Monday, 23 August 2010

Il-Kor Nativitas jaghlaq is-Sibtijiet tal-Bambina

Nhar is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2010 gie iccelebrat l-ahhar Sibt ta’ devozzjoni bi thejjija ghas-Solennita’ tat-Twelid ta’ Marija Bambina, titular tal-parrocca tax-Xaghra. Il-Kor Nativitas temm l-impenji tieghu marbuta ma’ dawn is-Sibtijiet bl-animazzjoni tal-Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ rapprezentanza tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parrocca.


Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa Pastorale u diversi innijiet religjuzi u popolari tal-Bambina fosthom ‘Helwa Bambina’ (arr. Paul Portelli), Quddiem Marija Bambina u O Bambina kollok glorja. Din ic-celebrazzjoni fethet b’mod ufficjali l-festi specjali li ser ifakkru l-2025 Anniversarju mit-Twelid tal-Madonna. Il-Kor Nativitas ser ikun impenjat bis-shih f’dawn il-festi. Inheggukom sabiex izzommu ruhkom aggornati bl-impenji taghna permezz ta’ dan is-sit elettroniku.

Sunday, 15 August 2010

Il-Kor Nativitas fil-Vgili ta’ Santa Marija

Nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010, Lejliet is-Solennita’ tat-Tlugh tal-Vergni Mqaddsa Marija fis-sema, il-Kor Nativitas flimkien ma’ koristi ohrajn minn diversi parrocci f’Ghawdex anima c-Celebrazzjoni tal-Vgili li saret fuq bazi Djocesana fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Din il-Velja ta’ sahra u talb tmexxiet mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti li ngabru f’Ta’ Pinu ghal din l-okkazjoni.


Il-Velja bdiet ghall-habta tat-8.15pm permezz ta’ Purcissjoni qasira bil-kwadru-replika tal-Madonna ta’ Pinu. Din is-sena, il-Velja ta’ Santa Marija hadet format specjali peress li fakkarna l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu – il-kwadru li juri l-Misteru tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija – u s-60 Anniversarju mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta nhar l-1 ta’ Novembru, 1950. Fl-ewwel parti ta’ din ic-celebrazzjoni msejha s-‘SAHRA’ gew recitati wkoll is-Salmi tal-Knisja Occidentali biex hekk intweriet aktar fid-dieher l-universalita’ tas-Solennita’ tal-lum. Il-Vgili ntemmet bil-Kant tal-Innu ‘L-Ghid tal-Assunta’ li jispjega l-kobor tal-jum tal-15 ta’ Awwissu.


Immedjatament wara, bdiet il-Koncelebrazzjoni Pontifikali li matulha giet iccelebrata l-Liturgija tal-Quddiesa tal-Vgili ta’ din is-Solennita’ Marjana. Il-Kor numeruz esegwixxa l-Missa Pastorale tas-Surmast Xaghri, Mro. Nazzareno Refalo, u diversi innijiet popolari ohrajn. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard. L-attivita’ kienet imxandra fuq Radju Marija ghall-beneficcju tal-morda u l-anzjani fi djarhom.

Saturday, 14 August 2010

Il-Kor Nativitas jifrah u jawgura!


Id-Diretturi u l-membri tal-Kor Nativitas jixtiequ jifirhu u jawguraw xewqat sbieh lil Tiziana Galea li nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010 ser tinghaqad fis-Sagrament taz-Zwieg.


Tiziana kienet wahda mill-koristi assidwi u regolari fis-servizzi li kien ikollna u ta’ dan, nixtiequ nirringrazzjawha mill-qalb. Filwaqt li nifirhu lilha u lis-sieheb taghha f’dan il-jum ta’ ferh kbir ghalihom, inweghduha it-talb taghna biex Alla, li beda din l-opra tajba fihom, iwassalha ghat-tmiem. Grazzi ta’ kollox u awguri!


AD MULTOS ANNOS!!

Thursday, 12 August 2010

Jintemmu l-Erbghat ta’ devozzjoni f’Ta’ Pinu

Nhar l-Erbgha 11 ta’ Awwissu, l-Ewwel Jum tat-Tridu bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija, intemmu l-Hmistax-il Erbgha ta’ devozzjoni li gew iccelebrati bhal kull sena fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.


