Thursday, 31 March 2011

Servizzi tal-Kor Nativitas ghall-Gimgha Mqaddsa 2011


Il-Kor Nativitas jinsab ghaddej bit-thejjijiet tieghu ghall-Festi tal-Gimgha Mqaddsa. Bhas-snin li ghaddew, il-Kor ser ikun impenjat jaghti s-servizz tieghu waqt dawn ic-celebrazzjonijiet fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria.

Il-granet u l-hinijiet ta’ dawn il-funzjonijiet huma kif gej:


Il-Hadd 17 ta’ April: Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.

9.15am: Tberik tal-frieghi tal-palm u z-zebbug fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Frangisk.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni bil-Qari tar-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej.


Il-Hamis 21 ta’ April: Hamis ix-Xirka. Tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija u s-Sacerdozju Ministerjali.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni li tinkludi r-Rit tal-Hasil tar-Riglejn u tintemm bit-translazzjoni tas-Santissimu Sagrament lejn l-Altar tar-Repozizzjoni.


Il-Gimgha 22 ta’ April: Il-Gimgha l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt Glorjuza tal-Mulej.

3.00pm: Azzjoni Liturgika li tinkludi l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin Imqaddes.


Is-Sibt 23 ta’ April: Sibt il-Ghid.

8.00pm: Vgili Solenni tal-Ghid il-Kbir li tinkludi t-tberik tan-nar, il-mixeghla tal-blandun, il-kant tal-Exultet, is-Sahra tal-istennija ghall-Qawmien tal-Mulej, il-Liturgija tal-Kelma, Liturgija tal-Maghmudija u Liturgija tal-Ewkaristija.


Il-Hadd 24 ta’ April: Hadd il-Ghid. Solennita’ tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet.

9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni.


Ic-celebrazzjonijiet kollha ser jitmexxew mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana. Il-Kor Nativitas ikun taht id-direzzjoni u akkumpanjat fuq l-orgni mid-Direttur tieghu, Ivan Attard A.MusTCL.


Thursday, 10 March 2011

Il-Kor Nativitas janima l-funeral ta’ Philip Bajada

Nhar il-Hamis 10 ta’ Marzu 2011, il-Komunita’ Parrokkjali tax-Xaghra tat l-ahhar tislima lil wiehed minn uliedha, Philip Bajada, li halla dan il-wied tad-dmugh fl-eta’ ta’ 57 sena. Fuq xewqa tal-familjari tieghu u b’rispett lejn ohtu Domitilla li hija wahda mill-koristi taghna, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-funeral li kienet immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo flimkien ma' hdax-il sacerdot iehor.


Kif jigri f’okkazjonijiet bhal dawn, il-Kor esegwixxa l-Missa Pro Defunctis flimkien ma’ diversi innijiet liturgici tar-Randan, fosthom ‘Nghixu l-Kelma’, ‘Henn ghalina’, ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’ u ‘Hu l-Mulej’. Ic-celebrazzjoni kienet segwita mid-difna fic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra.


Id-direzzjoni u l-membri tal-Kor Nativitas jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi sincieri taghhom lill-familjari ta’ huna Philip Bajada f’dan il-mument ta’ dieqa u telfa. Nitolbu lill-Mulej u lil Ommna Marija Bambina sabiex jaghtuh il-mistrieh ta’ dejjem. RIP.


Wednesday, 2 March 2011

Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas isellmu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello OFM

Nhar il-Hadd 6 ta’ Marzu 2011, ser issir zjara pastorali tal-E.T. Mons. Isqof Joseph Bonello OFM fil-parrocca tax-Xaghra li huwa rahal twelidu.


Mons. Bonello ilu ghal diversi snin jaqdi l-ministeru sacerdotali tieghu fil-missjoni tal-Honduras u ftit tal-gimghat ilu gie ordnat Isqof Koadjutur tad-Djocesi ta’ Juticalpa. Matul tmiem il-gimgha li gej, huwa ser ikun fuq zjara Pastorali fil-gzira Ghawdxija fejn ser jiltaqa’ fost l-ohrajn mal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, mas-sacerdoti u religjuzi Ghawdxin, mal-Membri Parlamentari eletti mid-distrett ta’ Ghawdex u mal-morda fl-Isptar Generali.


