Dan il-Kor twaqqaf fis-16 ta' April 1999 u sal-lum ghadu jaghti s-servizz tieghu f'diversi celebrazzjonijiet liturgici f'numru sabih ta' Knejjes Ghawdxin. Id-Direttur muzikali u l-organista ufficjali tal-Kor huwa s-Sur Ivan Attard A.MusTCL. L-e-mail taghna huwa kornativitas@gmail.com. Ghal aktar informazzjoni, cemplu fuq 21 556835.
Saturday, 2 July 2011
Servizzi u Attivitajiet tal-Kor Nativitas matul Gunju 2011
Thursday, 16 June 2011
Il-Kor Nativitas fil-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

Din ic-celebrazzjoni tmexxiet minn Patri Peter Paul Cachia O.S.A. u kienet bis-sehem tat-tfal. Infatti, fi tmiem din l-Ewkaristija, sar it-tberik u l-prezentazzjoni tat-tfal lil Sant’Antnin u t-tqassim tradizzjonali tal-hobz marbut ma’ din il-festa. Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Kant tal-Innu popolari ‘O tal-Mirakli’ u l-bews tar-Relikwija tal-Qaddis.
Sunday, 5 June 2011
Il-Kor Nativitas jiehu sehem f’Celebrazzjoni ta’ Radd il-Hajr lil Alla

L-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina fix-Xaghra

Tuesday, 24 May 2011
Il-Kor janima l-funeral ta’ Maria Cini (1934-2011)

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa Sekondarja ta’ San Guzepp fix-Xaghra
Thursday, 5 May 2011
Il-Kor Nativitas jiftah l-Erbghat tal-Assunta

Wednesday, 4 May 2011
Il-Kor Nativitas jippartecipa fic-celebrazzjonijiet ta' Jum ix-Xaghra

Monday, 25 April 2011
Il-Kor Nativitas jaqsam il-ferh tal-Ghid mal-Komunita’ tal-Frangiskani fil-Belt Victoria

Funzjoni solenni li damet xejn anqas minn saghtejn ikkaratterizzat il-Lejl Qaddis tal-Ghid fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria. Dan huwa l-lejl tal-iljieli; l-aqwa wiehed fost l-iljieli kollha tas-sena ghax fih niccelebraw l-akbar festa li ghandha l-Knisja Kattolika: il-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu u r-rebha qawwija li kiseb fuq l-ghadu, id-dnub u l-mewt!
Hija funzjoni mill-aktar elaborata tant li tista’ titqies bhala l-itwal u l-aktar celebrazzjoni liturgikament rikka li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid li thejja fuq iz-zuntier tal-Knisja u l-mixeghla u l-intronizzazzjoni tal-Blandun li huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. Sar il-Kant Solenni tat-Thabbira tal-Ghid
Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-koristi kollha ghall-impenn u d-dedikazzjoni taghhom matul dawn il-funzjonijiet sbieh tal-Gimgha Mqaddsa. Nghidu grazzi wkoll lill-Komunita' tal-Frangiskani ghall-istedina li ghogobhom jaghmlulna.
Matul dawn il-funzjonijiet kollha, il-Kor Nativitas kien akkumpanjat fuq l-orgni u mmexxi mid-Direttur tieghu, is-Sur Ivan Attard A.MusTCL.
Is-servizzi li jmiss ghall-Kor Nativitas huma dawn:
Il-Hamis 28 ta’ April 2011: Tifkira tat-323 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca tax-Xaghra.
7.00pm: Quddiesa Koncelebrata fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina.
Is-Sibt 30 ta’ April 2011: Jum ix-Xaghra.
8.00pm: Programm ta’ tifkira f’Misrah il-Vitorja organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas ser jippartecipaw f’dan il-programm billi jipprezentaw diversi siltiet muzikali.
Il-Hadd 1 ta’ Mejju 2011: Jum il-Festa tal-Hniena Divina.
5.00pm: Quddiesa kantata b’messagg dwar il-Hniena Divina fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt
L-Erbgha 4 ta’ Mejju 2011: L-Ewwel Erbgha ta’ Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata bl-omelija tal-Erbghat fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fl-Gharb.
Bhalma gara fis-snin l-imghoddija, il-Kor Nativitas ser izomm l-appuntament tieghu f’dawn l-Erbghat tal-Madonna billi janima l-Quddiesa Solenni tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija. Il-qofol ta’ dawn l-Erbgha jintlahaq nhar il-Hadd 14 ta’ Awwissu, Lejliet is-Solennita’ tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija bic-celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid tal-Assunta. Dan is-sit elettroniku jkompli jaggornakom dwar is-servizzi tal-Kor
Grazzi tal-interess taghkom fl-attivitaijiet li norganizzaw.
Saturday, 23 April 2011
Il-Kor Nativitas fil-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes

Il-Gimgha 22 ta’ April 2011 – Jum il-Gimgha l-Kbira. Il-Knisja fakkret bl-aktar mod dinjituz il-Passjoni u l-Mewt Glorjuza tal-Mulej. Skont drawwa antika fil-Knisja, illum ma tigi ccelebrata l-ebda Quddiesa. L-altar ikun imnezza
L-unika celebrazzjoni li tigi ccelebrata f’dan il-jum hija l-Azzjoni Liturgika tal-Adorazzjoni tas-Salib li tinkludi l-Liturgija tal-Kelma (zewg lezzjonijiet u r-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej), it-Talba tal-Fidili Solenni, l-Adorazzjoni u l-bews tas-Salib Imqaddes u r-rit tat-Tqarbin Imqaddes. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tmexxiet mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. u bdiet fil-hin propju taghha, jigifieri fit-3pm.
Il-Kor Nativitas zamm l-appuntament tieghu u anima din il-Liturgija Solenni. L-innijiet li tkantaw kienu ftit peress li llum l-istrumenti muzikali huma siekta b’sinjal ta’ qima lejn Kristu mejjet. Waqt l-Adorazzjoni tas-Salib gie kantat l-innu ‘Poplu tieghi’ u waqt it-Tqarbin tkanta l-innu ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’. Din il-Liturgija sublimi tikkumplimenta l-karattru solenni ta’ dawn il-jiem u tipprepara lil kulhadd ghas-sahra ta’ stennija biex tasal fil-milja taghha l-weghda tal-Mulej Gesu’ – “fit-tielet jum inqum”.
Aktar tard wara nofsinhar, il-Banda Victory tax-Xaghra akkumpanjat il-Purcissjoni-Pageant bl-istatwi tal-Passjoni li harget mill-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina u daret mat-toroq ewlenin tal-Parrocca. Waqt din il-purcissjoni, il-Banda esegwiet diversi marci funebri ta’ surmastrijiet popolari. Il-purcissjoni irritornat lura fil-Bazilika ghall-habta tad-9pm.
Il-qofol ta’ dawn is-servizzi jintlahaq nhar is-Sibt 23 ta’ April 2011 bil-Velja Solenni ta’ Sibt il-Ghid. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tibda fit-8pm.