Friday 23 July 2010

Il-Kor Nativitas janima l-Funeral ta’ Carmela Said (1939 – 2010)

Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina fix-Xaghra, nhar l-Erbgha 21 ta’ Lulju 2010 sar il-funeral ta’ ohtna Carmela Said li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eta’ ta’ 71 sena. Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-familjari taghha sabiex janima l-Quddiesa tal-funeral.


Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa diversi innijiet liturgici li jesprimu tama f’hajja li ma tintemmx. Il-Koncelebrazzjoni bdiet fil-5.30pm u tmexxiet mill-Arcipriet tal-Parrocca, Mons . Carmelo Refalo flimkien ma’ diversi sacerdoti Xaghrin u Ghawdxin. Fi tmiem din ic-Celebrazzjoni Ewkaristika, sar it-tberik u l-incensazzjoni tal-fdalijiet ta’ ohtna Carmela segwit mill-pellegrinagg lejn ic-Cimiterju Parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna.


Aghtiha O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem,

id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha, tistrieh fil-paci. Amen!

No comments:

Post a Comment