Sunday, 4 April 2010

Kristu Rxoxta u Qam Rebbieh… Hallelujah! Il-Kor Nativitas jiccelebra l-Ghid il-Kbir mal-Komunita’ tal-Frangiskani fir-Rabat Ghawdex


Funzjoni solenni li damet xejn anqas minn saghtejn u kwart ikkaratterizzat il-Lejl Qaddis tal-Ghid fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria. Dan huwa l-lejl tal-iljieli; l-aqwa wiehed fost l-iljieli kollha tas-sena ghax fih niccelebraw l-akbar festa li ghandha l-Knisja Kattolika: il-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu u r-rebha qawwija li kiseb fuq l-ghadu, id-dnub u l-mewt!

Hija funzjoni mill-aktar elaborata tant li tista’ titqies bhala l-itwal u l-aktar celebrazzjoni liturgikament rikka li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni, li kienet immexxija mill-Gwardjan Rev. Patri George Attard, bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid li thejja fuq iz-zuntier tal-Knisja u l-mixeghla u l-intronizzazzjoni tal-Blandun li huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. Sar il-Kant Solenni tat-Thabbira tal-Ghid mill-bibblista maghruf Patri Egidio Mizzi OFM Konv., segwit mill-qari ta’ seba’ lezzjonijiet mit-Testment il-Qadim. F’dan il-mument, il-Kor Nativitas kanta r-ritornelli tas-salmi responsorjali u fil-kaz tat-tielet u l-hames lezzjonijiet, sar il-kant tas-salm kollu. Dawn huma salmi mill-aktar sbieh li jesprimu l-ghatx tal-poplu t’Alla ghall-wasla tal-Feddej Divin. Sar il-Kant tal-Gloria in Excelsis Deo filwaqt li l-qniepen tal-knisja, li kienu ilhom siekta minn nhar il-Hamis filghaxija, hallew ilsienhom u daqqew mota ta’ ferh li dwiet mal-belt kollha. Il-Quddiesa tkompliet bil-Liturgija tal-Maghmudija u finalment il-Liturgija tal-Ewkaristija. Il-Kor interpreta numru sabiha ta’ innijiet liturgici marbuta ma’ kull rit li sar waqt din il-Koncelebrazzjoni tal-Lejl tal-Ghid. Hadet sehem ukoll is-Sopran Ghawdxija Rosabelle Pavia li interpretat l-innu ‘Ha Nersqu LejH’ waqt it-Tqarbin.

Il-Kor Nativitas kompla jaqsam il-ferh tal-Ghid mal-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani billi llum il-Hadd 4 ta’ April anima l-Koncelebrazzjoni tad-9.30am. Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-koristi kollha ghall-impenn u d-dedikazzjoni taghhom matul dawn il-funzjonijiet sbieh tal-Gimgha Mqaddsa. Nghidu grazzi wkoll lill-Komunita' tal-Frangiskani ghall-istedina li ghogobhom jaghmlulna.

L-appuntament li jmiss huwa ghal nhar il-Hadd 11 ta’ April meta l-Kor Nativitas ser janima l-Koncelebrazzjoni Solenni li tfakkar il-Festa tal-Hniena Divina fil-Knisja ta’ San Frangisk. Is-servizz jibda fil-5.00pm.

No comments:

Post a Comment