Friday, 28 August 2009

Programm ta' Servizzi mill-Kor waqt il-jiem tal-festa


Dawn huma s-servizzi li ser ikollu l-Kor Nativitas waqt il-jiem tal-festa titulari ta' Marija Bambina ccelebrata fil-Knisja Kolleggjata, Bazilika u Santwarju tax-Xaghra Ghawdex:


Bejn il-Gimgha 28 ta' Awwissu u t-Tlieta 1 ta' Settembru: Jiem tan-Novena.

7.30pm: Il-Kor Nativitas jinghaqad ma' xi korijiet ohra li ghandna fil-parrocca biex janima l-Quddiesa solenni tan-Novena bil-prietka ta' l-okkazjoni mill-W.R. Kan. Joseph Sultana SSL, Vigarju Parrokkjali tal-Parrocca tal-Katidral. Imexxi l-W.R. Dun Michael Curmi.

(Il-Quddiesa tal-Hadd 30 ta' Awwissu tibda fil-5.00pm).


It-Tnejn 31 ta' Awwissu: Prova Generali tal-Kuncert.

8.30pm: Fil-bitha tal-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory, isir l-ahhar Kuncert tal-Kor Nativitas bi thejjija ghall-Programm Vokali u Strumentali tal-festa.


Bejn il-Gimgha 4 u l-Hadd 6 ta' Settembru: Jiem tat-Tridu Solenni.

6.30pm: Il-Kor Nativitas jinghaqad ma' xi korijiet ohra tal-parrocca biex janima c-Celebrazzjoni Solenni ta' l-Ghasar li jkun immexxi mill-W.R. Kan. Anton Refalo, Kan. George Farrugia u Mons. Ewkaristiku Sultana rispettivament. L-Ghasar ikun wiehed polifoniku bis-sehem tal-komunita' nisranija.


Il-Gimgha 4 ta' Settembru:

9.30pm: Fuq il-plancier f'Misrah il-Vitorja, isir il-Programm Vokali u Strumentali li fih jitfakkar l-Ghaxar Anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas. Waqt dan il-Kuncert, ser jigu inawgurati b'mod ufficjali diversi progetti relatati mal-Kor taghna.


It-Tnejn 7 ta' Settembru: Lejliet il-Festa.

10.00pm: Il-Banda Victory tesegwixxi l-Innu immortali "Hdejn in-Nieqa ta' Marija", versi tal-Kan. Kav. Giljan Refalo Rapa u kompozizzjoni ta' Mro. Vincenzo Ciappara, bis-sehem tal-Kor Nativitas u s-solisti taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM.


It-Tlieta 8 ta' Settembru: Jum il-Festa liturgika tat-Twelid ta' Marija Bambina.

9.30am: Fis-sala "Dun Alwig Camilleri" fil-Kazin tal-Banda Victory, Quddiesa solenni tal-festa mmexxija mill-W.R. Dun Guzepp Cini u animata mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius u l-organista Ivan Attard.

7.00pm: Mal-hrug tal-purcissjoni solenni bl-istatwa titulari ta' Marija Bambina, il-Banda Victory tesegwixxi l-Innu immortali "Hdejn in-Nieqa ta' Marija", versi tal-Kan. Kav. Giljan Refalo Rapa u kompozizzjoni ta' Mro. Vincenzo Ciappara, bis-sehem tal-Kor Nativitas u s-solisti taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM.

Malli l-purcissjoni tkun ghadha f'Misrah il-Vitorja, il-Kor Nativitas isellem lill-patruna taghna bil-Kant ta' l-Innu ta' l-Inkurunazzjoni (muzika ta' Mro. Nazzareno Refalo) u l-Ave lill-Bambina.


Il-Hadd 13 ta' Settembru: Jum ta' Radd il-Hajr lil Alla f'gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas (1999 - 2009).

