009 kien jum ta' luttu ghas-Socjeta' Filarmonika Victory u l-ferghat kollha taghha, fosthom il-Kor Nativitas. Dakinhar, inghatat l-ahhar tislima misthoqqa lill-bandist Carmelo Vella li mar jiltaqa' mal-Hallieq Divin fl-eternita' nhar l-Erbgha 23 ta' Dicembru fl-ghomor ta' 71 sena.

Carmelo Vella, jew kif konna nsibuh 'Karmnu l-Bogi', hareg idoqq ghall-ewwel darba mal-Banda Victory fil-Festi tal-Gimgha Mqaddsa tas-sena 1968 u minn dakinhar 'l hawn, huwa baqa' dejjem bandist leali li jattendi b'mod assidwu u regolari ghall-Kuncerti ta' thejjija u ghas-servizzi kollha li ghamlet il-Banda taghna tul dawn il-41 sena. Huwa kien idoqq saxophone tenor. Karmnu kien ukoll involut f'diversi hidmiet b'rizq l-istess Socjeta' u konna narawh jokkupa diversi karigi fi hdan il-Kumitat Centrali tal-Banda Victory, fosthom il-kariga ta' Assistent Direttur tal-Kazin u Delegat ghall-Bandisti. Huwa kien jifforma parti mill-Kumitat u kien wiehed minn dawk li, fis-sena 1999, qabel li jitwaqqaf Kor fi hdan l-istess Socjeta' bil-ghan li jakkumpanja l-Banda taghna fid-diversi attivitajiet li jkollha matul is-sena u li anke imbaghad jizviluppa bhala Kor li jesegwixxi servizzi religjuzi f'diversi knejjes Ghawdxin - il-Kor Nativitas. Karmnu kien ukoll jghin b'mod volontarju fl-attivitajiet tal-fund raising li torganizza s-Socjeta' darba fix-xahar, fil-gbir tal-mizata annwali tal-membri tas-Socjeta', u fil-gabra annwali li ssir ghall-baned li jiehdu sehem fil-festa titulari ta' Marija Bambina. Kien ghalhekk jixraq li l-Banda Victory taghtih it-tislima misthoqqa ta' iben denn li ghamel unur lir-rahal taghna.

Kif inhu stipulat fl-Istatut ta' l-istess Socjeta' Filarmonika Victory, minn nhar il-Hamis 24 sal-bierah is-Sibt 26 ta' Dicembru, il-Kazin tas-Socjeta' tajjar il-bandiera mezzasta b'sinjal ta' rispett lejn il-memorja ta' huna Karmnu. Iddendlu wkoll ic-cfuf suwed tal-bieb ta' barra u nharget stqarrija li fiha gew imhabbra d-dettalji tal-funeral ta' dan il-bandist u membru tal-Kumitat. Il-Kumitat Centrali kien haseb li jikkancella s-servizz li l-Banda kellha taghti waqt il-purcissjoni ta' Gesu' Bambin f'Jum il-Milied, izda fuq ix-xewqa tal-familjari tal-mejjet, dan is-servizz sar xorta kif kien pjanat.