Matul dawn l-Erbghat li bdew fil-5 ta’ Mejju li ghadda, il-Kor Nativitas gie mistieden mir-Rettur Dun Gerard Buhagiar sabiex janima l-Quddiesa tal-5.30pm li kienet tixxandar dirett fuq Radju Marija. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li l-Kor taghna ta dan is-servizz lill-insara li kienu jingabru regolarment f’riglejn il-Madonna f’dan is-Santwarju ewlieni taghha fi gziritna. L-omeliji li saru f’din il-Quddiesa kienu kollha marbuta mal-grajja tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari li sehhet fl-20 ta’ Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Lepicier. Ic-celebranti kienu l-W.R. Mons . Lawrenz Sciberras ghall-ewwel seba’ Erbghat u l-W.R. Kan. Carmelo Curmi ghat-tmien Erbghat li kien fadal.


It-thejjija spiritwali ghal din l-akbar Festa Marjana li ghandha l-Knisja tilhaq l-apici taghha nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu bil-Velja li ssir fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ Pinu. Din il-Velja ser tkun tikkonsisti f’purcissjoni bil-kwadru-replika tal-Madonna ta’ Pinu, kant tas-salmi, qari mill-Iskrittura u Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof Djocesan. Il-Kor Nativitas flimkien ma’ koristi minn diversi parrocci Ghawdxin ser janima din ic-celebrazzjoni Marjana.


Inheggu lil kulhadd sabiex inqaddsu l-Lejl qaddis ta’ Marija Assunta bil-partecipazzjoni taghna f’din il-Velja!

Tuesday, 10 August 2010

Il-Kor Nativitas jaghti servizz fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz

Nhar it-Tnejn 9 ta’ Awwissu 2010, il-Kor Nativitas anima l-Pontifikal Solenni ta’ Lejliet il-Festa Liturgika ta’ San Lawrenz, Arci-Djaknu u Martri, fil-parrocca li ggib ismu fin-naha tal-punent tal-Gzira Ghawdxija. Dan sar fuq stedina tal-W.R. Kappillan Dun Injazju Borg, iben il-parrocca tax-Xaghra. Il-Pontifikal tmexxa mill-E.T. Mons. Silvestro Magro, Isqof ta’ Benghazi fil-Libja.


Ic-celebrazzjoni bdiet bil-Kant tal-Antifona Levita Laurentius segwita mill-Espozizzjoni tal-Ewkaristija u l-ghoti tal-Barka Sagramentali. Ghal waqt il-Pontifikal, il-Kor esegwixxa diversi innijiet liturgici fosthom l-Innu popolari lil San Lawrenz , il -Missa Cantate Domino ta’ Giuseppe Oltrasi, is-salm responsorjali u innijiet ohrajn li issa dahlu sew fil-fomm ta’ dawk li jiffrekwentaw b’mod regolari l-knejjes taghna. B’hekk, ic-celebrazzjoni kienet wahda partecipattiva hafna bil-kongregazzjoni prezenti tkanta l-maggor parti tal-innijiet flimkien mal-Kor. Flimkien ma' Mons. Isqof Silvestro Magro, ikkoncelebraw il-Kappillan tal-Parrocca Dun Injazju Borg u l-Vici Parroku Dun Charles Sultana. Ic-celebrant principali kien assistit miz-zewg djakni, Dun Trevor Sultana u Dun Stephen Magro OFM. Wara li ntemmet din il-Quddiesa Koncelebrata, il-membri tal-Kor Nativitas kienu mistiedna ghal riceviment tal-okkazjoni fis-sagristija tal-Knisja.


Nixtiequ nirringrazzjaw lill-W.R. Dun Injazju Borg u l-presbiterju li jservi fil-Parrocca ta’ San Lawrenz ghal din l-istedina li ghogobhom jaghmlulna – stedina li ahna accettajna bil-qalb!

Sunday, 8 August 2010

Ikomplu s-Sibtijiet tal-Bambina: dalwaqt l-gheluq!


Nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu komplew is-Sibtijiet ta’ devozzjoni bi thejjija ghall-festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina li issa tinsab fil-qrib. Din is-sena, dawn is-Sibtijiet qed jinghataw sinifikat specjali minhabba l-2025 Anniversarju mit-Twelid tal-Madonna.


Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo biex janima c-celebrazzjoni tas-Sibtijiet. Nhar is-Sibt li ghadda, gew mistiedna diversi ghannejja tradizzjonali Maltin sabiex wara l-Quddiesa, setghet issir serata ta’ ghana fil-pjazza li ghaliha attendew numru sabih ta’ parruccani.




