Saturday, 11 July 2009

Il-Kor Nativitas jawgura lis-sacerdot novell Dun Joseph Curmi


Ghada l-Hadd 12 ta’ Lulju 2009, ir-rahal tax-Xaghra ser jilbes il-libsa tal-festa sabiex jifrah mas-sacerdot novell Dun Joseph Curmi fl-okkazjoni ta’ l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu fil-Bazilika ta’ Marija Bambina. Din il-Quddiesa tkun wahda ta’ ringrazzjament lil Alla ghad-don tas-sacerdozju ministerjali.

Joseph Curmi, iben Peter u Maria nee Apap, twieled ix-Xaghra Ghawdex nhar il-11 ta’ Novembru 1984. Huwa attenda l-Iskola tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu’ u aktar tard l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana. Kien f’dan iz-zmien li hu beda jhoss li ghandu jaghti servizz lill-Knisja billi jkun abbati u jservi l-Altar Imqaddes. Joseph issieheb mal-grupp ta’ l-Abbatini tal-parrocca taghna. Huwa kompla bl-edukazzjoni sekondarja tieghu fis-Seminarju Minuri tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u aktar tard bl-edukazzjoni post-sekondarja fl-Iskola ghal Studji Avvanzati Sir Mikelang Refalo. F’dan iz-zmien bejn l-adoloxxenza u z-zghozija, huwa beda jattendi l-laqghat ta’ formazzjoni u l-irtiri tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet tal-parrocca tax-Xaghra taht id-direzzjoni ta’ Mons. Ewkaristiku Sultana, dak iz-zmien Arcipriet tal-Parrocca. Dan iz-zmien ta’ dixxerniment wasslu ghad-decizjoni li jidhol is-Seminarju biex jistudja sewwa l-vokazzjoni tieghu. Fis-Sajf tas-sena 2002, Joseph ressaq talba formali lill-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi sabiex ikun jista’ jibda l-kors ta’ formazzjoni filosofika-teologika li jwasslu ghall-ordinazzjoni presbiterali. It-talba tieghu giet accettata u f’Settembru ta’ dik is-sena, Joseph sar seminarista. Matul iz-zmien tas-Seminarju, huwa ghamel diversi esperjenzi ta’ pastorali f’diversi parrocci Ghawdxin fosthom ma’ grupp ta’ adoloxxenti mill-Munxar u l-Grupp tal-Vokazzjonijiet tal-parrocca ta’ San Gorg (Victoria). Bejn Settembru 2005 u Awwissu 2006, Joseph ghamel l-esperjenza tieghu tas-Sena Intermedjarja fil-missjoni tal-Peru’ fejn jinsab is-sacerdot Ghawdxi, Fr. Raymond Portelli (min-Nadur). Din is-sena ‘barra’ ghenitu jaghraf ahjar dak li l-Mulej ried minn hajtu. Fil-hames sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju, ezattament nhar is-Sibt 10 ta’ Frar 2007, Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta, Mons. Isqof Mario Grech tah il-ministeru tal-Lettorat fil-Knisja Parrokkjali tal-Munxar waqt Pontifikal Solenni. Din l-esperjenza wasslitu sal-gurnata tal-Hadd 16 ta’ Dicembru 2007, it-tieni jum tan-Novena tal-Milied meta, waqt Koncelebrazzjoni Solenni fil-Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina, l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech istitwixxa l-Ministeru ta’ l-Akkolitat lis-seminarista Joseph Curmi – ministeru li ghamlu b’mod permanenti ministru straordinarju tat-Tqarbin. Joseph kompla bl-esperjenza tieghu ma’ diversi gruppi fi hdan parrocci differenti f’Ghawdex. Nhar il-Gimgha 27 ta’ Gunju 2008, fil-Knisja Katidrali, is-seminarista Joseph gie ordnat Djaknu minn idejn l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Id-Djaknu Rev. Joseph Curmi ghamel l-esperjenza tad-Djakonat fil-Parrocca ta’ San Lawrenz fejn hemm zewg sacerdoti Xaghrin jaqdu l-ministeru taghhom ta’ raghajja ta’ l-erwieh – Dun Injazju Borg (Kappillan) u Dun Charles Sultana (Vici-Parroku). Nhar is-Sibt 13 ta’ Gunju 2009, lejliet is-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej, id-Djaknu Joseph Curmi gie ordnat sacerdot ghal dejjem permezz tar-rit tat-tqeghid ta’ l-idejn ta’ l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djocesan. Ghal diversi snin, Joseph kien ukoll wiehed mill-organisti principali tal-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina.


PROGRAMM TA’ L-EWWEL QUDDIESA SOLENNI – IL-HADD 12 TA’ LULJU 2009

9.00am: Marc mill-Banda Victory minn quddiem ir-residenza privata ta’ Dun Joseph Curmi fi Triq Spiera ghall-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina.

9.30am: Dhul solenni tas-sacerdot novell fil-Bazilika. Kant ta’ l-Innu Tu Es Sacerdos u vizta lil Gesu’ Ewkaristija. Koncelebrazzjoni Solenni ppreseduta mill-W.R. Dun Joseph Curmi assistit mir-Reverendu Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna flimkien ma’ diversi sacerdoti Maltin u Ghawdxin. Jiehu sehem il-Kor Jesus of Nazareth ta’ Tas-Sliema (Malta) flimkien ma’ rapprezentanti tal-korijiet Xaghrin, fosthom il-Kor Nativitas. Id-direzzjoni muzikali tkun f’idejn il-Kan. On. Mro. Patri Salv Galea O.P.

Wara l-Quddiesa, jibda riceviment kbir adunur is-sacerdot novell fil-bitha principali ta’ l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana fi Triq it-Tigrija.

Dun Joseph Curmi u l-familja tieghu ghandhom rabta specjali mal-Kor Nativitas ghall-fatt li huh, il-W.R. Dun Michael Curmi serva bhala l-ewwel Direttur Muzikali tal-Kor bejn April 1999 u Gunju 2006.

ID-DIRETTRICI TAL-KOR SILVANA AGIUS, L-ASSISTENT DIRETTUR U ORGANISTA IVAN ATTARD U L-MEMBRI KOLLHA TAL-KOR NATIVITAS JIXTIEQU JAWGURAW LIS-SACERDOT NOVELL DUN JOSEPH CURMI

AD MULTOS ANNOS!!

No comments:

Post a Comment