Tuesday, 30 June 2009

Il-Kor Nativitas isellem il-memorja ta' Mro. Emmanuel Bugeja


Il-Kor Nativitas jinghaqad mal-ferghat kollha fi hdan is-Socjeta' Filarmonika Victory u jesprimi s-soghba tieghu ghall-mewt tas-Surmast Emmanuel Bugeja li ghadda ghall-hajja ta' dejjem nhar il-Hadd 28 ta' Gunju 2009. Fl-arkivju tal-Banda taghna nsibu diversi marci brijuzi mill-pinna ta' dan il-kompozitur celebri u ghaldaqstant huwa xieraq li naghtuh it-tislima taghna ghan-nom tas-Socjeta' ewlenija fl-irhula Ghawdxin.

Monday, 29 June 2009

Avviz: BBQ ghall-membri tal-Kor Nativitas



Bi pjacir inhabbru l-ewwel attivita' tas-Sajf ghall-Kor Nativitas. Din ser tkun tikkonsisti f'BBQ kbir.

Dan il-BBQ ser isir hdejn il-breakwater tal-bajja ta' Marsalforn nhar il-Gimgha 10 ta' Lulju 2009 mit-8.00pm 'il quddiem.

Dan il-BBQ isir b'turija ta' ringrazzjament ghax-xoghol volontarju li jwettqu l-koristi matul is-sena.




Saturday, 27 June 2009

Il-Kor Nativitas fis-Sena Pawlina - Festi Centinarji f'Marsalforn Jannar 2009


Ftit tal-gimghat ilu thabbar ufficjalment li nhar it-Tnejn 29 ta’ Gunju 2009, Solennita’ tal-Martirju ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl, l-Eminenza tieghu l-Kardinal Ennio Antonelli, delegat tal-Papa Benedittu XVI, ser jippresiedi Pontifikal Solenni fil-pjazza ta’ quddiem il-Kon-Kattidral ta’ San Gwann fil-Belt Valleta li permezz tieghu jtemm ufficjalment is-Sena Pawlina. Id-direzzjoni tal-Kor Nativitas hasbet li bhala tifkira ta’ din is-sena, tikteb rapport tas-sehem li ta l-Kor fil-Festi Centinarji ta’ San Pawl li gew iccelebrati fil-Knisja u l-bajja ta’ Marsalforn bejn il-Hamis 15 u l-Hadd 25 ta’ Jannar 2009. Kienu festi tassew sbieh li baqghu fuq fomm kulhadd ghal bosta gimghat wara li ntemmu – is-success kien dovut ghall-hidma qawwija li wettaq il-Kan. Dun Mikiel Borg fl-ewwel ftit xhur tar-Rettorat tieghu u ghall-koordinazzjoni li ntweriet minn dawk kollha nvoluti, fosthom il-Kor Nativitas u l-Chorus Unda Maris li kien ghadu fil-bidu ta’ l-ezistenza tieghu u llum, hames xhur wara, b’sodisfazzjon qeghdin narawh jimmatura bil-mod il-mod.

L-Assistent Direttur tal-Kor taghna, Ivan Attard, hadem hafna f’kollaborazzjoni mar-Rettur tal-Knisja biex issawwar il-programm tal-festa solenni f’gieh l-Appostlu Missierna San Pawl fil-jiem tat-tifkira tal-Konverzjoni u n-Nawfragju tieghu. Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Kan. Borg sabiex janima t-tlett ijiem tat-Tridu li saru bejn l-Erbgha 21 u l-Gimgha 23 ta’ Jannar. Il-funzjoni ta’ filghaxija kienet tikkonsisti fil-Kant ta’ l-Ghasar, Koncelebrazzjoni Solenni bil-prietka tat-Tridu mill-Kan. On. Dun Joseph Sultana, Vigarju Parrokkjali tal-Parrocca tal-Katidral, Kurunella, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika. Il-Kor Nativitas thejja tajjeb hafna ghal dawn it-tliet servizzi wara xulxin u dan deher car mill-interpretazzjoni tajba li harget waqt it-Tridu Pawlin. Nhar l-Erbgha 21 ta’ Jannar, il-Koncelebrazzjoni ta’ filghaxija tmexxiet mill-W.R. Dun Guzepp Cini, sacerdot li jghin fil-pastorali tan-nies li jiffrekwentaw il-knisja ta’ Marsalforn. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi. Din il-Quddiesa regghet giet esegwita nhar il-Gimgha 23 ta’ Jannar fic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar jum tat-Tridu. Fil-gurnata tal-Hamis 22 ta’ Jannar, jum immarkat bil-festa ghaziza ta’ San Pubbliju (l-ewwel isqof ta’ Malta), il-Kor esegwixxa l-Quddiesa De Angelis (Kant Gregorjan). Matul dawn it-tlitt ijiem gew esegwiti wkoll bosta innijiet religjuzi u tliet salmi responsorjali kantati fit-totalita’ taghhom.

