Tuesday, 30 March 2010

Jinghata bidu ghall-attivitajiet tal-Gimgha Mqaddsa 2010

Il-Knisja Universali tibda l-Akbar Gimgha fis-Sena Liturgika taghha permezz tac-Celebrazzjoni ta’ Hadd il-Palm li tfakkar id-Dahla trijunfanti ta’ Kristu f’Gerusalemm. Hija prassi tal-Banda Victory tax-Xaghra u l-Kor Nativitas li, l-ghada tal-festa tradizzjonali ta’ Marija Addolorata u sussegwentement lejliet Hadd il-Palm, jigi organizzat Kuncert ta’ Muzika Sagra bil-ghan li jdahhalna aktar fl-ispirtu tal-Misteru tal-Fidwa taghna. Din is-sena, din l-attivita’ muzikali hadet zvolta gdida peress li ghall-ewwel darba fl-istorja, gie esegwit Kuncert kongunt bejn il-Banda tar-rahal taghna u l-Banda Cittadina u Dekana L’Isle Adam tar-Rabat Malta. Din is-sena, dawn iz-zewg baned qeghdin ifakkru zewg anniversarji importanti fl-izvilupp tal-istorja muzikali taghhom. Is-Socjeta’ Filarmonika Victory qed tikkommemora l-75 Anniversarju minn meta bdiet tiehu sehem fil-Purcissjoni annwali tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina filwaqt li l-Banda L’Isle Adam qed tfakkar b’ghozza eghluq il-125 Sena mit-twaqqif taghha.

Il-Kuncert sar darbtejn fuq xulxin – nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu fis-7.30pm fis-Santwarju ta’ Marija Bambina u l-Hadd 28 ta’ Marzu fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’ fir-Rabat tal-Imdina. Ghal dawn iz-zewg Kuncert, attendiet folla mdaqqsa ta’ nies u ammiraturi ta’ dawn iz-zewg baned stabbiliti. Waqt din l-attivita’, giet esegwita ghall-ewwel darba l-Cantata ‘It-Triq tas-Salib’, kliem ta’ Patri Marcello Ghirlando OFM u siehbu Patri Raymond Camilleri OFM u muzika tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM li b’kumbinazzjoni huwa wkoll is-Surmast Direttur ta’ dawn iz-zewg baned. Flimkien mal-bandisti, ha sehem ukoll il-Kor Nativitas u numru ta’ koristi Maltin. Il-cantata hija miktuba ghall-istrumenti tradizzjonali tal-banda flimkien mat-timpani u tubular bells b’partitura ghall-vucijiet maqsuma f’Kor SATB (Soprano, Alto, Tenor and Bass) u zewg solisti – tenur u baxx. Hija bicca xoghol sabiha mmens b’muzika tal-widna u allura, wiehed ma jistaghgibx li f’partijiet minnha, anke l-pubbliku prezenti kanta mal-Kor it-talb li jirrepeti ruhu f’kull stazzjon ta’ din il-Via Crucis kantata! Fuq kollox, din kienet ix-xewqa tal-kompozitur innifsu – li l-kongregazzjoni tippartecipa flimkien mal-Kor f’din il-meditazzjoni profonda.

Intant, il-Hadd filghodu, il-Kor Nativitas kien impenjat ukoll b’servizz importanti fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Fid-9.30am saret ic-Cerimonja tat-tberik tal-frieghi tal-palm u z-zebbug fuq iz-zuntier tal-Knisja segwita minn purcissjoni qasira madwar is-salib tal-pjazza. Fl-9.45am bdiet Koncelebrazzjoni li tmexxiet minn Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’. Il-Kor kien immexxi mis-Sinjura Silvana Agius bl-akkumpanjament fuq l-orgni mill-Assistent Direttur Ivan Attard. Din ic-celebrazzjoni f’Hadd il-Palm fethet l-impenji tal-Kor Nativitas waqt il-funzjonijiet principali li jsawru din il-Gimgha Mqaddsa fit-tifkira solenni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tal-Feddej taghna Sidna Gesu’ Kristu.