Friday, 6 August 2010

Attivita’ socjali tas-Sajf ghall-membri tal-Kor Nativitas

Hija drawwa sabiha tal-Kor Nativitas li matul is-Sajf norganizzaw diversi attivitajiet socjali li permezz taghhom, id-Diretturi u l-koristi jinghataw l-opportunita’ li jiltaqghu flimkien f’ambjent differenti minn tas-soltu u jsiru jafu aktar lil xulxin. Hekk gara waqt il-Bar-B-Q li sar nhar il-Hamis 5 ta’ Awwissu 2010 hdejn il-breakwater fil-bajja ta’ Marsalforn. Din kienet esperjenza ohra pozittiva ghal dawk kollha li attendew fejn qattajna madwar erba’ sighat niccajtaw, nilaghbu, niehdu gost u nieklu flimkien!

Huwa xieraq li minn dan is-sit ufficjali tal-Kor, nestendu r-radd ta’ hajr taghna lil dawk kollha li ghenu sabiex din l-attivita’ kienet success minn kull aspett. Nirringrazzjaw lil John Agius u Mark Formosa li bil-pacenzja kollha qaghdu jippreparaw l-ikel ghall-koristi kollha biex hekk kulhadd seta’ jibda jiekol minghajr ebda telf ta’ hin. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li gabu affarijiet essenzjali maghhom biex kulhadd kien komdu u ha gost b’din is-serata ta’ divertiment.

Wara l-Bar-B-Q li serva ta’ rilassament ghall-membri tal-Kor, issa nintefghu f’gimghat ta’ hidma intensiva bi thejjija ghall-festa titulari ta’ Marija Bambina. Bhalissa, il-membri tal-Kor Nativitas ghaddejjin bil-preparazzjonijiet taghhom ghall-avvenimenti l-kbar li gejjin, ewlenin fosthom il-Velja ta’ Lejliet Santa Marija f’Ta’ Pinu nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu, il-Kuncert Vokali u Strumentali tal-Banda Victory nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru, l-Ghasar Solenni bil-vucijiet nhar is-26 ta’ Awwissu u fil-Jiem tat-Tridu tal-festa, il-Kant tal-Innu ‘Hdejn in-Nieqa ta’ Marija’ f’jum il-festa filghaxija u ohrajn.

Attivitajiet simili (bhall-Bar-B-Q li ghamilna din il-gimgha) jissoktaw wara t-8 ta’ Settembru. Sa dakinhar ser nibqghu nzommukom aggornati b’dak kollu li nkunu ghaddejjin minnu bhala KOR NATIVITAS!

Ir-ritratti jkunu online fil-gimghat li gejjin.



Monday, 2 August 2010

Servizzi u attivitajiet tal-Kor Nativitas ghal matul ix-xahar ta’ Awwissu 2010

Is-servizzi u attivitajiet socjali tal-Kor taghna ghal matul ix-xahar ta' Awwissu huma kif gej:


L-Erbgha 4 ta’ Awwissu 2010: L-Erbatax-il Erbgha ta’ Santa Marija.

5.30pm: Quddiesa bl-omelija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.


Il-Hamis 5 ta’ Awwissu 2010:

Mis-6.00pm ‘il quddiem: Bar-B-Q ghad-Diretturi u l-membri tal-Kor hdejn il-breakwater fil-bajja ta’ Marsalforn. Din hija wahda mill-attivitajiet socjali ghall-koristi matul is-Sajf.


Is-Sibt 7 ta’ Awwissu 2010: L-Ghaxar Sibt tal-Bambina.

7.30pm: Quddiesa bl-omelija fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina (Xaghra).


It-Tnejn 9 ta’ Awwissu 2010: Lejliet il-Festa Liturgika ta’ San Lawrenz.

7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons . Silvestro Magro, Isqof ta’ Benghazi (Libja), fil-Knisja ta’ San Lawrenz (Ghawdex).


L-Erbgha 11 ta’ Awwissu 2010: Il-Hmistax-il Erbgha ta’ Santa Marija.

5.30pm: Quddiesa bl-omelija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.


Is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010: Vgili tas-Solennita’ tat-Tlugh tal-Vergni Marija fis-Sema.