Intant, nhar is-Sibt 26 ta' Dicembru, Jum il-Funeral, fit-3.00pm telaq il-korteo funebri mill-Isptar Generali ta' Ghawdex ghal tarf Vjal it-8 ta' Settembru li hija t-triq principali tal-lokalita' tax-Xaghra. Il-hearse li kienet qieghda ggorr it-tebut bil-fdalijiet ta' Carmelo Vella ntlaqghet bid-daqq tal-marc funebri 'B'Tislima lil Habibi Karmnu l-Bogi 1938-2009' miktub ghall-okkazjoni mis-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM. Il-korteo mexa matul din it-triq bl-akkumpanjament tal-marci funebri mill-Banda Victory. Din kienet l-ewwel okkazjoni matul din is-sena li dan is-sett ta' marci ndaqq barra minn zmienu. Il-korteo wasal fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina ghall-habta tal-3.50pm u dak il-hin bdiet Velja ta' talb b'suffragju ta' Karmnu li kienet tinkludi l-Qari tal-Kelma ta' Alla, il-Kant tal-Kantiku ta' Zakkarija u meditazzjonijiet dwar is-sinifikat tal-mewt ghan-nisrani. Waqt din il-velja, gie ukoll amministrat is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni. Fl-4.00pm bdiet il-Koncelebrazzjoni praesente cadavere li kienet immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo bis-sehem ta' madwar 20 sacerdot li ikkoncelebraw mieghu f'din l-Ewkaristija. Hdejn it-tebut ta' Karmnu tpogga l-istendard tas-Socjeta' bi crepe iswed b'sinjal ta' luttu flimkien ma' l-istrument muzikali, il-beritta u l-uniformi tas-Socjeta' li huwa tant kien jghozz. Il-Kant kien afdat f'idejn il-Kor Nativitas li kien taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius u bl-akkumpanjament muzikali ta' l-organista Ivan Attard. Gew kantati l-innijiet 'Radd il-Hajr lilek Naghtu Mulej', 'Hallejt O Alla s-Sema', 'Tul il-Mixja ta' dil-Hajja' u 'Hu l-Mulej'. Giet esegwita l-Missa Pro Defunctis (Gregorian Chant). Il-kongregazzjoni kienet immexxija mill-Kumitat Centrali tal-Banda Victory - is-Sur Eucharist Sultana (President), is-Sur Joseph Bajada (Segretarju), is-Sur Noel Grima (kaxxier), is-Sur Ezechiel Grima (Direttur tal-Kazin) u s-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM.

Immedjatament wara li ntemmet il-Quddiesa Solenni, ghall-habta tal-5.15pm, it-tebut inhareg mill-Bazilika ta' Marija Bambina u tpogga fil-hearse. Delegazzjoni mill-Kumitat tal-Banda Victory akkumpanjat il-fdalijiet ta' Karmnu Vella 'il-Bogi' sac-Cimiterju Parrokkjali tax-Xaghra fejn inghad l-ahhar talb, tbierek ghall-ahhar darba l-gisem mejjet ta' dan huna u saret id-difna.

GHAZIZ KARMNU, NIRRINGRAZZJAWK TA' DAK KOLLU LI GHAMILT GHAS-SOCJETA' TUL DAWN IS-SNIN TA' HIDMA TIEGHEK FIL-KAZIN U LIL HIN MINNU. INWEGHDUK LI QATT MA NINSEWK FIT-TALB TAGHNA.


AGHTIH O MULEJ IL-MISTRIEH TA' DEJJEM

ID-DAWL TA' DEJJEM JIDDI LILU

JISTRIEH FIL-PACI. AMEN!

Friday, 25 December 2009

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Quddiesa Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied 2009



Ghall-hames sena konsekuttiva, il-Kor Nativitas gie mistieden mir-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu sabiex janima l-Liturgija Solenni li tfakkar it-Twelid tas-Salvatur taghna Sidna Gesu' Kristu fil-Lejl Qaddis tal-Milied. Ic-celebrazzjoni solenni li saret nhar il-Hamis 24 ta' Dicembru bdiet ghall-habta tal-11.00pm permezz tal-Carol Singing - waqt dan is-servizz, il-Kor interpreta diversi ghanjiet popolari u tradizzjonali marbuta ma' Zmien il-Milied, fosthom Joy to the World, Noel Noel, Mary's Boy Child, When a Child is Born, u t-tahnina Ninni La Tibkix Izjed. Fl-ahharnett, l-organista Ivan Attard daqq is-'Sinfonia Pastorale', muzika tas-Surmast Emmanuel Galea.

Fil-11.30pm bdiet hierga l-Purcissjoni Solenni bix-xbieha ta' Gesu' Bambin mis-sagristija tas-Santwarju ghal fuq l-Artal Maggur tal-Bazilika - il-purcissjoni kienet immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta' Ghawdex flimkien mar-Rettur il-W.R. Dun Gerard Buhagiar u l-W.R. Dun Edward Vella. L-istatwa tal-Bambin tpoggiet fil-post imhejji ghaliha taht l-artal-mejda u inghata bidu ghall-prietka tradizzjonali tat-tifel. Sar ukoll il-Kant ta' l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied bis-salmi jkunu alternati bejn il-Kor u l-kongregazzjoni numeruza li ngabret ghal din il-funzjoni. F'nofsillejl, l-E.T. Mons. Isqof Cauchi intona l-Innu 'Gloria in Excelsis Deo' u beda l-Pontifikal Solenni.

Waqt din il-Koncelebrazzjoni, giet esegwita l-Missa Cantate Dominum ta' Mro. Giuseppe Oltrasi flimkien ma' diversi innijiet tal-Milied, fosthom Ningabru Insara, Alleluia Pastorale, O Holy Night (kantata mill-mezzo-sopran u Direttrici tal-Kor, Silvana Agius), O Lejl ta' Skiet u Twieled Fostna l-Mulej. Biex tintwera b'mod aktar car l-universalita' tas-Solennita' tal-lum, l-innu O Lejl ta' Skiet gie kantat b'diversi lingwi minn numru ta' solisti tal-Kor - Analise Said, Rowena Formosa, Mikaela Bajada u Thelesa Azzopardi. Ic-celebrazzjoni intemmet ghall-habta tas-1.00am. Nistghu nghidu b'sodisfazzjon li dan is-servizz intlaqa' tajjeb hafna mir-Rettur Dun Gerard Buhagiar u minn dawk kollha prezenti - dan jawgura tajjeb hafna ghal servizzi simili fil-futur!

Intant, dalghodu, Jum il-Milied Imqaddes, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria). Fid-9.15am il-Kor ta servizz ta' ghanjiet tradizzjonali u popolari tal-Milied fil-Knisja. Fid-9.30am bdiet il-Quddiesa kantata li tmexxiet mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita' Frangiskana. Servizzi simili fil-Knisja ta' San Frangisk ser ikunu fil-Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret, l-Ahhar Jum tas-Sena Civili, is-Solennita' ta' Marija Omm Alla u s-Solennita' tal-Epifanija tal-Mulej.

MINN QALBNA, NIXTIEQU NAWGURAW IL-KUMPLAMENT TAL-FESTI T-TAJBA LILL-AMMIRATURI KOLLHA TAGHNA U LIL DAWK LI JSEGWU DAN IS-SIT ELETTRONIKU! JALLA GESU' BAMBIN JIMLA' LIL QLUBKOM FIL-FERH GENWIN LI JIBQA' JAKKUMPANJAKOM MATUL IS-SENA LI GEJJA!




Wednesday, 23 December 2009

Tittella' l-EWWEL EDIZZJONI tal-Kuncert tal-Milied mill-Kor Nativitas


Nhar il-Hadd 20 ta’ Dicembru 2009, il-Kor Nativitas ipprezenta l-ewwel edizzjoni tal-Kuncert ‘The Glories of Christmas’. Dan sar fis-Sala ‘Dun Alwig Camilleri’ fil-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra (Ghawdex) u beda fis-6.30pm. Ghalih attendew diversi nies mix-Xaghra u anke minn irhula ohra – fost dawn, kien hemm is-Sindku tal-lokalita’, is-Sur Joseph Cordina, flimkien mas-sinjura tieghu, il-kunsilliera Mary Carmen Bajada u Joseph Boartolo flimkien ma’ l-Arcipriet tal-Parrocca, Mons. Carmelo Refalo. Kien hemm ukoll prezenti l-membri tal-Kumitat Centrali tal-Banda mmexxija mis-Segretarju Joseph Bajada fl-assenza tal-President Eucharist Sultana li ma setax ikun fostna. Apprezzajna wkoll il-prezenza ta’ hafna barranin residenti fix-Xaghra li kienu wkoll prezenti ghal dan il-Kuncert. Il-compere tas-serata kien is-Sur Tony Grech.