Is-Socjeta’ Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas ser isellmu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello waqt zjara qasira li ser jaghmel fil-Kazin tal-Banda fl-10am. Il-Kor ser ikanta l-Innu Pontificju bl-akkumpanjament muzikali tal-Banda Victory u wara l-istess Socjeta’ taghmel marc li jwassal lil Mons. Isqof sal-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina fejn jippresiedi Pontifikal Solenni ta’ Radd il-Hajr lil Alla.


Inheggu lil kulhadd sabiex jattendi ghal din ic-celebrazzjoni biex flimkien nifirhu mal-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello u nroddu hajr lil Alla ghad-Don tal-Ministeru Episkopali!


Ahna nawguraw lill-Isqof Bonello AD MULTOS ANNOS!!

Thursday, 10 February 2011

Il-Kor Nativitas isellem lil ohtna Carmena Refalo (1913-2011)

Nhar l-Erbgha 9 ta’ Frar 2011, fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina (Xaghra), inghatat l-ahhar tislima lil ohtna Carmena Refalo mix-Xaghra li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eta’ ta’ 97 sena. Fuq xewqa tal-W.R. Dun Alex Refalo u l-familja, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni tal-funeral.


Il-Kor esegwixxa l-Missa Pro Defunctis (Gregorjana) flimkien ma’ diversi innijiet liturgici popolari li huma ‘Diehla go Qalbi’, ‘Tkun Imbierek Mulej’, ‘Fejn issib l-Imhabba u l-Ghozza’, ‘Ir-Raghaj u s-Sid tieghi’ u ‘Hu l-Mulej’. Ic-celebrazzjoni kienet segwita mid-difna fic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra.

Tuesday, 25 January 2011

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta’ San Pawl f’Marsalforn


Ghat-tielet sena konsekuttiva, il-W.R. Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, ghamel stedina lill-Kor Nativitas sabiex jippartecipa fil-festa titulari tal-Konverzjoni ta’ San Pawl li giet iccelebrata nhar il-Hadd 23 ta’ Jannar 2011.


L-ewwel servizz taghna kien nhar il-Hamis 20 ta’ Jannar, it-Tieni Jum tat-Tridu. Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fis-6.00pm u kienet immexxija mill-W.R. Kanonku Dun Guzepp Cini. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa De Angelis (Gregorjana) u bosta innijiet liturgici ohrajn fosthom l-Innu ‘Lil San Pawl Appostlu’ ta’ Mro. Joseph Abela Scolaro li kien inkiteb fl-okkazjoni tac-Centinarju Pawlin tal-1960 u l-Innu ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Marsalforn’, kompozizzjoni tad-Direttur tal-Kor innifsu, Ivan Attard, u li gie mzanzan is-sena li ghaddiet. Il-funzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali u l-bews tar-relikwija ta’ San Pawl.


Intant, nhar il-Hadd 23 ta’ Jannar, jum il-festa titulari ta’ San Pawl f’Marsalforn, il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima b’mod solenni l-Kant tat-Tieni Ghasar li beda fl-4.00pm u kien immexxi mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parrocca tax-Xaghra, bis-sehem tal-Wisq Reverendu Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata Insinji u Bazilika ta’ Marija Bambina.


L-impenji tal-Kor fir-rigward ta’ servizzi issa jbattu xi ftit wara r-ritmu mghaggel tal-festi tal-Milied u l-festi ta’ Jannar. Madankollu, jibqghu xorta wahda ghaddejjin il-provi preparatorji biex il-koristi jkomplu jsahhu t-teknika taghhom fil-kant waqt li jhejju repertorju gdid ghall-okkazjonijiet li ghalihom diga’ gejna mistiedna matul din is-sena.


Aktar dettalji nkunu nistghu naghtuhom fil-gimghat li gejjin.