Mit-8.15pm ‘il quddiem: Il-Kor Nativitas janima l-Velja Djocesana tal-Ghid tal-Assunta fil-Pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Recita tar-Ruzarju, Kant tas-Salmi u Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, flimkien mal-Presbiterju Djocesan.


Is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2010: L-Ahhar Sibt tal-Bambina bi thejjija ghall-festa titulari tal-Parrocca.

7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li taghlaq dawn is-Sibtijiet ta’ devozzjoni u tiftah il-festi specjali adunur Marija Bambina fl-okkazjoni tal-2025 Anniversarju mit-Twelid taghha.


Il-Hamis 26 ta’ Awwissu 2010:

7.30pm: Kant tal-Ghasar polifoniku (b’erba’ vucijiet) alternat ma’ Kant Gregorjan fil-Bazilika ta’ Marija Bambina segwit minn Pellegrinagg Kbir bl-Istatwa titulari ta’ Marija Bambina bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleggjali tax-Xaghra u l-Isla u l-Kleru tal-Parrocci tal-Mellieha u n-Naxxar.


Mis-Sibt 28 ta’ Awwissu ‘l quddiem:

Numru ta’ membri mill-Kor Nativitas ser jippartecipaw fil-Quddiesa tan-Novena ta’ filghaxija bi thejjija ghall-festa titulari ta’ Marija Bambina.


Inheggukom sabiex tattendu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas!


Friday, 23 July 2010

Il-Kor Nativitas janima l-Funeral ta’ Carmela Said (1939 – 2010)

Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina fix-Xaghra, nhar l-Erbgha 21 ta’ Lulju 2010 sar il-funeral ta’ ohtna Carmela Said li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eta’ ta’ 71 sena. Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-familjari taghha sabiex janima l-Quddiesa tal-funeral.


Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa diversi innijiet liturgici li jesprimu tama f’hajja li ma tintemmx. Il-Koncelebrazzjoni bdiet fil-5.30pm u tmexxiet mill-Arcipriet tal-Parrocca, Mons . Carmelo Refalo flimkien ma’ diversi sacerdoti Xaghrin u Ghawdxin. Fi tmiem din ic-Celebrazzjoni Ewkaristika, sar it-tberik u l-incensazzjoni tal-fdalijiet ta’ ohtna Carmela segwit mill-pellegrinagg lejn ic-Cimiterju Parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna.


Aghtiha O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem,

id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha, tistrieh fil-paci. Amen!

Monday, 12 July 2010

Il-Kor Nativitas fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xaghra

Nhar it-Tnejn 12 ta' Lulju 2010, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu li saret quddiem in-nicca taghha li tinsab fi Triq Mannar fl-inhawi maghrufa bhala 'tan-Nazzarenu'. Din in-nicca tinsab faccata tad-dar tal-familja Galea -l-istess dar li fiha kien joqghod il-W.R. Mons. Giovanni Galea li ghal hafna snin serva bhala Rettur tal-Knisja ta' Kristu Sultan u Tezorier tal-Kapitlu tal-Kolleggjata Insinji ta' Marija Bambina. Matul il-medda tas-snin, zviluppaw diversi hsarat fl-istruttura ta' din in-nicca imma bil-hidma tad-devoti tal-Madonna taht it-titlu tal-Karmelu, din in-nicca giet restawrata u inawgurata mill-gdid xi snin ilu.

Kull sena, fl-okkazjoni tal-festa liturgika tal-Madonna tal-Karmnu li tigi ccelebrata nhar is-16 ta' Lulju, tigi ccelebrata Quddiesa quddiem din in-nicca. Din is-sena, din il-funzjoni nzammet fit-12 ta' Lulju biex hekk ma ttellef xejn mic-celebrazzjonijiet li jsiru fil-Knisja ta' Hamet li tinsab fil-limiti tal-parrocca tax-Xaghra. Fuq stedina tal-W.R. Kan. Anton Refalo Rapa, Rettur tal-Komunita' tan-Nazzarenu, il-Kor Nativitas anima din il-Liturgija. Gew esegwiti numru ta' innijiet religjuzi popolari biex hekk il-kongregazzjoni prezenti setghet tippartecipa bis-shih. L-omelija tal-okkazjoni saret mir-Rev. Djaknu Dun Samuel Grech (Ghajnsielem) li kkoncelebra ma' Dun Anton waqt din ic-Celebrazzjoni Ewkaristika. Bhal dejjem, il-Kor kien taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard.