Thursday 25 June 2009

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta' Korpus


Nhar il-Hadd 14 ta’ Gunju 2009, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Din il-festa ghaziza hija maghrufa b’mod popolari mal-Maltin u l-Ghawdxin bhala Corpus Christi u hija sinonima mal-purcissjoni ta’ Gesu’ Ewkaristija li tradizzjonalment issir filghodu f’xemx tisreg. Bhalma ghamel f’dawn l-ahhar xhur, il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa mal-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria.

Peress li din hija festa marbuta ma’ l-Ewkaristija, l-innijiet liturgici kollha li gew esegwiti kellhom din it-tema, fosthom l-Innu Ave Verum Corpus interpretat minn Silvana Agius (Direttrici), l-Innu Hobz tal-Hajja ta’ Mro. Marco Frisina u l-innijiet tradizzjonali ta’ l-Ewkaristija Lil Gesu’ Ostja u O Qalb Hanina. Malli ntemmet il-Koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana, saret purcissjoni solenni b’Gesu’ Ewkaristija fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Frangisk li ntemmet bil-Barka Sagramentali ghall-habta tal-10.45am. Il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.

No comments:

Post a Comment