Il-Kuncert kien imzewwaq b’diversi ghanjiet tradizzjonali u popolari ta’ Zmien il-Milied, fosthom Adeste Fidelis, When a Child is Born, Ahna Slaten li gejjin, Merry Christmas Everyone, Rudolph the Red Nosed Reindeer, Rockin’ Around the Christmas Tree u ohrajn. Flimkien mal-bicciet li fihom ippartecipa l-Kor b’uhud mill-membri jinterpretaw partijiet ta’ solisti, kellna wkoll erba’ bicciet strumentali – l-ghanja popolari O Holy Night kantata mill-mezzo-sopran Silvana Agius akkumpanjata fuq il-pjanu minn Ivan Attard, zewg organ solos (X Noel Grand Jeu et Duo u XII Noel Suisse, kompozizzjonijiet ta’ Louis Claude d’Aquin) u l-organ solo piece ‘Sinfonia Pastorale’ miktuba mis-Surmast Malti Emmanuel Galea li ndaqqet waqt l-intervall tal-Kuncert. Dawn il-bicciet gew interpretati fuq l-orgni mill-organista Ivan Attard li fil-prezent huwa wkoll l-Assistent Direttur tal-Kor. Ir-recording engineer kien is-Sur John Agius ta’ MBX Studio. Id-direzzjoni muzikali kienet f’idejn Silvana Agius.

Waqt dan il-Kuncert, inghatat ukoll tislima lill-kantant b’fama internazzjonali Michael Jackson li miet fil-25 ta’ Gunju li ghadda. Infatti, giet interpretata l-kanzunetta Heal the World li Jackson innifsu kien stqarr li kienet l-isbah diska li qatt kanta tul il-karriera tieghu. Din is-serata muzikali giet fi tmiemha ghall-habta tat-8.15pm. Wara li ntemm il-Kuncert, dawk kollha prezenti kellhom l-opportunita’ li jiltaqghu mal-koristi u flimkien jaqsmu l-awguri ghal dan l-istagun festiv waqt li kielu xi ftit hlewwiet assocjati ma’ dan iz-zmien tas-sena.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna s-support taghhom biex stajna ntellghu Kuncert ta’ kwalita’ gholja ghal dan iz-zmien tal-Milied. L-impenji issa jitkomplew fil-gimghat li gejjin – araw il-programm tas-servizzi li ghandna f’parti ohra ta’ din il-website.

Tuesday, 15 December 2009

Jinghata bidu ghan-Novena tal-Milied

Illum it-Tlieta 15 ta’ Dicembru 2009, il-Knisja Universali tat bidu ghall-ahhar fazi ta’ thejjija spiritwali ghas-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu permezz tan-Novena. Din id-devozzjoni tikkonsisti f’disat’ijiem ta’ talb biex in-nisrani jitheggeg aktar u jithejja tajjeb biex jiccelebra l-Milied Imqaddes.

Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima l-Quddiesa tal-ftuh u dik ta’ l-gheluq tan-Novena fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Ic-celebrazzjoni Ewkaristika bdiet bit-talba tar-Ruzarju ghall-habta tas-6.00pm u kompliet bil-Kurunella lil Gesu’ Bambin u Barka Sagramentali. Fis-6.30pm bdiet il-Quddiesa bil-prietka li tmexxiet minn Mons. George Bezzina, Kappillan tal-Parrocca tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ (Fontana). F’dawn l-ahhar gimghat, Dun Gorg kien rikonoxxut mill-Q.T. Papa Benedittu XVI (fuq talba ta’ Mons. Isqof Mario Grech) ghall-hidma siewja li wettaq fil-Knisja lokali meta dan hatru bhala Kappillan tieghu bit-titlu ta’ Monsinjur. Unur li tassew jisthoqqlu! Ir-repertorju li gie esegwit kien kollu bit-tema ta’ l-Avvent – iz-zmien liturgiku li jiftah is-Sena tal-Knisja u li jhejjina permezz tal-Qari tal-Kelma t’Alla u l-qsim ta’ l-Ewkaristija ghall-migja tal-Mulej, mhux tant fit-tifkira tat-Twelid tieghu fostna aktar minn elfejn sena ilu, imma aktar minn hekk, ghall-migja tieghU fil-glorja fl-ahhar taz-zminijiet. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ l-Assistant Direttur Ivan Attard li akkumpanja wkoll lill-koristi fuq l-orgni tal-Knisja.