11.15am: Fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, Quddiesa Solenni ta' ringrazzjament immexxija mill-W.R. Dun Michael Curmi bis-sehem shih tal-Kor Nativitas.

7.00pm: Bar-B-Q ta' ringrazzjament lid-Diretturi u lill-membri ghas-sehem taghhom fl-attivitajiet konnessi mal-festa ta' Marija Bambina fil-breakwater tal-bajja ta' Marsalforn. Waqt din l-attivita' socjali, jattendi wkoll Dun Michael Curmi u flimkien niccelebraw ukoll il-hatra tieghu bhala Vici-Rettur tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta' Gesu'. Aktar dettalji dwar din l-attivita', jinghataw 'il quddiem.


Id-Diretturi tal-Kor Nativitas, Silvana Agius u Ivan Attard, flimkien mal-membri kollha jixtiequ jawguraw il-Festa t-tajba lix-Xaghrin kollha u jheggukom sabiex tippartecipaw f'kull attivita' li fiha ser nippartecipaw matul dawn il-jiem tant sbieh! Awguri u niltaqghu!




Wednesday, 26 August 2009

Preparamenti ghall-Kuncert tal-Festa - 4 ta' Settembru 2009


Fl-okkazjoni tal-Festa Titulari tat-Twelid ta' Marija Bambina ccelebrata fil-Parrocca tax-Xaghra, is-Socjeta' Filarmonika Victory ser ittella' Programm Vokali u Strumentali fuq il-plancier f'Misrah il-Vitorja. Dan ser isir nhar il-Gimgha 4 ta' Settembru fid-9.30pm. Waqt dan il-Kuncert, ser jitfakkar l-Ghaxar Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor taghna (1999 - 2009) permezz ta' inawgurazzjoni ufficjali ta' diversi progetti relatati ma' l-istess kor, fosthom uniformi gdida u eleganti ghall-membri, il-logo ufficjali, din il-website informattiva ecc. Il-programm ser ikun taht il-patrocinju ta' Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata Insinji taghna. Il-bicciet muzikali fl-ordni li fiha ser jindaqqu huma dawn:




  • L-Innu Marc "Marija Bambina Inkurunata" b'dedika lill-memorja tas-surmast Emanuel Bugeja li ghadda ghall-hajja ta' dejjem nhar il-Hadd 28 ta' Gunju 2009;


  • L-overture "Minuteman", kompozizzjoni ta' Leland Forsblad;


  • il-Marcia Sinfonica "Furia Francese" tas-surmast De Santis;


  • l-Aria "Air for Winds" miktuba minn Andre Waignein;


  • selection mill-opra celebri "Carmen", kompozizzjoni tal-franciz Georges Bizet;


  • il-polka "Liechtensteiner" miktuba minn Ed. Kotscher;


  • l-Overture "Morning, Moon & Night in Vienna" kompozizzjoni ta' F. Suppe;


  • l-overture "Lustspiel" ta' Keler Bela;


  • il-Morricones Melody b'arrangament muzikali ta' Ronald Kernen (solo trumpet - Joseph Xerri);


  • il-Mexicali Brass Song miktuba minn John Cavacas;


  • selection mill-musical 'Sound of Music' kompozizzjoni ta' Richard Rodgers bis-sehem tal-Kor Nativitas;


  • l-innu Marc "Ejjew Infahhru lil Marija", muzika tas-Surmast Mro. Mikiel Farrugia;


  • tislima "Innu lill-Banda Victory", kompozizzjoni tas-Surmast Mro. Nazzareno Refalo;


  • tislima "Innu lil Ghawdex", immuzikat mis-Surmast Mro. Profs. Joseph Vella; u


  • tislima lin-nazzjon taghna bl-"Innu Malti", versi tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila u muzika tas-Surmast Robert Sammut.

