Wednesday, 30 September 2009

Il-Kor Nativitas featured fuq il-mezzi ta' l-istampa lokali


F’dawn il-granet, fuq il-gazzetti lokali, deher feature dwar it-tnedija ufficjali tac-CD “Infahhruk bil-Kant” li huwa produzzjoni tal-Kor Nativitas. Dan l-artiklu, li qed ingibuh fuq dan is-sit ghall-beneficcju ta’ dawk li ma qrawhx, jitkellem dwar dan il-progett inawgurat fil-bidu ta’ Settembru:

“Fl-okkazjoni ta’ gheluq l-ghaxar snin mit-twaqqif tieghu, il-Kor Nativitas fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra GHawdex nieda l-ewwel CD tieghu li ggib l-isem “Infahhruk bil-kant”. Dan il-compact disc tnieda waqt il-Programm Vokali u Strumentali li tellghet l-istess Socjeta’ nhar il-Gimgha 4 ta’ Settembru 2009 fl-okkazjoni tal-festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina ccelebrata fil-parrocca tax-Xaghra. Il-produzzjoni ta’ din ic-CD kienet il-qofol tal-preparamenti u thejjijiet li saru mill-amministrazzjoni ta’ l-istess Kor f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Centrali tal-Banda Victory biex jitfakkar dan l-anniversarju sinifikanti.

Ic-CD tiffoka fuq innijiet religjuzi li jistghu jitkantaw matul iz-zmien hekk imsejjah “ferjali” fil-Liturgija tal-Knisja. Ma’ dawn zdiedu partijiet instrumental. Ir-recording sessions tac-CD saru taht id-direzzjoni tar-recording engineer John Agius (MBX Studio) fil-prezenza tad-Direttrici tal-Kor, Silvana Agius, u l-Assistent Direttur u organista Ivan Attard. Id-direzzjoni tal-Kor Nativitas tixtieq tirringrazzja lill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, li gentilment tana l-permess biex stajna nuzaw l-orgni maestuz Johannus-Monarke tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu ghar-recording ta’ partijiet minn din ic-CD. Fost il-bicciet li gew rekordjati bis-sehem tal-Kor, insibu l-innijiet “Herqanin”, “Kemm Inti Kbir”, “Ejjew Infahhru lil Marija” u “Tantum Ergo”. Bhala partijiet li gew interpretati b’mod solo mill-organista tal-Kor, insibu l-“Harpsichord Concerto No. 2” (J.S. Bach), “Prelude Op. 28 No. 4” (Frederic Chopin) u “Largo” (George Frederic Handel) fost ohrajn.

Il-Kor Nativitas qed ikompli jkabbar ir-reputazzjoni tieghu permezz ta’ diversi servizzi fi Knejjes GHawdxin, ewlenin fosthom fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi u ohrajn. Il-Kor jorganizza wkoll diversi attivitajiet socjali ghall-membri tieghu fosthom BBQs fix-xhur tas-Sajf, ikliet fi Zmien il-Milied u Zmien il-Ghid u anke irtiri fi Zmien ir-Randan u Zmien l-Avvent biex permezz ta’ talks minn persuni esperti fil-qasam tal-kant, il-membri jkomplu jitghallmu dwar il-mod kif jigi interpretat il-kant liturgiku f’dawn iz-zminijiet differenti ta’ matul is-sena tal-Knisja.

Dawk li jixtiequ jakkwistaw kopja tac-CD gdida tal-Kor Nativitas, ghandhom javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat Centrali tal-Banda Victory tax-Xaghra Ghawdex jew lid-Direttrici tal-Kor. Il-hlas huwa ta’ € 10.00. Grazzi ta’ l-interess taghkom.”

B’zieda ma’ dan l-artiklu li deher fuq il-gazzetti lokali, hemm il-hsieb li fix-xhur li gejjin, isir feature dwar il-Kor taghna fuq il-mezzi tax-xandir (jigifieri radju u televizjoni). Dwar dan, naghtukom aktar taghrif ‘il quddiem.

No comments:

Post a Comment