Dan il-Kor twaqqaf fis-16 ta' April 1999 u sal-lum ghadu jaghti s-servizz tieghu f'diversi celebrazzjonijiet liturgici f'numru sabih ta' Knejjes Ghawdxin. Id-Direttur muzikali u l-organista ufficjali tal-Kor huwa s-Sur Ivan Attard A.MusTCL. L-e-mail taghna huwa kornativitas@gmail.com. Ghal aktar informazzjoni, cemplu fuq 21 556835.
Nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu komplew is-Sibtijiet ta’ devozzjoni bi thejjija ghall-festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina li issa tinsab fil-qrib. Din is-sena, dawn is-Sibtijiet qed jinghataw sinifikat specjali minhabba l-2025 Anniversarju mit-Twelid tal-Madonna.
Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo biex janima c-celebrazzjoni tas-Sibtijiet. Nhar is-Sibt li ghadda, gew mistiedna diversi ghannejja tradizzjonali Maltin sabiex wara l-Quddiesa, setghet issir serata ta’ ghana fil-pjazza li ghaliha attendew numru sabih ta’ parruccani.
Hija drawwa sabiha tal-Kor Nativitas li matul is-Sajf norganizzaw diversi attivitajiet socjali li permezz taghhom, id-Diretturi u l-koristi jinghataw l-opportunita’ li jiltaqghu flimkien f’ambjent differenti minn tas-soltu u jsiru jafu aktar lil xulxin. Hekk gara waqt il-Bar-B-Q li sar nhar il-Hamis 5 ta’ Awwissu 2010 hdejn il-breakwater fil-bajja ta’ Marsalforn. Din kienet esperjenza ohra pozittiva ghal dawk kollha li attendew fejn qattajna madwar erba’ sighat niccajtaw, nilaghbu, niehdu gost u nieklu flimkien!
Huwa xieraq li minn dan is-sit ufficjali tal-Kor, nestendu r-radd ta’ hajr taghna lil dawk kollha li ghenu sabiex din l-attivita’ kienet success minn kull aspett. Nirringrazzjaw lil John Agius u Mark Formosa li bil-pacenzja kollha qaghdu jippreparaw l-ikel ghall-koristi kollha biex hekk kulhadd seta’ jibda jiekol minghajr ebda telf ta’ hin. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li gabu affarijiet essenzjali maghhom biex kulhadd kien komdu u ha gost b’din is-serata ta’ divertiment.
Wara l-Bar-B-Q li serva ta’ rilassament ghall-membri tal-Kor, issa nintefghu f’gimghat ta’ hidma intensiva bi thejjija ghall-festa titulari ta’ Marija Bambina. Bhalissa, il-membri tal-Kor Nativitas ghaddejjin bil-preparazzjonijiet taghhom ghall-avvenimenti l-kbar li gejjin, ewlenin fosthom il-Velja ta’ Lejliet Santa Marija f’Ta’ Pinu nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu, il-Kuncert Vokali u Strumentali tal-Banda Victory nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru, l-Ghasar Solenni bil-vucijiet nhar is-26 ta’ Awwissu u fil-Jiem tat-Tridu tal-festa, il-Kant tal-Innu ‘Hdejn in-Nieqa ta’ Marija’ f’jum il-festa filghaxija u ohrajn.
Attivitajiet simili (bhall-Bar-B-Q li ghamilna din il-gimgha) jissoktaw wara t-8 ta’ Settembru. Sa dakinhar ser nibqghu nzommukom aggornati b’dak kollu li nkunu ghaddejjin minnu bhala KOR NATIVITAS!
Is-servizzi u attivitajiet socjali tal-Kor taghna ghal matul ix-xahar ta' Awwissu huma kif gej:
L-Erbgha 4 ta’ Awwissu 2010: L-Erbatax-il Erbgha ta’ Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa bl-omelija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.
Il-Hamis 5 ta’ Awwissu 2010:
Mis-6.00pm ‘il quddiem: Bar-B-Q ghad-Diretturi u l-membri tal-Kor hdejn il-breakwater fil-bajja ta’ Marsalforn. Din hija wahda mill-attivitajiet socjali ghall-koristi matul is-Sajf.
Is-Sibt 7 ta’ Awwissu 2010: L-Ghaxar Sibt tal-Bambina.
7.30pm: Quddiesa bl-omelija fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina (Xaghra).
It-Tnejn 9 ta’ Awwissu 2010: Lejliet il-Festa Liturgika ta’ San Lawrenz.
7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons . Silvestro Magro, Isqof ta’ Benghazi (Libja), fil-Knisja ta’ San Lawrenz (Ghawdex).
L-Erbgha 11 ta’ Awwissu 2010: Il-Hmistax-il Erbgha ta’ Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa bl-omelija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.
Is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010: Vgili tas-Solennita’ tat-Tlugh tal-Vergni Marija fis-Sema.
Mit-8.15pm ‘il quddiem: Il-Kor Nativitas janima l-Velja Djocesana tal-Ghid tal-Assunta fil-Pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Recita tar-Ruzarju, Kant tas-Salmi u Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, flimkien mal-Presbiterju Djocesan.