Kif tistghu taraw, dan ser ikun kuncert varjat li zgur ser jaghmel unur lill-Banda Victory u anke lill-Kor Nativitas. Dawk kollha li ser jattendu huma mitluba jkunu f'posthom fid-9.10pm. Aktar taghrif dwar l-andament tal-preparamenti (li ilhom ghaddejjin minn Marzu) u tal-Kuncert innifsu, nghadduhulkom fil-jiem li gejjin. Narawkom ghall-Kuncert ta' l-4 ta' Settembru !!

Monday, 24 August 2009

Gheluq tal-Kwaranturi Solenni fil-Knisja ta' Marsalforn







Nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009, il-komunita’ ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn temmet b’mod l-aktar solenni l-festa f’gieh Gesu’ Ewkaristija li giet iccelebrata permezz ta’ l-Adorazzjoni Ewkaristika Solenni msejha b’mod tradizzjonali bhala ‘Kwaranturi’. Ta’ min jghid li din il-festa tal-Kwaranturi hija antika hafna fil-Knisja u kienet ibbazata fuq erbghin siegha ta’ adorazzjoni quddiem Gesu’ Sagramentat. Permezz tad-duttrina taghha, il-Knisja Kattolika taghti importanza mhux zghira lill-prattika ta’ l-adorazzjoni ghax temmen li din hija kontinwazzjoni tat-talba sublimi tal-Quddiesa li fiha jiggedded il-Misteru l-Kbir ta’ l-Ghid tal-Mulej. Il-Papa Urbanu IV waqqaf is-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (il-Korpus) biex f’din il-gurnata tinghata venerazzjoni lill-Misteru Ewkaristiku peress li nhar Hamis ix-Xirka (il-gurnata li fiha jitfakkar it-twaqqif ta’ l-Ewkaristija u s-Sacerdozju Ministerjali), l-attenzjoni tal-poplu tkun aktar fuq il-passjoni ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Barra minn dawn iz-zewg festi ‘ewkaristici’, kull parrocca u knisja torganizza tlett ijiem matul is-sena li fihom taghti qima lil Gesu’ fl-Ewkaristija. Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, il-Kwaranturi jinzammu kull sena f’dak il-Hadd li fih tigi ccelebrata l-festa ta’ Marija Assunta fil-parrocca taz-Zebbug. Il-W.R. Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja, hejja programm shih ta’ attivitajiet b’rabta ma’ din il-festa li beda nhar il-Hamis 20 ta’ Awwissu u ghalaq nhar il-Hadd li ghadda, 23 ta’ Awwissu.
Il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jippartecipa u janima l-Liturgija ta’ l-gheluq tal-Kwaranturi. Ic-celebrazzjoni bdiet fis-7.00pm permezz tal-Kant Solenni tat-Tieni Ghasar ta’ l-Ewkaristija li tmexxa mill-W.R. Kan. Dun Mikiel Borg. Is-salmi tkantaw fuq melodiji stil Gregorjan u allura l-kongregazzjoni migbura setghet tippartecipa u tfahhar lil Alla b’din it-talba tal-Knisja kollha f’inzul ix-xemx. Fis-7.30pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni li kienet ippreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex. Flimkien ma’ Mons. Isqof, ikkoncelebraw il-Kappillan Dun Mikiel Borg, Mons. Salv Grima u Dun Franz Refalo – dawn is-sacerdoti jaghtu servizz pastorali fil-Knisja ta’ Marsalforn. Il-Kor Nativitas kien taht it-tmexxija ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard. Ghal din l-okkazjoni, giet esegwita l-Quddiesa Gregorjana De Angelis – ghazilna li nkantaw din il-Quddiesa peress li hija wahda semplici u mexxejja u ghaldaqstant il-poplu seta’ jinghaqad maghna biex ifahhar lil Alla. L-innijiet li gew esegwiti kienu dawn: ‘Misteru Kbir tal-Fidi’ (introjtu), ‘Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej’ (salm responsorjali), ‘Tkun Imbierek Mulej’ (offertorju) u ‘il-Hobz tal-Hajja’ (tqarbin). F’uhud minn dawn l-innijiet religjuzi, xi membri tal-Kor Nativitas interpretaw partijiet soli.
Hekk kif intemmet il-Quddiesa, jigifieri fit-8.30pm, bdiet hierga l-purcissjoni pontifikali b’Gesu’ Ewkaristija li tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Il-purcissjoni ghaddiet mit-toroq principali tal-bajja ta’ Marsalforn. In-numru ta’ nies li attendew kien impressjonanti. Ninsabu certi li din l-attivita’ ‘Ewkaristika’ halliet xi effett pozittiv fuq il-folol kbar ta’ nies li kien hemm prezenti f’Marsalforn f’dan il-jum/lejl tipikament sajfi. Il-purcissjoni kienet akkumpanjata mit-talb u l-kant u d-daqq melodjuz tal-qniepen elettronici mill-kampnar tal-Knisja ta’ Marsalforn.
Il-purcissjoni solenni irritornat lura fil-Knisja ta’ San Pawl fid-9.00pm u intlaqghet bil-kant ta’ l-innu ‘Lil Gesu’ Ostja’ mill-Kor Nativitas. Ic-celebrazzjoni solenni ntemmet bil-Barka Sagramentali u bir-ringrazzjamenti tal-Kappillan Dun Mikiel Borg ghall-festa sabiha li rnexxielna norganizzaw adunur Gesu’ fl-Ewkaristija. Ghalina din kienet l-ahhar attivita’ taghna qabel il-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina ccelebrata fil-parrocca taghna tax-Xaghra.
Harsitna issa tintefa’ fuq il-Programm Vokali u Strumentali mtella’ mis-Socjeta’ Filarmonika Victory li fih ser infakkru l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor (1999 – 2009). Il-programm shih ta’ attivitajiet u impenji tal-Kor fil-jiem tal-festa 2009 jithabbar b’mod ufficjali fil-granet li gejjin.