Is-servizz li jmiss huwa l-KUNCERT MUZIKALI ‘The Glories of Christmas’ li ser jittella’ nhar il-Hadd li gej, 20 ta’ Dicembru, mis-6.30pm ‘il quddiem fis-Sala ‘Dun Alwig Camilleri’ tal-Kazin tal-Banda Victory. Waqt dan l-avveniment muzikali, ser jindaqqu u jitkantaw diversi ghanjiet tradizzjonali u popolari ta’ Zmien il-Milied biex inkomplu nidhlu fl-ispirtu ta’ dan iz-zmien festiv. Wara li tintemm din l-attivita’, isir riceviment lil dawk kollha prezenti fil-foyer tal-kazin. Inheggukom tattendu u ggibu ohrajn maghkom!


Sunday, 13 December 2009

Imfakkar b'mod solenni t-78 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu

Il-jum tat-13 ta’ Dicembru ghandu sinifikat importanti ghas-Santwarju tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija li nsibu fil-limiti ta’ l-Gharb, Ghawdex – santwarju li jigbed lejh eluf kbar ta’ pellegrini matul is-sena peress li baqa’ u jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ pajjizna bhala l-post li minnu l-Madonna semmghet lehinha lil Carmela Grima fis-sena 1883. Din il-gurnata tfakkarna fil-grajja tas-sena 1931 meta l-E.T. Mons. Mikiel Gonzi, dak iz-zmien Isqof ta’ Ghawdex, ikkonsagra sollennement din il-Knisja maestuza. Kienet gurnata ta’ maltemp kbir imma l-poplu Ghawdxi ikkonkorra bi hgaru ghal din ic-cerimonja sinifikanti li rat il-hitan u l-artal ta’ dan it-tempju jigu midluka biz-Zejt imqaddes tal-Grizma u ikkonsagrati ghas-servizz ta’ Alla.

L-anniversarju ta’ dan il-jum storiku gie mfakkar f’Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi fl-10.00am. Sa minn nofsinhar tas-Sibt u matul il-jum tal-Hadd, il-Quddies kollu li gie ccelebrat fis-Santwarju kien tas-Solennita’ tal-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni (minflok tat-Tielet Hadd ta’ l-Avvent) u dan juri x’post importanti tokkupa din il-festa fil-kalendarju liturgiku. Il-Kor Nativitas gie mistieden mir-Rettur il-W.R. Dun Gerard Buhagiar biex janima l-Quddiesa kantata ta’ l-okkazjoni. Fl-introjtu gie esegwit l-Innu Il-Mulej fuq il-blat bena daru li huwa l-innu tat-Tifhir ta’ Sbih il-Jum ta’ din il-festa. Matul ic-celebrazzjoni, giet kantata l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo u innijiet liturgici ohra.

Matul din il-gimgha, jibdew l-impenji tal-Kor li huma purament marbuta ma’ Zmien il-Milied. Inheggukom izzommu kuntatt ma’ dan is-sit ghal aktar taghrif dwar l-avvenimenti li fihom ser nippartecipaw.

Tuesday, 8 December 2009

Isir l-Irtir ta' l-Avvent ghall-membri tal-Kor Nativitas

Hija prassi li fi zmien l-Avvent u zmien ir-Randan, isiru zewg irtiri spiritwali ghall-membri kollha tal-Kor Nativitas bil-ghan li jghinhom fil-formazzjoni taghhom. L-irtir ta' l-Avvent 2009 sar nhar it-Tlieta 8 ta' Dicembru, Solennita' ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, fil-kappella ta' Marija Annunzjata fil-limiti ta' Kercem u ghalih attendew numru sabih ta' koristi regolari.


