Illum is-Sibt 15 ta' Awwissu, il-Knisja Universali qed ticcelebra s-Solennita' tat-Tlugh fis-Sema ta' Marija Santissima, liema festa hija mizmuma bhala wahda Kmandata bl-obbligu tas-smiegh tal-Quddies. Ilbierah il-Gimgha 14 ta' Awwissu, Vgili tas-Solennita' Marjana, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu inzammet il-Velja Djocesana li issa dahlet fit-tlettax-il sena taghha. Il-velja li kienet immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech kienet tinqasam f'erba' partijiet: Is-Sahra ghall-Qawmien tal-Vergni Marija mill-Mewt, il-Liturgija tal-Kelma, it-Tigdid tal-Weghdiet tal-Maghmudija u l-Liturgija Ewkaristika. Kif kien mistenni, kienu bosta n-nies li attendew ghal din ic-celebrazzjoni li temmet il-Hmistax-il Erbgha devozzjonali li nzammu bejn is-6 ta' Mejju u t-12 ta' Awwissu li ghadda. Minn informazzjoni li ghandu dan is-sit, il-persuni prezenti kienu jammontaw ghal madwar 1800 ruh! Kif wiehed jista' jimmagina, kobor ta' celebrazzjoni bhal din kien jirrikjedi numru kbir ta' xoghol u hidma minn dawk kollha nvoluti fosthom il-Kor Nativitas li lilu giet fdata s-sezzjoni tal-Kant. Tajjeb nghidu li flimkien mal-Kor taghna, inghaqdu wkoll numru ta' koristi ohra minn diversi korijiet Ghawdxin.
Il-velja bdiet fit-8.15pm bil-kant ta' l-Innu "Lejn is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu". Ma ninsewx li s-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu huwa ddedikat lit-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija. Il-kwadru li nsibu fil-kappella l-antika juri x-xena tal-Vergni Marija mtellgha fis-sema - liema kwadru huwa l-protagonista tal-grajja storika tat-22 ta' Gunju 1883 meta Marija kellmet lil Carmela Grima u talbitha tghid tliet Ave Marijiet f'gieh it-tlitt ijiem li l-gisem taghha dam fil-qabar. Saret purcissjoni qasira mad-dawra taz-zuntier bil-kwadru-replika tal-Madonna ta' Pinu li kien merfugh minn numru ta' seminaristi u abbatini li qed jaspiraw li jidhlu fis-Seminarju Magguri. Waqt din il-processjoni, inqrat poezija dwar il-Madonna miktuba mill-mibki poeta Ghawdxi Gorg Pisani u wara kull zewg strofi, il-Kor sellem lill-Vergni Marija bil-Kant ta' l-'Ave Marija'. Ic-celebrazzjoni tas-sahra ntemmet bil-Kant tat-Thabbira Solenni ta' l-Ghid ta' l-Assunta mis-Sur Joe Meilak bi strofi alternati mill-Kor u l-kongregazzjoni migbura.
Dritt wara li ntemmet il-parti tal-Vgili, inghata bidu ghall-Pontifikal li tmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech flimkien ma' diversi sacerdoti Maltin u Ghawdxin. Il-Kor kanta l-Quddiesa "Missa Pastorale" tal-mibki Surmast Mro. Nazzareno Refalo flimkien ma' diversi innijiet ohra fosthom "Lil Marija Regina" (Introjtu), "Qum, Mulej, int u l-arka tal-qawwa tieghek" (Salm Responsorjali), "Hallelujah" bil-versetti waqt li l-Evangelarju dar madwar il-kongregazzjoni, "Imbierek Int Mulejja", "Dielja Ghaziza", "Nadurawk Ja Hobz tas-Sema", "Sibt Tezor" u l-innu ta' l-okkazjoni "Marija Mtellgha fis-Smewwiet". Wara li sar it-Tqarbin Imqaddes, tkanta wkoll l-innu Magnificat bhala ringrazzjament lil Alla bl-istess kliem li radditlu hajr Marija fid-dar ta' qaribitha Elizabetta. Matul din il-funzjoni li ntemmet fl-10.15pm, il-Kor kien taht id-direzzjoni ta' Silvana Agius flimkien ma' l-organisti Ivan Attard (organista ufficjali tal-Kor Nativitas) u Joel Azzopardi. Hadet sehem ukoll is-sopran Ghawdxija Dorienne Portelli.
Ic-celebrazzjoni kienet imxandra dirett fuq Radju Marija u xi radjijiet komunitarji Ghawdxin. Minn qalbna, nirringrazzjaw lil Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna sabiex nanimaw din il-liturgija solenni f'gieh il-Misteru l-Kbir ta' l-Assunzjoni tal-Vergni Marija. Ahna nawguraw il-kumplament tal-festa t-tajba lil kulhadd u harsitna issa tmur ghal numru ta' servizzi importanti li baqalghna sal-gurnata tat-8 ta' Settembru fosthom:
Il-Hadd 23 ta' Awwissu: Gheluq tal-Kwaranturi fil-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn;
Novena tal-Festa titulari ta' Marija Bambina fil-Kolleggjata u Bazilika tax-Xaghra (flimkien ma' korijiet ohra li hawn fil-parrocca taghna);
Il-Gimgha 4 ta' Settembru: Kuncert Vokali u Strumentali f'Misrah il-Vitorja flimkien mal-Banda Victory fl-okkazjoni tal-festa ta' Marija Bambina;
It-Tnejn 7 u t-Tlieta 8 ta' Settembru: Innu l-Kbir "Hdejn in-Nieqa ta' Marija" f'Misrah il-Vitorja f'lejliet u nhar il-festa liturgika tat-Twelid tal-Vergni Mbierka.
Dwar dawn is-servizzi, naghtu rappurtagg dettaljat fuq dan is-sit taghna fil-jiem u l-gimghat li gejjin!
No comments:
Post a Comment