Il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria billi anima l-Koncelebrazzjoni tad-9.30am li kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis flimkien mal-Innu 'Tifhir lill-Hallieq taghna' li huwa l-innu ta' tifhir lit-Trinita' Qaddisa flimkien ma' diversi innijiet liturgici ohra.
Dan il-Kor twaqqaf fis-16 ta' April 1999 u sal-lum ghadu jaghti s-servizz tieghu f'diversi celebrazzjonijiet liturgici f'numru sabih ta' Knejjes Ghawdxin. Id-Direttur muzikali u l-organista ufficjali tal-Kor huwa s-Sur Ivan Attard A.MusTCL. L-e-mail taghna huwa kornativitas@gmail.com. Ghal aktar informazzjoni, cemplu fuq 21 556835.
Sunday, 30 May 2010
Iccelebrata s-Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa
Il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria billi anima l-Koncelebrazzjoni tad-9.30am li kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis flimkien mal-Innu 'Tifhir lill-Hallieq taghna' li huwa l-innu ta' tifhir lit-Trinita' Qaddisa flimkien ma' diversi innijiet liturgici ohra.
Tuesday, 25 May 2010
Il-Kor Nativitas ikanta fis-Solennita’ ta’ Ghid il-Hamsin
Nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju 2010, il-Knisja Universali ghalqet Zmien il-Ghid permezz tas-Solennita’ tal-Inzul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Din hija t-tieni l-ikbar festa li ghandha l-Knisja u tigi ccelebrata hamsin jum fuq is-Solennita’ tal-Ghid il-Kbir. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Koncelebrata tad-9.30am fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria . Kif kien verament jixraq ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta diversi innijiet liturgici li huma marbuta mal-Ispirtu s-Santu fosthom ‘L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi’, ‘Dawk li jmexxihom l-Ispirtu’, ‘L-Ispirtu ta’ Kristu qed jigri jinxtered fuq l-art’, ‘Inhoss l-Ispirtu riesaq lejja’, ‘Spirtu Qaddis tal-Mulej’ ecc. Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. filwaqt li l-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat bl-orgni mill-organista Ivan Attard.
Sunday, 9 May 2010
Il-Kor Nativitas fil-Knisja taz-Zejt
Ghat-tieni sena konsekuttiva, il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta ccelebrata fil-Knisja maghrufa bhala ‘Taz-Zejt’ biswit ic-Cimiterju Parrokkjali tal-Gharb. Meta l-Gharb twaqqaf Parrocca fl-1679, din il-Knisja helwa serviet bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali ta’ din il-Parrocca sakemm inbniet Knisja akbar li, aktar tard, giet mghollija ghad-dinja ta’ Kolleggjata u Bazilika Minuri. Is-Sibt 8 ta’ Mejju, lejliet il-Festa, il-Kor anima l-Quddiesa tal-4.30pm li kienet immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna. Waqt din il-Quddiesa, il-Kor interpreta l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi u diversi innijiet Marjani b’rabta mal-okkazjoni ta’ din il-festa. Ic-celebrazzjoni tal-festa ntemmet bit-talb tal-Kurunella lil Ommna Marija tal-Vizitazzjoni, Barka Sagramentali u bews tar-relikwija. Fi tmiem il-funzjoni, il-koristi kienu mistiedna ghal riceviment zghir fis-sagristija tal-Knisja.
Ahna nirringrazzjaw lil Dun Akille Cauchi, ir-Rettur tal-Knisja, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna sabiex nanimaw il-Quddiesa ta’ lejliet il-Festa.
Thursday, 6 May 2010
Jinghata Bidu ghall-Erbghat ta’ Santa Marija fis-Santwarju ta’ Pinu
Nhar l-Erbgha 5 ta’ Mejju 2010 inghata bidu ghad-devozzjoni popolari tal-hmistax-il Erbgha bi thejjija spiritwali ghas-Solennita’ tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija. Dawn id-devozzjonijiet ikunu ccelebrati b’solennita’ fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex. Din is-sena, din id-devozzjoni qed tiehu forma partikolari peress li s-Santwarju qed ifakkar il-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna ta’ Pinu (1935 – 2010) u l-Ghoti tal-Warda tad-Deheb li l-Q.T. Papa Benedittu XVI offra lill-Madonna ta’ Pinu matul iz-zjara tieghu fostna fit-18 ta’ April li ghadda. Fuq stedina tar-Rettur tas-Santwarju il-W.R. Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jippartecipa u janima bil-kant il-Quddiesa tal-5.30pm li tkun ukoll imxandra b’mod dirett fuq Radju Marija. Il-Quddiesa tal-Ewwel Erbgha kienet Koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Ghawdex. Il-Kor interpreta diversi innijiet Marjani fosthom l-innu ‘Lejn is-Santwarju ta’ Pinu’, lirika ta’ Dun Gerard Buhagiar u muzika tas-Sur Joe Formosa . L-Erbghat tal-Madonna jilhqu l-qofol taghhom nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu permezz tac-Celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid tal-Assunta.
Il-Kor izomm l-appuntament tieghu fl-Erbghat tal-Madonna matul l-Erbghat li gejjin fil-Quddiesa tal-5.30pm.
Il-Kor Nativitas fil-Festa ta’ San Guzepp
Fl-4.30pm sar il-Kant Solenni tat-Tieni Ghasar mill-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina u fil-5.00pm bdiet Koncelebrazzjoni Pontifikali ta’ jum il-festa mmexxija mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof tad-Djocesi ta’ Ghawdex bis-sehem tal-orkestra. Fis-6.30pm bdiet hierga l-purcissjoni devota bl-istatwa artistika ta’ San Guzepp meqjuma b’tant devozzjoni fil-Bazilika tax-Xaghra. Il-Kor Nativitas sellem lix-xbieha ta’ San Guzepp bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lil San Guzepp’, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Il-purcissjoni kienet immexxija minn Mons . Anton Refalo Zammit u akkumpanjata bid-daqq ta’ marci religjuzi mill-Banda Victory tax-Xaghra.