Dan il-mument ta' riflessjoni personali beda fis-2.00pm permezz tat-talb tas-salmi. L-irtir tmexxa mill-W.R. Dun Michael Curmi, Vici Rettur tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta' Gesu' u l-ewwel Direttur muzikali tal-Kor Nativitas. Waqt it-talk li ghamel, Dun Michael tkellem dwar is-sinifikat ta' zmien l-Avvent u l-htiega li ma nhallux iz-zmien ghaddej minghajr ma nkunu hejjejna ruhna dejjem aktar ghat-tieni migja ta' Kristu li hija mhabbra fl-Iskrittura Mqaddsa. Huwa wkoll ghamel meditazzjoni dwar il-Vergni Marija fil-mument tat-Thabbira ta' l-Anglu - xena mpittra tant tajjeb mill-Kavallier Fra Luca Garnier fil-kwadru titulari tal-kappella. Bejn it-3.30pm u l-4.00pm, il-membri tal-Kor kellhom il-possibilita' li jiltaqghu mar-Rettur tal-Kappella, il-W.R. Mons. Carmelo Borg, li tana ftit taghrif storiku dwar din il-knisja helwa. Kien hemm ukoll opportunita' ta' mixja fil-kampanja ta' l-inhawi.
Fl-4.10pm, il-membri tal-Kor ingabru quddiem Gesu' Sagramentat Espost u, flimkien mal-komunita' li tattendi b'mod regolari ghall-Quddies li jigi ccelebrat f'din il-Knisja, irrecitaw it-talba tar-Ruzarju Mqaddes f'din il-festa ghaziza tal-Madonna. Fl-4.30pm saret il-Quddiesa kantata li tmexxiet mir-Rettur tal-Kappella bis-sehem tal-grupp tal-kitarri fi hdan l-istess Kor u li ghalqet bic-cerimonja tat-tberik ta' xbieha helwa tal-Kuncizzjoni li tpoggiet ricentament fid-dahla tal-kappella.


Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja, ghall-akkoljenza tieghu u lil Dun Michael Curmi li ghogbu jigi fostna biex jaqsam ftit hsibijiet spiritwali maghna. Mumenti bhal dawn jghinu lill-koristi jikbru spiritwalment fil-hajja mghaggla u sekulari ta' zmienna. Ritratti ta' din l-attivita' jittellghu fuq dan is-sit fil-jiem li gejjin.



Saturday, 5 December 2009

THE GLORIES OF CHRISTMAS - KUNCERT TAL-MILIED 2009


Il-Kor Nativitas, b’kollaborazzjoni mas-Soċjeta’ Filarmonika Victory, qiegħed uffiċjalment iħabbar li ser ikun qed itella’ l-EWWEL EDIZZJONI tal-Kunċert b’mużika marbuta ma’ Żmien il-Milied. Il-Kunċert bl-isem ‘THE GLORIES OF CHRISTMAS’ ser jinżamm nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2009 fis-6.30pm fis-Sala “Dun Alwiġ Camilleri” fil-Każin tal-Banda Victory (Triq Marija Bambina – Xagħra Għawdex).

F’dan il-Kunċert, ser jiġu esegwiti għanjiet tradizzjonali u popolari tal-Milied. Ser jieħu sehem ukoll l-organista Ivan Attard (l-Assistent Direttur tal-Kor) li ser jakkumpanja lill-Kor Nativitas fil-maġġor parti ta’ l-innijiet u anke ser jinterpreta biċċiet mużikali f’parti ta’ solista. Id-direzzjoni mużikali ser tkun f’idejn is-Sinjura Silvana Agius. Il-preżentatur tal-Kunċert ser ikun is-Sur Tony Grech.

Id-dħul għal dan l-avveniment mużikali huwa b’xejn. Il-pubbliku li ser jattendi huwa mitlub li jkun sab postu fis-sala fis-6.15pm. Wara li jintemm il-Kunċert, isir riċeviment għal dawk kollha preżenti fil-foyer tal-Każin fejn kulħadd ikollu l-opportunita’ jiltaqa’ mal-koristi u flimkien naqsmu l-awguri għal dawn il-festi. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lis-Sinjura Silvana Agius (99420879) jew inkella javvicina lil xi membru tal-Kumitat fuq in-numru 21 556835.