Friday, 19 March 2010

Servizzi tal-Gimgha Mqaddsa ghall- Kor Nativitas u l-Banda Victory tax-Xaghra


Ftit tal-jiem ohra, il-Knisja Universali tidhol fl-Akbar Gimgha tas-Sena Liturgika – il-gimgha li tfakkar il-Misteru kbir tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej Gesu’. F’dawn iz-zminijiet gheziez, kemm il-Kor Nativitas u anke s-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra jkunu impenjati b’diversi servizzi li jibdew minn nhar il-Gimgha 26 ta’ Marzu (Festa tad-Duluri) u jintemmu nhar il-Hadd 4 ta’ April (Hadd il-Ghid). Is-servizzi ser ikunu kif gej:


Il-Gimgha 26 ta’ Marzu: Festa devota u tradizzjonali ta’ Marija Addolorata.

6.00pm: Il-Banda Victory takkumpanja l-purcissjoni devota bl-istatwa artistika tad-Duluri (xoghol tad-ditta Luigi Guacci ta’ Lecce fl-Italja) matul it-toroq Vjal it-8 ta’ Settembru, Triq Marija Bambina, Triq il-Mithna, Triq l-Imqades, Triq Frangisk Camilleri, Pjazza l-Vitorja u lura lejn il-Bazilika ta’ Marija Bambina fejn issir Koncelebrazzjoni Solenni.


Is-Sibt 27 ta’ Marzu:

7.30pm: Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, isir Kuncert ta’ Muzika Sagra bis-sehem tal-Banda Victory u l-Banda Cittadina u Dekana L’Isle Adam tar-Rabat Malta. Waqt dan il-Kuncert, ser tigi esegwita l-Cantata “It-Triq tas-Salib”, kliem ta’ Patri Marcello Ghirlando u Patri Raymond Camilleri OFM u muzika tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. Mro. Galea ser ikun qed jidderiegi liz-zewg baned, lis-solisti u lill-Kor Nativitas f’din is-serata kulturali.

Il-programm ikun taht il-patrocinju tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, u l-Onor. Dr. Chris Said LLD MP, Segretarju Parlamentari ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. Waqt dan il-Kuncert, isiru xi diskorsi u prezentazzjonijiet kommemorattivi.


Il-Hadd 28 ta’ Marzu: Hadd il-Palm. Ftuh tal-Gimgha Mqaddsa.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria):

9.15am: Tberik tal-frieghi tal-palm u z-zebbug fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Frangisk. Purcissjoni bis-Salib Rebbieh madwar il-Pjazza quddiem il-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni li tiftah il-Gimgha Mqaddsa mmexxija minn Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana. Janima l-Kor Nativitas.

7.00pm: Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’ fir-Rabat tal-Imdina, issir ir-ripetizzjoni tal-Kuncert ta’ Muzika Sagra li sar fil-jum ta’ qabel fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Dan ser ikun taht il-patrocinju distint tal-E.T. Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku ghall-Arcidjocesi ta’ Malta u d-Djocesi ta’ Ghawdex.


Il-Hamis 1 ta’ April: Hamis ix-Xirka.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk:

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Patri George Attard OFM Konv, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana, li fiha jitfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Sacerdozju Ministerjali. Isir ir-rit tal-hasil tar-riglejn. Fi tmiem din il-Quddiesa, Gesu’ Ewkaristija jittiehed f’purcissjoni solenni mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni fejn ikun prezenti ghall-venerazzjoni tal-Insara. Janima l-Kor Nativitas.


Il-Gimgha 2 ta’ April: Jum il-Gimgha l-Kbira.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk:

3.00pm: Azzjoni Liturgika tal-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes. Janima l-Kor Nativitas.

6.00pm: Il-Banda Victory tax-Xaghra tiehu sehem fil-purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-Bazilika ta’ Marija Bambina. Il-Banda ssellem lil Gesu’ Kurcifiss bl-innu “Quddiem l-Imsallab” tas-Surmast Vincenzo Ciappara u wara takkumpanja l-purcissjoni bid-daqq ta’ marci funebri.


Is-Sibt 3 ta’ April: Sibt il-Ghid.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk:

8.00pm: VGILI SOLENNI TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET – Tberik tan-nar il-gdid, mixeghla tal-Blandun, Thabbira tal-Ghid, Liturgija tal-Kelma, Kant Solenni tal-Glorja, Intonazzjoni Solenni tal-‘Hallelujah’, Tberik tal-Ilma, Liturgija tal-Maghmudija u Liturgija Ewkaristika. Jippresiedi l-W.R. Patri George Attard (Gwardjan) flimkien mal-Komunita’ Frangiskana ta’ beltna. Janima l-Kor Nativitas.


Il-Hadd 4 ta’ April: Solennita’ tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk:

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Hadd il-Ghid animata mill-Kor Nativitas.

