Friday 12 June 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta' Sant'Antnin


Bejn it-Tlieta 9 u l-Hamis 11 ta' Gunju 2009, il-Kor Nativitas kien il-mistieden specjali tal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria biex maghha jaqsam il-ferh tal-festa ghaziza ta' Sant'Antnin ta' Padova, wiehed mill-ikbar dutturi li ghandha l-Knisja Kattolika u qaddis li jgawdi devozzjoni kbira madwar id-dinja. F'Ghawdex jigu ccelebrati tliet festi principali f'gieh Sant'Antnin - wahda fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani ta' Giezu fl-Imgarr, ohra fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria) u ohra fil-Knisja tal-Patrijiet Kapuccini (Belt Victoria).

Fil-Knisja ta' San Frangisk, il-festa ta' Sant'Antnin tibda bit-Tredicina fl-1 ta' Gunju, tissokta bit-Tridu li jibda fid-9 ta' Gunju u taghlaq bic-celebrazzjoni ta' lejliet u nhar il-festa liturgika, jigifieri fit-12 u t-13 ta' Gunju. Din kienet l-ewwel darba li l-Kor Nativitas ha sehem f'din il-festa devota.

Il-kant matul it-tlett ijiem tat-Tridu Solenni kien varju bil-ghan li naghtu lil din l-okkazjoni s-solennita' kollha li jixirqilha. Immedjatament wara li tintemm il-Quddiesa bil-prietka, il-Kor kien jiehu sehem fil-kant ta' l-Innu Si Queris Miracula, l-Antifona O Proles Hispaniae u l-Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni kienet taghlaq bil-kant ta' l-Innu popolari O Tal-Mirakli u l-bews tar-relikwija tal-Qaddis. Il-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria u n-nies li jiffrekwentaw din il-Knisja kellhom kliem ta' tifhir ghall-mod kif il-Kor interpreta l-innijiet sagri u kabbar il-festa tat-Tawmaturgu ta' Padova.

Is-servizz li jmiss huwa nhar il-Hadd 14 ta' Gunju 2009 - Solennita' tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus). Fid-9.30am Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk.


No comments:

Post a Comment