Is-sehem tal-Kor Nativitas fil-festi Centinarji ta’ San Pawl f’Marsalforn, festi li fakkru l-bi-millenarju mit-twelid ta’ l-Appostlu tal-Gnus, kien certament l-aqwa monument ghalina fis-Sena Pawlina. Minn dan il-blog taghna, insellmu lir-Rettur il-Kan. Kappillan Dun Mikiel Borg ghall-istedina li ghamlilna, stedina li rrepetiet ruhha fil-funzjonijiet tat-Tridu Solenni ta’ l-Ghid il-Kbir u li ahna lqajna bil-ferh. Nawguraw li din il-kollaborazzjoni ta’ bejnietna tkompli tikber u tissahhah ghall-ikbar glorja ta’ Alla.

Ghal aktar taghrif dwar l-attivita’ pastorali fil-Knisja ta’ Marsalforn, inheggukom izzuru l-blog http://marsalfornchurch.blogspot.com/. Ir-ritratt li jidher fil-bidu ta' dan l-artiklu juri lill-Kor Nativitas waqt il-funzjoni ta' l-ahhar Jum tat-Tridu Pawlin.


Thursday, 25 June 2009

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa tas-Sejha tal-Madonna ta' Pinu


Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, il-Kor Nativitas bi pjacir ha sehem fil-festa devozzjonali u popolari tas-Sejha tal-Madonna ta’ Pinu lil Carmela Grima u Frangisku Portelli. Il-Kor Nativitas ilu jaghti servizz regolari fis-Santwarju ta’ Pinu sa mis-sena 2005 meta ghall-ewwel darba fl-istorja tieghu, anima l-Koncelebrazzjoni tal-Lejl Qaddis tal-Milied – dak iz-zmien taht id-direzzjoni tas-Seminarista Michael Curmi.

L-ewwel servizz tal-Kor matul din il-festa kien nhar is-Sibt 20 ta’ Gunju 2009. F’dan il-jum fakkarna l-grajja storika tas-sena 1935 meta l-Kardinal Lepicier, delegat tal-Papa Piju XI, zar is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu u pogga kuruna ta’ deheb u hagar prezzjuz fuq ras il-Madonna fil-kwadru taghha; l-istess xbieha li fl-1883 kellmet lil Karmni Grima. Il-grajja ta’ l-inkurunazzjoni hija wahda specjali hafna u jkun verament jixraq li tibqa’ tigi mfakkra b’mod solenni matul is-snin. Kif stqarr l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi fl-omelija tal-Pontifikal ta’ din it-tifkira, meta l-Knisja tinkuruna xbieha tal-Madonna, hija tkun trid tfisser il-htiega li verament inpoggu lil Marija regina ta’ qlubna u ta’ hajjitna. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas hejja numru sabih ta’ innijiet Marjani – il-maggoranza taghhom kienu mehudin mic-CD li nhareg xi snin ilu mill-“Grupp ta’ Talb Madonna ta’ Pinu”. Il-Kor Nativitas esegwixxa l-Messa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo. Dritt malli ntemmet il-Quddiesa, ghall-habta tas-7.30pm, inghata bidu ghall-Velja ta’ Talb fuq iz-zuntier tas-Santwarju. Din il-velja saret bis-sehem tal-voluntiera kollha ta’ Radju Marija u kienet imxandra dirett fuq dan l-istazzjon. Il-Kor Nativitas ippartecipa wkoll f’din il-velja billi anima r-Ruzarju aux flambaux u l-purcissjoni qasira bil-kwadru-replika tal-Madonna ta’ Pinu. Kif stqarr ir-Rettur Dun Gerard Buhagiar, hija xewqa ta’ l-amministrazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu li matul l-Erbghat tal-Madonna, fid-9.30pm jibda jinghad ir-Ruzarju aux flambaux fuq iz-zuntier u wara ssir purcissjoni bil-kwadru-replika tal-Madonna. Idea sabiha! Il-Maltin li kienu prezenti ghal din ic-celebrazzjoni kellhom kliem ta’ tifhir ghall-interpretazzjoni tajba hafna li ta l-Kor Nativitas f’gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu.