Is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2010: L-Ahhar Sibt tal-Bambina bi thejjija ghall-festa titulari tal-Parrocca.
7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li taghlaq dawn is-Sibtijiet ta’ devozzjoni u tiftah il-festi specjali adunur Marija Bambina fl-okkazjoni tal-2025 Anniversarju mit-Twelid taghha.
Il-Hamis 26 ta’ Awwissu 2010:
7.30pm: Kant tal-Ghasar polifoniku (b’erba’ vucijiet) alternat ma’ Kant Gregorjan fil-Bazilika ta’ Marija Bambina segwit minn Pellegrinagg Kbir bl-Istatwa titulari ta’ Marija Bambina bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleggjali tax-Xaghra u l-Isla u l-Kleru tal-Parrocci tal-Mellieha u n-Naxxar.
Mis-Sibt 28 ta’ Awwissu ‘l quddiem:
Numru ta’ membri mill-Kor Nativitas ser jippartecipaw fil-Quddiesa tan-Novena ta’ filghaxija bi thejjija ghall-festa titulari ta’ Marija Bambina.
Inheggukom sabiex tattendu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas!
Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina fix-Xaghra, nhar l-Erbgha 21 ta’ Lulju 2010 sar il-funeral ta’ ohtna Carmela Said li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eta’ ta’ 71 sena. Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-familjari taghha sabiex janima l-Quddiesa tal-funeral.
Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa diversi innijiet liturgici li jesprimu tama f’hajja li ma tintemmx. Il-Koncelebrazzjoni bdiet fil-5.30pm u tmexxiet mill-Arcipriet tal-Parrocca, Mons . Carmelo Refalo flimkien ma’ diversi sacerdoti Xaghrin u Ghawdxin. Fi tmiem din ic-Celebrazzjoni Ewkaristika, sar it-tberik u l-incensazzjoni tal-fdalijiet ta’ ohtna Carmela segwit mill-pellegrinagg lejn ic-Cimiterju Parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna.
Aghtiha O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem,
id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha, tistrieh fil-paci. Amen!
Nhar it-Tnejn 12 ta' Lulju 2010, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu li saret quddiem in-nicca taghha li tinsab fi Triq Mannar fl-inhawi maghrufa bhala 'tan-Nazzarenu'. Din in-nicca tinsab faccata tad-dar tal-familja Galea -l-istess dar li fiha kien joqghod il-W.R. Mons. Giovanni Galea li ghal hafna snin serva bhala Rettur tal-Knisja ta' Kristu Sultan u Tezorier tal-Kapitlu tal-Kolleggjata Insinji ta' Marija Bambina. Matul il-medda tas-snin, zviluppaw diversi hsarat fl-istruttura ta' din in-nicca imma bil-hidma tad-devoti tal-Madonna taht it-titlu tal-Karmelu, din in-nicca giet restawrata u inawgurata mill-gdid xi snin ilu.
Kull sena, fl-okkazjoni tal-festa liturgika tal-Madonna tal-Karmnu li tigi ccelebrata nhar is-16 ta' Lulju, tigi ccelebrata Quddiesa quddiem din in-nicca. Din is-sena, din il-funzjoni nzammet fit-12 ta' Lulju biex hekk ma ttellef xejn mic-celebrazzjonijiet li jsiru fil-Knisja ta' Hamet li tinsab fil-limiti tal-parrocca tax-Xaghra. Fuq stedina tal-W.R. Kan. Anton Refalo Rapa, Rettur tal-Komunita' tan-Nazzarenu, il-Kor Nativitas anima din il-Liturgija. Gew esegwiti numru ta' innijiet religjuzi popolari biex hekk il-kongregazzjoni prezenti setghet tippartecipa bis-shih. L-omelija tal-okkazjoni saret mir-Rev. Djaknu Dun Samuel Grech (Ghajnsielem) li kkoncelebra ma' Dun Anton waqt din ic-Celebrazzjoni Ewkaristika. Bhal dejjem, il-Kor kien taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard.
Il-hmistax-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Patri Michael Attard OFM Konv. gie mfakkar permezz ta’ Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria nhar is-Sibt 26 ta’ Gunju 2010 fis-6.30pm.
Patri Michael, iben il-parrocca tax-Xaghra, gie ordnat sacerdot minn idejn l-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi nhar l-24 ta’ Gunju 1995 fil-Knisja Katidrali ta’ Marija Assunta. Huwa ssieheb mal-Frangiskani Konventwali u ghal diversi snin qeda l-ministeru sacerdotali tieghu bhala Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria.
Dan is-sacerdot u religjuz habrieki fl-ghalqa tal-Mulej xtaq li jfakkar dan l-anniversarju tal-Ordinazzjoni tieghu flimkien mal-komunita’ ta’ San Frangisk imdawwar mill-familjari u bosta hbieb. Il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex janima l-Liturgija tal-Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lil Alla. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi flimkien ma’ diversi innijiet religjuzi fosthom ‘L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi’ (M. Frisina), is-salm responsorjali tal-Quddiesa, ‘Tkun Imbierek Mulej’, ‘Jiena Sid is-Sema w l-Art’ u l-innu popolari tal-Immakulata Kuncizzjoni ‘Lejna Hares’.
