Matul dawn il-jiem, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu, Salvatur tal-umanita’. Il-Kor Nativitas kellu bosta impenji marbuta ma’ dan iz-zmien tas-sena fejn fost l-ohrajn anima l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Il-funzjoni bdiet b’servizz ta’ kant ta’ ghanjiet tradizzjonali tal-Milied fl-istess Santwarju ghall-habta tal-11.00pm segwita mill-purcissjoni bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin, il-prietka tradizzjonali tat-tifla li saret
Nhar is-Sibt 25 ta’ Dicembru 2010, Jum is-Solennita’ tal-Milied Imqaddes, u l-Hadd 26 ta’ Dicembru 2010, Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa kantata tad-9.30am fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. F’dawn l-okkazjonijiet sbieh, gew esegwiti diversi innijiet tal-Milied u l-‘Missa Pastorale’ tas-Surmast Nazzareno Refalo. Il-Kor kien akkumpanjat fuq l-orgni mid-Direttur u organista Ivan Attard.
L-impenji ghal matul dan iz-zmien ta’ festi jkomplu fil-jiem li gejjin skont kif indikat fil-programm li jinsab f’parti ohra ta’ dan is-sit elettroniku. Nawgurawlkom
No comments:
Post a Comment