Saturday, 15 August 2009

Il-Kor Nativitas jiehu sehem b'success fil-Velja ta' Santa Marija


Illum is-Sibt 15 ta' Awwissu, il-Knisja Universali qed ticcelebra s-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema ta' Marija Santissima, liema festa hija mizmuma bhala wahda Kmandata bl-obbligu tas-smiegh tal-Quddies. Ilbierah il-Gimgha 14 ta' Awwissu, Vgili tas-Solennita' Marjana, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu inzammet il-Velja Djocesana li issa dahlet fit-tlettax-il sena taghha. Il-velja li kienet immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech kienet tinqasam f'erba' partijiet: Is-Sahra ghall-Qawmien tal-Vergni Marija mill-Mewt, il-Liturgija tal-Kelma, it-Tigdid tal-Weghdiet tal-Maghmudija u l-Liturgija Ewkaristika. Kif kien mistenni, kienu bosta n-nies li attendew ghal din ic-celebrazzjoni li temmet il-Hmistax-il Erbgha devozzjonali li nzammu bejn is-6 ta' Mejju u t-12 ta' Awwissu li ghadda. Minn informazzjoni li ghandu dan is-sit, il-persuni prezenti kienu jammontaw ghal madwar 1800 ruh! Kif wiehed jista' jimmagina, kobor ta' celebrazzjoni bhal din kien jirrikjedi numru kbir ta' xoghol u hidma minn dawk kollha nvoluti fosthom il-Kor Nativitas li lilu giet fdata s-sezzjoni tal-Kant. Tajjeb nghidu li flimkien mal-Kor taghna, inghaqdu wkoll numru ta' koristi ohra minn diversi korijiet Ghawdxin.

