Thursday 10 March 2011

Il-Kor Nativitas janima l-funeral ta’ Philip Bajada

Nhar il-Hamis 10 ta’ Marzu 2011, il-Komunita’ Parrokkjali tax-Xaghra tat l-ahhar tislima lil wiehed minn uliedha, Philip Bajada, li halla dan il-wied tad-dmugh fl-eta’ ta’ 57 sena. Fuq xewqa tal-familjari tieghu u b’rispett lejn ohtu Domitilla li hija wahda mill-koristi taghna, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-funeral li kienet immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo flimkien ma' hdax-il sacerdot iehor.


Kif jigri f’okkazjonijiet bhal dawn, il-Kor esegwixxa l-Missa Pro Defunctis flimkien ma’ diversi innijiet liturgici tar-Randan, fosthom ‘Nghixu l-Kelma’, ‘Henn ghalina’, ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’ u ‘Hu l-Mulej’. Ic-celebrazzjoni kienet segwita mid-difna fic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra.


Id-direzzjoni u l-membri tal-Kor Nativitas jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi sincieri taghhom lill-familjari ta’ huna Philip Bajada f’dan il-mument ta’ dieqa u telfa. Nitolbu lill-Mulej u lil Ommna Marija Bambina sabiex jaghtuh il-mistrieh ta’ dejjem. RIP.


No comments:

Post a Comment