-------------------------------------------------------------------------------------------------


The Nativitas Choir, in collaboration with the Victory Philharmonic Society of Xaghra Gozo, officially announces that it will be holding the FIRST EDITION of the Christmas Concert entitled ‘THE GLORIES OF CHRISTMAS’. This musical concert will take place on Sunday 20th December 2009 at the ‘Dun Alwiġ Camilleri’ Hall in the Victory Band Club and begins at 6.30pm.

During this concert, the choir performs a selection of popular and traditional Christmas carols. Organist Ivan Attard, at present the choir’s Assistant Director, accompanies the choir in the majority of the pieces performed and interprets some solo pieces on the piano/organ. The musical direction will be left in the hands of Mrs. Silvana Agius and the compère for the event will be Mr. Tony Grech.

Entrance for this concert is free. The audience attending for this event is kindly requested to be seated by 6.15pm. After the concert, a reception will be held for those attending at the club’s foyer. During this reception, one can meet the choristers and exchange festive greetings. For further information, please call Mrs. Silvana Agius (99420879) or one of the members of the Central Committee of the Victory Philharmonic Society on 21 556835.



In-Novena tal-Kuncizzjoni 2009

Bejn is-Sibt 28 ta' Novembru u l-Hamis 3 ta' Dicembru, il-Kor Nativitas anima b'mod l-aktar solenni n-Novena f'gieh it-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija ccelebrata fil-Knisja ta' San Frangisk fil-Belt Victoria.

Il-festa tal-Kuncizzjoni hija bil-wisq ghal qalb il-Frangiskani madwar id-dinja - Marija Immakulata hija sahansitra l-Patruna ta' l-Ordni Frangiskan. Kienu bosta l-qaddisin ta' din l-ordni li xandru dan il-Privilegg Singulari u misteru kbir tal-Fidi taghna, ewlenin fosthom il-Beatu Gwanni Duns Skotu li hareg bil-frazi tant qawwija 'potuit, voluit, fecit' li tfisser 'seta', ried, ghamel' u li biha ghalaq halq dawk ix-xettici kollha li kienu qeghdin jitfghu dubju dwar kemm fil-verita' Marija setghet tkun minghajr ebda tebgha ta' dnub u San Massimiljanu Marija Kolbe li waqqaf il-Milizzja ta' Marija Immakulata. Il-Papa Piju XII iddefinixxa t-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija bhala Domma tal-Fidi nhar it-8 ta' Dicembru tas-sena 1854. Fil-Knisja ta' San Frangisk, din il-festa hija kkunsidrata daqs jekk mhux aqwa mit-titular ghall-fatt li tigi ccelebrata permezz ta' tnax-il Sibt qabel il-festa u imbaghad, ikun hemm it-thejjija tan-Novena u l-qofol tal-festa fis-7 u t-8 ta' Dicembru ta' kull sena.

Il-Gwardjan Patri George Attard mghejjun mill-komunita' Frangiskana u l-Kumitat tal-Festa jahdmu bla heda biex il-festa tkun success minn kull angolu. Din is-sena huma stiednu lill-Kor Nativitas sabiex janima n-Novena. Ghal din l-okkazjoni gew imzanzna bosta innijiet Marjani u ohrajn marbuta ma' Zmien l-Avvent li huwa zmien liturgiku Marjan. Fost l-ohrajn giet esegwita l-Alma Redemptoris Mater tas-Surmast Nazzareno Refalo li hija miktuba bi stil mexxej li jgieghel lill-kongregazzjoni tippartecipa bis-shih fil-kant. Gie ukoll esegwit sett ta' salmi responsorjali godda mmuzikati minn Ivan Attard li akkumpanja lill-Kor matul dawn il-jiem ta' celebrazzjonijiet. Id-direzzjoni muzikali kienet f'idejn Silvana Agius.


NAWGURAW IL-FESTA T-TAJBA LIL KULHADD!