It-tieni servizz tal-Kor matul il-festa tas-Sejha kien fil-gurnata propja tal-festa, jigifieri nhar it-Tnejn 22 ta’ Gunju 2009. Dakinhar, id-Djocesi ta’ Ghawdex iccelebrat it-Tifkira Solenni tal-126 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna ta’ Pinu lil Karmni Grima. Fis-Santwarju ta’ Pinu, il-Quddies gie iccelebrat fil-5.00am, 6.00am, 7.00am, 9.00am (Pontifikal), 11.15am u 5.30pm (Quddiesa Kantata bl-Ghasar integrat). Fit-8.00pm inghata bidu ghal Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni ippreseduta mill-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi bis-sehem tal-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard. Il-Kor Nativitas fetah il-Quddiesa bil-Kant Lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, kitba ta’ Dun Gerard Buhagiar u muzika tas-Sur Joseph Formosa. Fir-riti tal-bidu tal-Quddiesa, il-Kor esegwixxa l-Kyrie Eleison u l-Gloria In Excelsis Deo mill-Quddiesa gregorjana De Angelis. Hadna hafna gost li l-kongregazzjoni numeruza migbura ghal din ic-celebrazzjoni hadet sehem attiv f’dan il-kant liturgiku. Sussegwentement, inqraw iz-zewg lezzjonijiet tal-Quddiesa, mehudin mill-Ktieb tal-Profeta Zakkarija u l-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin rispettivament. Smajna l-Qari ta’ l-Evangelju li kien jirrakkonta l-grajja tat-Tieg ta’ Kana. Wara li nqara l-Evangelju mis-sacerdot novell Rev. Dun Anthony Bajada, l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi ghamel l-omelija ta’ l-okkazjoni fejn fiha fisser kif is-socjeta’ taghna qieghda fi krizi li trid tigi rimedjata b’devozzjoni awtentika lejn il-Vergni Marija li 126 sena ilu kellmet lilna fil-persuna ta’ Karmni Grima mill-kwadru taghha meqjum fis-Santwarju ta’ Pinu. L-innu ta’ l-offertorju Irrid Niehu Sehem kien segwit mir-riti tal-prezentazzjoni ta’ l-offerti u t-talb ta’ qabel il-konsagrazzjoni li ghalaq bil-kant tas-Sanctus. Il-Koncelebrazzjoni tkompliet b’mod normali – qabel it-Tqarbin, gie esegwit l-Innu Agnus Dei u waqt ir-rit tat-Tqarbin, il-Kor Nativitas interpreta l-innu Dielja Ghaziza. Il-Pontifikal ta’ jum il-festa filghaxija ntemm kif beda, jigifieri bil-kant ta’ l-Innu popolari Lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Id-direzzjoni muzikali kienet f’idejn id-Direttrici Silvana Agius filwaqt li l-akkumpanjament fuq l-orgni maestuz tas-Santwarju kien f’idejn l-organista ufficjali tal-Kor Nativitas, Ivan Attard.

Wara l-Quddiesa, il-Kor Nativitas kien mistieden ghal riceviment zghir fis-sagristija tal-Knisja waqt li l-pubbliku kien mistieden sabiex izur is-sala attrezzata li qed tospita fiha l-pitturi restawrati ta’ Emvin Cremona; liema sala kienet giet inawgurata nhar id-19 ta’ Gunju 2008 fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji tas-Sejha tal-Madonna. Ir-Rettur Dun Gerard Buhagiar wera l-apprezzament tieghu ghas-servizz li tajna fil-jiem tal-festa u awguralna aktar successi ghall-futur!

