Din hija Festa li riedha Gesu’ innifsu skont kif insibu miktub fid-djarju tas-soru Pollakka Santa Fawstina Kowalska li kellha numru ta’ vizjonijiet smewwija. Il-messagg li twassal f’dawn id-dehriet huwa wiehed li l-Knisja dejjem ghallmet, jigifieri li l-Mulej Gesu’ huwa ta’ hniena bla qies. Sa minn qabel il-mewt ta’ Swor Fawstina fl-1938, id-devozzjoni lejn il-Hniena Divina kienet diga’ xterdet fil-Polonja u bdiet titfakkar bhala festa mhux biss fil-Polonja imma wkoll fil-Vatikan. Madankollu, kien il-Q.T. Papa Gwanni Pawlu II li estenda din ic-celebrazzjoni ghall-Knisja kollha. Dan gara waqt il-Quddiesa tal-Kanonizazzjoni ta’ Swor Fawstina nhar il-Hadd 30 ta’ April, 2000.
Il-Kor Nativitas iccelebra din il-Festa ghaziza flimkien mal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria . Fl-4.30pm saret l-Adorazzjoni Ewkaristika li ghalqet bil-Benedizzjoni Sagramentali. Fil-5.00pm bdiet Quddiesa Solenni bil-prietka tal-okkazjoni. Fost l-innijiet li gew esegwiti, kien hemm l-‘Innu ta’ Santa Fawstina’, kliem u muzika tas-Sur Joe Aquilina.
L-impenji tal-Kor ikomplu matul dan ix-xahar… Aktar dettalji jinghataw fil-gimghat li gejjin.
No comments:
Post a Comment