Saturday, 22 January 2011

Tislima lil Frenc Bonello (1924-2011)

Nhar il-Gimgha 21 ta’ Jannar 2011, is-Socjeta’ FilarmonikaVictory flimkien mal-Kor Nativitas sellmu ghall-ahhar darba lil Frangisk Bonello li ghadda ghall-hajja ta’ dejjem wara 87 sena fostna. Frenc, kif konna nsibuh, kien wiehed mill-aktar bandisti puntwali u assidwi fis-servizzi tas-Socjeta’ u ghalhekk kien xieraq li wara li rtira mill-banda minhabba ragunijiet ta’ sahha, gie onorat bit-titlu ta’ ‘bandist ghal ghomru’ skont kif jistipula l-istatut tal-istess Socjeta’.


Il-funeral ta’ Frenc Bonello sar nhar il-Gimgha 21 ta’ Jannar. Skont xewqa tal-familjari tieghu, il-fdalijiet ta’ Frenc twasslu bil-hearse quddiem is-sede tal-Banda Victory fi Triq Marija Bambina fejn intlaqa’ mill-membri tal-Kumitat Centrali, is-Surmast Direttur u diversi bandisti tas-Socjeta’. Il-korteo funebri kien akkumpanjat bid-daqq tal-marci mill-Banda Victory lejn il-Knisja Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina fejn bdiet il-Koncelebrazzjoni praesente cadavere li tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ ghadd gmielu ta’ sacerdoti Xaghrin u Ghawdxin. Il-Liturgija kienet animata mill-Kor tal-Abbatini tal-Bazilika flimkien ma’ Silvana Agius (li hija n-neputija ta’ Frenc) akkumpanjati fuq l-orgni minn Ivan Attard AMusTCL.


Wara li ntemmet din ic-celebrazzjoni, numru ta’ bandisti, akkumpanjati mill-istendard tas-Socjeta’ bi crepe iswed bhala sinjal ta’ luttu, imxew wara l-fdalijiet ta’ huna Frenc sac-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra fejn sar l-ahhar talb ghal ruhu u saret id-difna f’forma privata.

Saturday, 15 January 2011

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa ta’ Sant’Anton Abbati

Ghal sena ohra, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra Ghawdex, sabiex janima l-Quddiesa Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu tal-festa. Sant’Anton Abbati ghex hajja axxetika ‘l boghod mid-dinja ghall-qadi ta’ Alla. Huwa meqjus bhala l-protettur tal-annimali u bosta huma dawk li jbierku l-pets taghhom f’din il-festa.


Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fis-6.30pm u tmexxiet mill-W.R. Mons. Anton Refalo, Direttur tac-Cirklu taz-Zghazagh u Monsinjur tal-Kapitlu tal-Knisja Katidrali. L-omelija tal-okkazjoni saret mill-W.R. Patri Karm Dimech li attwalment huwa l-Gwardjan tal-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Kapuccini li huma responsabbli mill-kura tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fil-Belt Victoria. Giet esegwita l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo flimkien ma’ bosta innijiet adattati ghal-Liturgija. Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali u bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lil Sant’Anton Abbati’.


Wednesday, 5 January 2011

Servizzi tal-Kor Nativitas ghax-xahar ta’ Jannar 2011

Il-Hamis 13 ta’ Jannar: It-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’ Sant’Anton Abbati.

6.30pm: Quddiesa kantata bl-omelija. Wara tinghad il-Kurunella u Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni taghlaq bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lil Sant’Anton Abbati’.


Il-Gimgha 21 ta’ Jannar: It-Tielet Jum tat-Tridu tal-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn.

5.30pm: Kant tal-Ghasar.

6.00pm: Quddiesa kantata bl-omelija tat-Tielet Jum tat-Tridu. Wara, Kurunella u Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni taghlaq bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lil San Pawl, Patrun ta’ Marsalforn’.


Il-Hadd 23 ta’ Jannar: Jum il-festa titulari tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn.

4.00pm: Kant tat-Tieni Ghasar Solenni b’zewg vucijiet, kompozizzjoni tad-Direttur tal-Kor, Ivan Attard.

Grazzi tal-interess taghkom fis-servizzi taghna.