Intant, fil-prezent, il-Kor Nativitas ghaddej bir-recording ta’ CD kommemorattiv fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu. Dettalji tax-xoghol li qed isir naghtuhomlkom fil-gimghat li gejjin hekk kif il-hidma tintensifika ruhha. Ghaddejjin ukoll nahdmu fuq xi progetti ohrajn li ghalissa ma nistghux nizvelawhom pubblikament. Meta’ jkun il-waqt, naghtukom rendikont tal-hidma taghna. Komplu segwu dan is-sit ghal aktar informazzjoni dwar il-Kor Nativitas li qed ikompli jaghmel unur lis-Socjeta’ u lir-rahal taghna!

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta' Korpus


Nhar il-Hadd 14 ta’ Gunju 2009, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Din il-festa ghaziza hija maghrufa b’mod popolari mal-Maltin u l-Ghawdxin bhala Corpus Christi u hija sinonima mal-purcissjoni ta’ Gesu’ Ewkaristija li tradizzjonalment issir filghodu f’xemx tisreg. Bhalma ghamel f’dawn l-ahhar xhur, il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa mal-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria.

Peress li din hija festa marbuta ma’ l-Ewkaristija, l-innijiet liturgici kollha li gew esegwiti kellhom din it-tema, fosthom l-Innu Ave Verum Corpus interpretat minn Silvana Agius (Direttrici), l-Innu Hobz tal-Hajja ta’ Mro. Marco Frisina u l-innijiet tradizzjonali ta’ l-Ewkaristija Lil Gesu’ Ostja u O Qalb Hanina. Malli ntemmet il-Koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana, saret purcissjoni solenni b’Gesu’ Ewkaristija fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Frangisk li ntemmet bil-Barka Sagramentali ghall-habta tal-10.45am. Il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.

Friday, 12 June 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta' Sant'Antnin


Bejn it-Tlieta 9 u l-Hamis 11 ta' Gunju 2009, il-Kor Nativitas kien il-mistieden specjali tal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria biex maghha jaqsam il-ferh tal-festa ghaziza ta' Sant'Antnin ta' Padova, wiehed mill-ikbar dutturi li ghandha l-Knisja Kattolika u qaddis li jgawdi devozzjoni kbira madwar id-dinja. F'Ghawdex jigu ccelebrati tliet festi principali f'gieh Sant'Antnin - wahda fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani ta' Giezu fl-Imgarr, ohra fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria) u ohra fil-Knisja tal-Patrijiet Kapuccini (Belt Victoria).

Fil-Knisja ta' San Frangisk, il-festa ta' Sant'Antnin tibda bit-Tredicina fl-1 ta' Gunju, tissokta bit-Tridu li jibda fid-9 ta' Gunju u taghlaq bic-celebrazzjoni ta' lejliet u nhar il-festa liturgika, jigifieri fit-12 u t-13 ta' Gunju. Din kienet l-ewwel darba li l-Kor Nativitas ha sehem f'din il-festa devota.

Il-kant matul it-tlett ijiem tat-Tridu Solenni kien varju bil-ghan li naghtu lil din l-okkazjoni s-solennita' kollha li jixirqilha. Immedjatament wara li tintemm il-Quddiesa bil-prietka, il-Kor kien jiehu sehem fil-kant ta' l-Innu Si Queris Miracula, l-Antifona O Proles Hispaniae u l-Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni kienet taghlaq bil-kant ta' l-Innu popolari O Tal-Mirakli u l-bews tar-relikwija tal-Qaddis. Il-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria u n-nies li jiffrekwentaw din il-Knisja kellhom kliem ta' tifhir ghall-mod kif il-Kor interpreta l-innijiet sagri u kabbar il-festa tat-Tawmaturgu ta' Padova.

Is-servizz li jmiss huwa nhar il-Hadd 14 ta' Gunju 2009 - Solennita' tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus). Fid-9.30am Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk.


Wednesday, 10 June 2009

Festa ta' Sant'Antnin fil-Belt Victoria - Il-Kor Nativitas jippartecipa


Programm ta' attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa devozzjonali ta' Sant'Antnin ta' Padova iccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria - bejn it-Tlieta 9 u s-Sibt 13 ta' Gunju 2009:

Mit-Tlieta 9 sal-Hamis 11 ta' Gunju: Jiem tat-Tridu Solenni.
6.00pm: Recita tar-Ruzarju
6.30pm: Quddiesa Solenni bil-prietka tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Dun Renato Said, Segretarju Personali ta' l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi. Janima l-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.
Dritt wara, tinghad il-Kurunella lill-Qaddis ta' Padova, jitkanta l-Innu Si Queris Miracula, tindaqq l-Antifona O Proles Hispaniae u tinghata l-Barka Sagramentali.
Naghlqu c-celebrazzjonijet tat-Tridu bil-Kant ta' l-Innu Popolari O tal-Mirakli waqt li jsir il-bews tar-Relikwija Insinji ta' Sant'Antnin.