Mis-7.30pm ‘il quddiem: Il-Banda Victory takkumpanja d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt fir-rahal taghna bid-daqq ta’ marci brijuzi.


Ahna nheggukom sabiex tippartecipaw f’dawn il-funzjonijiet u

minn dan is-sit elettroniku, nawgurawlkom l-Ghid it-tajjeb!!

Monday, 1 March 2010

Kuncert ta' Muzika Sagra - Gimgha Mqaddsa 2010


Is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex flimkien mal-Banda Cittadina L’Isle Adam tar-Rabat Malta ser itellghu Kuncert Muzikali li fih ser tigi esegwita l-Cantata “It-Triq tas-Salib”, kompozizzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. F’dan il-Kuncert ser jiehu sehem il-Kor Nativitas tal-Banda Victory taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-Assistent Direttur Ivan Attard. Il-programm muzikali ser isir nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu 2010 fis-7.30pm fil-Knisja Kolleggjata, Bazilika u Santwarju ta’ Marija Bambina Inkurunata fix-Xaghra Ghawdex taht il-patrocinju ta’ l-Onor. Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari.

Dan il-Kuncert ser isir fl-okkazjoni tal-75 Anniversarju minn meta l-Banda Victory tax-Xaghra bdiet tiehu sehem fil-purcissjoni annwali tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-Bazilika tax-Xaghra u l-125 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda L’Isle Adam.

Ripetizzjoni tal-istess Kuncert ser issir nhar il-Hadd 28 ta’ Marzu 2010, Hadd il-Palm, fil-Knisja ta’ San Guzepp fir-Rabat Malta. Il-hin ikun fis-7.00pm.

Kulhadd mistieden u mheggeg sabiex jattendi!

Monday, 22 February 2010

Aggornament dwar il-hidma tal-Kor Nativitas

Wara waqfa ta’ ftit gimghat biex il-koristi jiehdu ftit mistrieh, il-gimgha l-ohra, regghu bdew il-provi ghall-attivitajiet li ser ikollna fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa 2010.

L-aktar attivita’ mistennija hija dik li ser issir nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u nhar il-Hadd 28 ta’ Marzu (Hadd il-Palm) fis-Santwarju ta’ San Guzepp Inkurunat fir-Rabat tal-Imdina (Malta). F’dawn il-granet, il-Kor Nativitas ser jiehu sehem f’Kuncert ta’ muzika sagra li fih ser tigi esegwita l-Cantata “It-Triq tas-Salib”, kompozizzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. F’dan il-Kuncert, ser jiehdu sehem il-Baned Victory tax-Xaghra (A.D. 1898) u L’Isle Adam tar-Rabat Malta (A.D. 1885) li din is-sena qed tfakkar il-125 Anniversarju mit-twaqqif taghha. Ta’ min jghid li din is-sena wkoll, il-Banda Victory qed ticcelebra l-75 Anniversarju minn meta bdiet tiehu sehem fil-Purcissjoni annwali tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-Knisja Bazilika tax-Xaghra. Aktar dettalji dwar din l-attivita’ jinghataw fil-gimghat li gejjin.

Barra minn hekk, il-Kor Nativitas ser ikun impenjat bl-animazzjoni tal-funzjonijiet liturgici tal-Gimgha Mqaddsa fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. Il-programm dettaljat johrog aktar ‘il quddiem.

Sadanittant, fin-naha tal-lemin ta’ dan is-sit, qed naggornaw is-sezzjoni tar-ritratti billi ninkludu memorji mill-attivitajiet li kellu l-Kor minn Novembru 2009 sal-lum. Nirringrazzjawkom tal-interess taghkom.

Saturday, 23 January 2010

Il-Kor Nativitas ikanta f'Marsalforn fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' San Pawl, Patrun ta' Malta

Nhar il-Gimgha 22 ta’ Jannar 2010, Festa ta’ San Pubbliju l-Ewwel Isqof ta’ Malta, il-Kor Nativitas ippartecipa fic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar Jum tat-Tridu fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn. Il-Kor taghna huwa wiehed residenti f’Marsalforn tant li matul ir-rettorat tal-Kan. Dun Mikiel Borg, diga’ ippartecipa f’xejn inqas minn erba’ festi principali li jigu ccelebrati fil-Knisja – dawn huma l-Festa ta’ San Pawl f’Jannar 2009, il-funzjonijiet kollha relatati mat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid f’April 2009, il-Koncelebrazzjoni ta’ gheluq il-Kwaranturi Solenni nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009 u l-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl li qed tigi ccelebrata f’dawn il-jiem.