Ahna nawguraw lil dan is-sacerdot u nixtiequlu minn qalbna
AD MULTOS ANNOS!!
Nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju 2010, fil-Knisja Bazilika u Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex, giet iccelebrata s-Solennita’ tal-127 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna lil Carmela Grima u lil Frangisk Portelli. Din il-grajja li sehhet fl-1883 kabbret il-popolarita’ tas-Santwarju u ghamlitu oasi ta’ spiritwalita’ Marjana fejn bosta pellegrini Ghawdxin, Maltin u anke barranin jidhlu fil-kappella tal-Madonna biex fis-skiet, jirriflettu dwar Alla u l-misteri tal-fidi taghna.
Din is-sena wkoll, gie mfakkar b’mod solenni l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Assunzjoni ta’ Marija meqjum b’tant ghozza f’dan is-Santwarju, l-istess kwadru li minnu l-Vergni Marija semmghet lehinha liz-zewg kompajzani taghna. L-Inkurunazzjoni tal-Kwadru saret fl-20 ta' Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Maria Lepicier, Legat tal-Papa Piju XII. Fost l-attivitajiet li saru biex ifakkru dawn iz-zewg anniversarji importanti, nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju, jum il-festa titulari, gie ccelebrat Pontifikal Solenni mill-E.T. Mons . Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus ta’ Malta, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti u religjuzi minn Malta u Ghawdex. L-animazzjoni tal-kant kienet mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni tal-Bazilika mill-organista Ivan Attard. Gew esegwiti bosta innijiet Marjani ghal din l-okkazjoni flimkien mal-Quddiesa Gregorjana De Angelis alternata bejn il-Kor u l-kongregazzjoni migbura ghal din ic-celebrazzjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Il-Pontifikal li beda fit-8.00pm intemm ghall-habta tad-9.15pm u kien segwit minn Siegha Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet sakemm fl-10.15pm giet recitata t-Talba ta’ Gheluq il-Jum u inghatat l-Barka Sagramentali li ghalqet dawn il-festi f’gieh il-Madonna ta’ Pinu.
L-impenji tal-Kor Nativitas fis-Santwarju tal-Madonna ikomplu matul l-Erbghat bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Ghid tal-Assunta li niccelebraw mal-Knisja kollha nhar il-Hadd 15 ta’ Awwissu 2010. Kull nhar ta’ Erbgha, il-Kor janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija.
Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa devota ta’ Sant’Antnin li tigi ccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fir-Rabat Ghawdex. Peress li din is-sena l-festa liturgika tal-Qaddis inzertat fil-jum tal-Hadd, il-Komunita’ Frangiskana trasferiet il-jum propju tal-festa ghat-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010.
Bejn il-Gimgha 11 u l-Hadd 13 ta’ Gunju 2010 saru tlett ijiem ta’ Tridu Solenni bil-prietki dwar il-Qaddis ta’ Padova mill-W.R. Kan. Mikiel Borg, Rettur tal-komunita’ ta’ Marsalforn. Il-Quddiesa tal-ahhar Jum tat-Tridu kienet animata mill-Kor Nativitas li kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.
F’jum il-festa tal-Qaddis, nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010, il-Kor anima l-Quddiesa Solenni tal-5.00pm bis-sehem tat-tfal. Din ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet preseduta mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna u fiha huwa wassal messagg attwali lit-tfal numeruzi li ngabru ghal din il-Quddiesa. Il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi fosthom l-Innu popolari ‘O tal-Mirakli’ li ghandu gheruq sodi fost il-Frangiskani. Il-Kor kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.
Matul din is-sena, il-parrocca tax-Xaghra qed tfakkar b’festi specjali l-2025 Anniversarju mit-Twelid ta’ Marija Bambina, patruna taghna. Ghal dan il-ghan, is-Sibtijiet bi thejjija ghall-festa titulari li jibdew fil-bidu ta’ Gunju qed jiehdu xejra aktar solenni u jinkludu l-Konsagrazzjoni tal-familji kollha li ghandna fix-Xaghra.
Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo sabiex janima dawn is-Sibtijiet ta’ devozzjoni. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor qed jinterpreta numru sabih ta’ innijiet Marjani li jikkumplimentaw l-iskop principali ta’ din id-devozzjoni, jigifieri li nitghallmu nixbhu lil Marija Bambina fil-virtujiet sbieh taghha. Matul iz-zewg Sibtijiet li ghaddew, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Christian Bajada.
Nhar il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni tas-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta diversi Innijiet Ewkaristici fosthom ‘Lil Gesu’ Ostja’, ‘Biex Insir Ewkaristija’ u ‘Il-Hobz tal-Hajja’ fost l-ohrajn.
Il-Festa tal-Korpus twaqqfet mill-Papa Urbanu IV bil-ghan li tinghata qima solenni lil Gesu’ prezenti haj fis-Sagrament tal-Ewkaristija Imqaddsa.