Il-velja bdiet fit-8.15pm bil-kant ta' l-Innu "Lejn is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu". Ma ninsewx li s-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu huwa ddedikat lit-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija. Il-kwadru li nsibu fil-kappella l-antika juri x-xena tal-Vergni Marija mtellgha fis-sema - liema kwadru huwa l-protagonista tal-grajja storika tat-22 ta' Gunju 1883 meta Marija kellmet lil Carmela Grima u talbitha tghid tliet Ave Marijiet f'gieh it-tlitt ijiem li l-gisem taghha dam fil-qabar. Saret purcissjoni qasira mad-dawra taz-zuntier bil-kwadru-replika tal-Madonna ta' Pinu li kien merfugh minn numru ta' seminaristi u abbatini li qed jaspiraw li jidhlu fis-Seminarju Magguri. Waqt din il-processjoni, inqrat poezija dwar il-Madonna miktuba mill-mibki poeta Ghawdxi Gorg Pisani u wara kull zewg strofi, il-Kor sellem lill-Vergni Marija bil-Kant ta' l-'Ave Marija'. Ic-celebrazzjoni tas-sahra ntemmet bil-Kant tat-Thabbira Solenni ta' l-Ghid ta' l-Assunta mis-Sur Joe Meilak bi strofi alternati mill-Kor u l-kongregazzjoni migbura.

Dritt wara li ntemmet il-parti tal-Vgili, inghata bidu ghall-Pontifikal li tmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech flimkien ma' diversi sacerdoti Maltin u Ghawdxin. Il-Kor kanta l-Quddiesa "Missa Pastorale" tal-mibki Surmast Mro. Nazzareno Refalo flimkien ma' diversi innijiet ohra fosthom "Lil Marija Regina" (Introjtu), "Qum, Mulej, int u l-arka tal-qawwa tieghek" (Salm Responsorjali), "Hallelujah" bil-versetti waqt li l-Evangelarju dar madwar il-kongregazzjoni, "Imbierek Int Mulejja", "Dielja Ghaziza", "Nadurawk Ja Hobz tas-Sema", "Sibt Tezor" u l-innu ta' l-okkazjoni "Marija Mtellgha fis-Smewwiet". Wara li sar it-Tqarbin Imqaddes, tkanta wkoll l-innu Magnificat bhala ringrazzjament lil Alla bl-istess kliem li radditlu hajr Marija fid-dar ta' qaribitha Elizabetta. Matul din il-funzjoni li ntemmet fl-10.15pm, il-Kor kien taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius flimkien ma' l-organisti Ivan Attard (organista ufficjali tal-Kor Nativitas) u Joel Azzopardi. Hadet sehem ukoll is-sopran Ghawdxija Dorienne Portelli.

Ic-celebrazzjoni kienet imxandra dirett fuq Radju Marija u xi radjijiet komunitarji Ghawdxin. Minn qalbna, nirringrazzjaw lil Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna sabiex nanimaw din il-liturgija solenni f'gieh il-Misteru l-Kbir ta' l-Assunzjoni tal-Vergni Marija. Ahna nawguraw il-kumplament tal-festa t-tajba lil kulhadd u harsitna issa tmur ghal numru ta' servizzi importanti li baqalghna sal-gurnata tat-8 ta' Settembru fosthom:

Il-Hadd 23 ta' Awwissu: Gheluq tal-Kwaranturi fil-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn;
Novena tal-Festa titulari ta' Marija Bambina fil-Kolleggjata u Bazilika tax-Xaghra (flimkien ma' korijiet ohra li hawn fil-parrocca taghna);

Il-Gimgha 4 ta' Settembru: Kuncert Vokali u Strumentali f'Misrah il-Vitorja flimkien mal-Banda Victory fl-okkazjoni tal-festa ta' Marija Bambina;

It-Tnejn 7 u t-Tlieta 8 ta' Settembru: Innu l-Kbir "Hdejn in-Nieqa ta' Marija" f'Misrah il-Vitorja f'lejliet u nhar il-festa liturgika tat-Twelid tal-Vergni Mbierka.

Dwar dawn is-servizzi, naghtu rappurtagg dettaljat fuq dan is-sit taghna fil-jiem u l-gimghat li gejjin!