Il-festi ta’ din is-sena huma specjali ghax qeghdin ifakkru l-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta’ l-Appostlu Missierna fil-gzejjer Maltin. Ghal din l-okkazjoni, l-Assistant Direttur tal-Kor, Ivan Attard, kiteb il-muzika ta’ Innu gdid bl-isem ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita’ ta’ Marsalforn’ u Antifona gdida bl-isem ‘Sanctae Paule Apostole’ biex jindaqqu fil-jiem tal-festa Pawlina f’Marsalforn. Il-partitura giet ipprezentata lir-Rettur tal-Knisja nhar il-Gimgha wara li ntemmet il-funzjoni tat-Tridu.

Fl-okkazjoni ta’ din il-festa, il-Kor Nativitas interpreta numru sabih ta’ innijiet liturgici fosthom l-Innu lill-Appostlu Missierna San Pawl, maghruf bhala l-Innu tac-Centinarju, miktub mis-Surmast Mro. Joseph Abela Scolaro fl-1960 fl-okkazjoni tad-dsatax-il centinarju min-Nawfragju. Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Kan. Dun Mario Borg. Wara l-Quddiesa, tkanta l-Innu l-gdid lil San Pawl ta’ Marsalforn u nghatat il-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Mikiel Borg ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna biex nippartecipaw fil-festa Pawlina f’Marsalforn u nawguraw lilu, u lil dawk kollha residenti f’Marsalforn, il-FESTA T-TAJBA!

Sunday, 17 January 2010

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Festi Centinarji Pawlini f'Marsalforn

Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Kappillan Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn, sabiex janima l-Ghasar u l-Koncelebrazzjoni Solenni ta' l-Ahhar Jum tat-Tridu li ser jigi ccelebrat nhar il-Gimgha 22 ta' Jannar 2010 mill-5.30pm 'il quddiem. Dakinhar tigi mfakkra wkoll il-festa ta' San Pubbliju, l-Ewwel Isqof ta' Malta.

Wara l-Quddiesa, ser issir il-prezentazzjoni tal-muzika l-gdida ta' l-Innu "Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita' ta' Marsalforn" u l-Antifona "Sanctae Paole Apostole" miktubin mill-Assistent Direttur Ivan Attard fl-okkazjoni tal-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta' San Pawl fil-Gzejjer Maltin. Tigi wkoll inawgurata l-Manifestazzjoni "FIDI, ARTI U KULTURA" imnedija mill-Kunsill Lokali Zebbug (Ghawdex) f'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Xaghra, is-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubbliku fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u d-Dipartiment tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.

Inheggukom sabiex tattendu bi hgarkom ghal din ic-celebrazzjoni ta' festa f'gieh San Pawl - l-Appostlu tal-Gnus.


Friday, 15 January 2010

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa ta' Sant'Anton Abbati


Fuq stedina tal-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati li tinsab fl-inhawi maghrufa bhala ‘Tal-Qacca’ fix-Xaghra Ghawdex, il-Kor tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu bi thejjija ghall-Festa Liturgika ta’ San Anton Abbati. Din saret nhar il-Hamis 14 ta’ Jannar 2010 u kienet immexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marija Annunzjata f’Kercem.

Il-Knisja ta’ Sant’Anton ghandha rabtiet storici kbar mar-rahal tax-Xaghra tant li serviet bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali tal-lokalita’ bejn it-28 ta’ April 1688 – il-Jum tat-Twaqqif tal-Parrocca mill-Isqof Davide Cocco Palmeri – sas-sena 1692, meta l-parrocca mxiet ghall-Knisja l-gdida li l-ewwel giet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja u, aktar tard, lit-Twelid ta’ Marija Bambina. L-ewwel Kappillan li serva l-Parrocca taghna kien Dun Bernard Formosa li ha l-pusses tieghu fil-5 ta’ Gunju 1688, Jum il-Festa ta’ Corpus Christi.

Il-figura ta’ l-eremita qaddis Sant’Anton Abbati baqghet dejjem f’qalb il-poplu Xaghri tant li l-festa tieghu ghadha tigi ccelebrata bil-kbir kull sena fl-eqreb Hadd lejn is-17 ta’ Jannar li hija l-gurnata tal-festa liturgika tal-Qaddis. Din is-sena inzerta li l-festa esterna ser tkun qed tigi ccelebrata fl-istess gurnata tal-festa liturgika. Il-qofol tal-festa jintlahaq bil-Koncelebrazzjoni Solenni tal-Hadd filghaxija mmexxija minn Monsinjur Isqof ta’ Ghawdex u l-Purcissjoni Pontifikali li tintemm bit-tberik tradizzjonali ta’ l-annimali peress li Sant’Anton huwa l-protettur taghhom.