Friday, 30 April 2010
Servizzi tal-Kor Nativitas matul ix-xahar ta' Mejju 2010
Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa sekondarja ta’ San Guzepp iccelebrata fil-parrocca tax-Xaghra
Nhar l-Erbgha 28 ta’ April 2010, il-parrocca tax-Xaghra tat bidu ghat-Tridu Solenni f’gieh San Guzepp fl-okkazjoni tal-festa sekondarja tieghu li ser tigi ccelebrata nhar il-Hadd 2 ta’ Mejju. Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu li tmexxiet mill-Arcipriet Mons . Carmelo Refalo u li kienet qed tfakkar ukoll it-322 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca taghna.Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta l-Missa Cantate Domino ta’ Giuseppe Oltrasi flimkien mal-innijiet religjuzi ‘Lil San Guzepp, Kompatrun tal-Parrocca tax-Xaghra’, ‘Noffrulek Mulej’, ‘Kull Hin Imbierek Ismu’ flimkien mas-Salm Responsorjali u l-akklamazzjoni ghat-talbiet ta’ intercessjoni li nqraw wara l-Evangelju. Il-funzjoni ntemmet bil-Kant tal-Antifona ‘Exsurgens Josef’ u Celebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Kor Nativitas jippartecipa fic-celebrazzjonijiet marbuta ma' Jum ix-Xaghra
Fl-okkazjoni ta’ Jum il-Lokalita’ taghna, il-Kunsill Lokali Xaghra stieden lis-Socjeta’ Filarmonika Victory u lill-Kor Nativitas sabiex jesegwixxu programm muzikali waqt serata kommemorattiva li saret f’Misrah il-Vitorja nhar is-Sibt 24 ta’ April 2010 mit-8.00pm ‘l quddiem. Waqt dan il-programm, kien hemm prezenti s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr. Chris Said, is-Sindku s-Sur Joseph Cordina u s-Sinjura tieghu, il-Vici Sindku Dr. Christian Zammit LLD, il-Kunsilliera l-ohra tal-Kunsill Lokali Xaghra, Mons. Arcipriet Carmelo Refalo u numru sabih ta’ residenti.Waqt din is-serata, inghata l-unur ‘GIEH IX-XAGHRA 2010’. Dan il-gieh jinghata kull sena mill-Kunsill Lokali lil xi persuna mix-Xaghra li tkun iddistingwiet ruhha b’hidma favur il-lokalita’. Din is-sena, ix-xorti messet lis-Surmast Emeritus Mro. Joseph Camilleri A.MusLCM li ghal diversi snin kien Surmast Direttur tal-Banda Victory. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas interpreta siltiet muzikali mill-musical popolari ‘The Sound of Music’, l-innu tal-Banda Victory u l-innu Nazzjonali taghna.
Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali Xaghra ghal din l-istedina li ghamlilna.
Sunday, 18 April 2010
Il-Kor Nativitas b'aktar impenji matul ix-xahar ta' April
Is-Sibt 24 ta' April 2010:
Mit-7.45pm 'il quddiem: Il-Kor Nativitas flimkien mas-Socjeta' Filarmonika Victory ser jesegwixxu diversi siltiet muzikali waqt Kuncert kommemorattiv li ser isir f'Misrah il-Vitorja biex ifakkar Jum il-Lokalita'. Dan il-Kuncert qed ikun ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Waqt dan il-programm muzikali, il-Kor ser ikanta siltiet mill-musical popolari Sound of Music u innijiet popolari.
L-Erbgha 28 ta' April 2010: Tifkira tat-322 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca tax-Xaghra u l-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa Sekondarja ta' San Guzepp.
7.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni bl-ewwel omelija dwar il-virtujiet ta' San Guzepp u b'radd il-hajr lil Alla f'dan l-anniversarju sinifikanti.
Wara, tinghad il-Kurunella lil San Guzepp, titkanta l-Antifona Exsurgens Josef u tinghata l-Barka Sagramentali.
Inheggukom sabiex tinghaqdu maghna f'dawn iz-zewg servizzi li ser isiru fil-parrocca tax-Xaghra fil-jiem li gejjin. Grazzi tal-interess taghkom fl-attivitajiet taghna.
Thursday, 15 April 2010
L-Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor Nativitas
Nhar il-Gimgha 16 ta’ April 2010, il-Kor Nativitas ifakkar il-hdax-il anniversarju mit-twaqqif tieghu.
Kienet is-sena 1999 li rat it-twaqqif ta’ dan il-Kor fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra – Kor li baqa’ dejjem miexi ‘l quddiem u qed izid fin-numru ta’ servizzi li jaghti mhux biss f’diversi Knejjes Ghawdxin imma anke f’numru ta’ attivitajiet kulturali. Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul dawn il-hdax-il sena kienu nvoluti fit-tmexxija ta’ dan il-Kor u lil dawk li b’xi mod jew iehor taw l-ghajnuna taghhom biex il-Kor seta’ jizviluppa f’wiehed stabbilit.
Tislima wkoll lis-Sur Michael Cini li kien il-fundatur ta’ dan il-Kor u lill-membri tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ taghna li matul iz-zmien hadmu id f’id mad-direzzjoni tal-Kor biex intlahaq is-success mixtieq.
Grazzi lil kulhadd u nheggukom sabiex tkomplu ssostnuna bil-prezenza taghkom waqt is-servizzi taghna!
