Il-Gimgha 22 ta’ April 2011 – Jum il-Gimgha l-Kbira. Il-Knisja fakkret bl-aktar mod dinjituz il-Passjoni u l-Mewt Glorjuza tal-Mulej. Skont drawwa antika fil-Knisja, illum ma tigi ccelebrata l-ebda Quddiesa. L-altar ikun imnezza
L-unika celebrazzjoni li tigi ccelebrata f’dan il-jum hija l-Azzjoni Liturgika tal-Adorazzjoni tas-Salib li tinkludi l-Liturgija tal-Kelma (zewg lezzjonijiet u r-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej), it-Talba tal-Fidili Solenni, l-Adorazzjoni u l-bews tas-Salib Imqaddes u r-rit tat-Tqarbin Imqaddes. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tmexxiet mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. u bdiet fil-hin propju taghha, jigifieri fit-3pm.
Il-Kor Nativitas zamm l-appuntament tieghu u anima din il-Liturgija Solenni. L-innijiet li tkantaw kienu ftit peress li llum l-istrumenti muzikali huma siekta b’sinjal ta’ qima lejn Kristu mejjet. Waqt l-Adorazzjoni tas-Salib gie kantat l-innu ‘Poplu tieghi’ u waqt it-Tqarbin tkanta l-innu ‘O Gesu’ tal-Akbar Hniena’. Din il-Liturgija sublimi tikkumplimenta l-karattru solenni ta’ dawn il-jiem u tipprepara lil kulhadd ghas-sahra ta’ stennija biex tasal fil-milja taghha l-weghda tal-Mulej Gesu’ – “fit-tielet jum inqum”.
Aktar tard wara nofsinhar, il-Banda Victory tax-Xaghra akkumpanjat il-Purcissjoni-Pageant bl-istatwi tal-Passjoni li harget mill-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina u daret mat-toroq ewlenin tal-Parrocca. Waqt din il-purcissjoni, il-Banda esegwiet diversi marci funebri ta’ surmastrijiet popolari. Il-purcissjoni irritornat lura fil-Bazilika ghall-habta tad-9pm.
Il-qofol ta’ dawn is-servizzi jintlahaq nhar is-Sibt 23 ta’ April 2011 bil-Velja Solenni ta’ Sibt il-Ghid. Fil-Knisja ta’ San Frangisk, din ic-celebrazzjoni tibda fit-8pm.
No comments:
Post a Comment