Il-Kor Nativitas kien partecipant fic-celebrazzjoni tat-Tridu fil-knisja ckejkna ddedikata lill-Qaddis. L-innijiet li gew esegwiti kienu dawn: ‘Innu lil Sant’Anton Abbati’ (muzika ta’ l-Assistent Direttur Ivan Attard), il-Quddiesa Cantate Domino (muzika ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi), ‘Irrid Niehu Sehem’ (Offertorju), ‘Il-ferh tassew’ (Tqarbin) u l-Innu popolari lil Sant’Anton Abbati (muzika ta’ Mro. Nazzareno Refalo). Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nawguraw il-festa t-tajba lix-Xaghrin kollha
b'mod partikolari dawk li joqoghdu fl-inhawi ta’ Sant’Anton!

Monday, 11 January 2010

Attivita' Socjali ghall-membri tal-Kor Nativitas

Nhar il-Gimgha 8 ta’ Jannar 2010, il-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Victory organizza ikla ta’ ringrazzjament lill-membri tal-Kor Nativitas ghall-hidma taghhom matul l-istagun tal-festi tal-Milied. Niftakru li dan kien stagun ferm impenjattiv ghall-koristi kollha, fejn apparti s-servizzi relatati ma’ l-animazzjoni liturgika tal-Quddies fil-Knisja ta’ San Frangisk u fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, kellna l-produzzjoni tal-Kuncert The Glories of Christmas.

L-ikla ta’ ringrazzjament saret f’ristorant lokali u ghaliha attendew id-Diretturi tal-Kor u l-membri kollha. Din kienet l-ewwel attivita’ tal-Kor Nativitas ghal din is-sena. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, il-membri jiltaqghu flimkien f’ambjent informali u jsiru jafu aktar lil xulxin.

Friday, 8 January 2010

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Festa tradizzjonali ta' Sant'Anton Abbati


Ghal sena ohra, il-Kor Nativitas qed jigi mistieden mill-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra Ghawdex, sabiex jippartecipa fil-Quddiesa Kantata tat-Tieni Jum tat-Tridu adunur il-Qaddis protettur ta’ l-annimali. Is-servizz ser isir nhar il-Hamis 14 ta’ Jannar 2010 fis-6.30pm. Il-Quddiesa titmexxa mill-W.R. Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja tal-Lunzjata (Kercem) filwaqt li l-omelija tat-Tridu jaghmilha Mons. Lawrenz Sciberras. Kulhadd huwa mistieden.

Saturday, 2 January 2010

Tislima lis-sena 2009 - Ringrazzjament lil Alla

Nhar il-Hamis 31 ta' Dicembru 2009, l-ahhar jum tas-sena civili, il-Kor Nativitas inghaqad mal-komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria fic-celebrazzjoni ta' ringrazzjament lil Alla ghall-grazzji kollha li xerred fuqna matul is-sena li kienet qed tintemm. Il-Quddiesa kantata bdiet fis-6.30pm u kienet ippreseduta mill-W.R. Patri Gwardjan George Attard OFM Konv. flimkien ma' Patri Egidio Mizzi u Patri Joseph Xerri, li flimkien jiffurmaw il-komunita' li tghammar fil-Knisja ta' San Frangisk. Il-Liturgija tal-Quddiesa kienet tas-Solennita' ta' Marija Omm Alla u Omm il-Paci.
Fi tmiem din l-Ewkaristija, tkanta l-Innu Te Deum (li huwa l-innu ufficjali tal-Knisja li bih trodd hajr lil Alla).


L-ghada l-Gimgha, 1 ta' Jannar 2010, Jum is-Solennita' ta' Marija Omm Alla, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jaghti l-ewwel servizz tieghu ghas-sena l-gdida fil-Quddiesa kantata tad-9.30am fl-istess Knisja ta' San Frangisk. Qabel bdiet din il-Koncelebrazzjoni, sar servizz ta' kant ta' ghanjiet tradizzjonali u popolari ta' Zmien il-Milied - dan kien l-ahhar servizz simili ghal dan iz-zmien festiv tas-sena.