Inheggukom tattendu bi hgarkom ghal dawn l-attivitajiet li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas. Il-festa ta' Sant'Antnin tigi ccelebrata nhar is-Sibt 13 ta' Gunju. Aktar dettalji naghtuhomlkom fil-jiem li gejjin. Minhabba dan is-servizz, illum l-Erbgha l-Kor mhux ser jippartecipa fil-Quddiesa ta' l-Erbghat ta' Santa Marija f'Ta' Pinu.








Monday, 1 June 2009

Il-Kor Nativitas f'Ghid il-Hamsin

Ilbierah il-Hadd 31 ta' Mejju 2009, il-Kor Nativitas inghaqad mal-Knisja Universali fic-celebrazzjoni tas-Solennita' ta' Ghid il-Hamsin - it-tifkira ta' l-inzul ta' l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u fuq il-Knisja. Din hija t-tieni l-ikbar festa li ghandha l-Knisja ghaliex fiha tfakkar il-gurnata ghaziza tat-twelid taghha. Fil-Ktieb ta' l-Atti ta' l-Appostli nsibu miktub b'mod car kif, hamsin jum wara l-grajja irrepetibbli tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, l-Appostli kienu migburin flimkien fic-cenaklu meta 'instema' hoss bhal ta' rih qawwi li mela d-dar kollha fejn kienu qeghdin - u dehru qishom ilsna tan-nar li tqassmu u qaghdu fuq kull wiehed minnhom.' Is-Solennita' ta' Ghid il-Hamsin tfakkar it-temma tal-weghda kbira li Gesu' kien ghamel lill-Appostli tieghu - dik li jibaghtilhom l-Ispirtu s-Santu sabiex jghinhom ikunu xhieda tieghU quddiem id-dinja. Il-festa solenni tal-bierah ghalqet Zmien il-Ghid.

Il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa tant kbira mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria. Fid-9.30am inghata bidu ghal Koncelebrazzjoni Solenni li giet ippreseduta mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita' Frangiskana tar-Rabat Ghawdex. Il-membri tal-Kor Nativitas attendew bi hgarhom ghal din il-Quddiesa. Kif kien verament jixraq, il-kant liturgiku li gie esegwit b'tant reqqa kien kollu marbut ma' l-Ispirtu s-Santu: "L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi" (introjtu), is-salm responsorjali bir-ritornell "Hallelujah", l-"Hallelujah" Paskwali qabel il-qari ta' l-Evangelju, "L-Ispirtu tal-Mulej qed jinxtered" (offertorju), "Spirtu Qaddis tal-Mulej" (tqarbin) u "Dawk li jmexxihom l-Ispirtu" (gheluq). Il-Kor esegwixxa l-Missa Pastorale tas-Surmast Mro. Nazzareno Refalo. Fi tmiem il-Quddiesa, giet recitata l-Kurunella lil Sant'Antnin ta' Padova (peress li ninsabu wkoll fit-Tredicina bi thejjija spiritwali ghall-festa ta' dan it-Tawmaturgu gharef tal-Knisja) u wara sar il-bews tar-relikwija insinji tal-istess Qaddis.

Is-servizz li jmiss huwa nhar it-Tlieta 9 ta' Gunju ghall-Quddiesa Solenni ta' l-Ewwel Jum tat-Tridu f'gieh Sant'Antnin fil-Knisja ta' San Frangisk, il-Belt Victoria, fis-6.30pm. MA NINSEWX pero' li nhar l-Erbgha li gej, 3 ta' Gunju, il-Kor Nativitas ikompli bl-impenji tieghu marbuta mal-hmistax-il Erbgha devozzjonali bi thejjija ghall-Ghid ta' l-Assunta billi fil-5.30pm janima l-Quddiesa bil-prietka ta' l-okkazjoni fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.