Monday, 3 January 2011

Il-kor Nativitas itemm l-impenji tieghu marbuta ma' Zmien il-Milied Imqaddes


Nhar il-Gimgha 31 ta’ Dicembru, id-dinja kollha temmet is-sena 2010 – sena li kienet mimlija bi sfidi internazzjonali kbar. Minn nofsinhar ta’ din il-gurnata, il-Knisja Universali bdiet ticcelebra s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Omm il-Paci. Din hija Festa Kmandata bl-obbligu tas-smigh tal-Quddies u l-mistrieh mix-xoghol. Il-Kor Nativitas inghaqad mal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria u maghhom iccelebra l-Ewkaristija ta’ Radd il-Hajr fi tmiem din is-sena. Ic-celebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’, u ghalqet bil-Kant Solenni tat-Te Deum bhala innu ta’ ringrazzjament lil Alla ghall-bosta grazzji li sawwab fuqna matul din is-sena.


L-ghada s-Sibt 1 ta’ Jannar, l-ewwel jum tas-sena l-gdida 2011, il-Knisja Universali ccelebrat wahda mill-aktar festi f’gieh il-Vergni Marija. It-titlu ta’ ‘Omm Alla’ gie moghti ufficjalment lil Marija fil-Koncilju ta’ Efesu li sar fis-sena 431. Filghodu, fid-9.30am, saret Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk li tmexxiet mill-Gwardjan. Ghal din l-okkazjoni, gew kantati diversi innijiet tal-Milied u l-Quddiesa Gregorjana ‘De Angelis’.


Kien imiss imbaghad il-festa solenni tal-Epifanija tal-Mulej li giet iccelebrata nhar il-Hadd 2 ta' Jannar 2011 u li kienet tfakkar il-grajja meta tliet slaten ghorrief mill-Persja marru fl-ghar ta' Betlehem biex iqimu lil Gesu' tarbija u joffrulu r-rigali taghhom ta' deheb, incens u mirra. Din il-grajja turi bic-car l-universalita' tal-festa tal-Milied ghax tikkonferma li Gesu' ma twilidx biex isalva l-poplu Lhudi biss imma gie biex jaghti s-salvazzjoni eterna lill-gnus kollha tal-art, inkluzi dawk pagani. Fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani tal-Belt Victoria, saret Koncelebrazzjoni Solenni li bdiet fid-9.30am. Skont uzanza antika fil-Knisja, wara l-omelija tal-Quddiesa, saret it-thabbira tal-festi tal-Knisja ghal din is-sena l-gdida.


Intant, l-impenji ghall-Kor Nativitas matul dan ix-xahar ikomplu bis-sehem taghna fil-festa ta' Sant'Anton Abbati li ser tigi ccelebrata fix-Xaghra nhar il-Hadd 16 ta' Jannar u l-festa titulari tal-Konverzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl li ser tigi ccelebrata f'Marsalforn nhar il-Hadd 23 ta' Jannar 2011. Aktar dettalji dwar il-granet li fihom ser jippartecipa l-Kor inkunu nistghu nghadduhom fil-jiem li gejjin.



Friday, 31 December 2010

Attivita’ Socjali ghall-Koristi fi Zmien il-Milied

Nhar il-Hamis 30 ta’ Dicembru 2010, saret attivita’ socjali ta’ Zmien il-Milied ghad-Direttur u l-membri tal-Kor Nativitas. Din saret f’ristorant lokali. Matul din l-attivita’, il-koristi kellhom l-opportunita’ li jiltaqghu flimkien f’ambjent differenti mis-soltu u jsiru jafu lil xulxin ahjar. Attivitajiet bhal dawn huma mehtiega biex il-membri tal-Kor taghna jibqghu jzommu kuntatt tajjeb hafna ma’ xulxin u jsahhu r-rabta ta’ hbiberija li hemm bejniethom.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory li ghogbu jisponsorja din l-ikla tal-koristi f’dan iz-zmien sabih tas-sena. Ninqdew b’din l-okkazjoni biex minn qalbna nawguraw is-Sena t-Tajba lil kulhadd, b’mod partikolari lil dawk li jsegwu lill-Kor Nativitas fis-servizzi li jkollu f’diversi bnadi madwar Ghawdex.


F'dan l-ahhar jum tas-sena 2010, nixtiequ minn qalbna nawguraw is-SENA T-TAJBA lil kulhadd bl-isbah xewqat ghal aktar hena, gid, barka u prosperita' fis-sena 2011!!