Saturday, 3 October 2009

Festa ta' San Frangisk ta' Assisi - Il-Kor Nativitas jiccelebra mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tar-Rabat Ghawdex


Il-festa liturgika ta’ San Frangisk t’Assisi tigi ccelebrata ta’ kull sena nhar l-4 ta’ Ottubru. Kif wiehed jista’ jobsor, din il-festa Frangiskana tigi ccelebrata bl-akbar solennita’ fil-Knisja ddedikata lilu fil-qalba tal-Belt Victoria. Ta’ min jinnota li ghalkemm il-festa l-aktar popolari li tigi ccelebrata f’din il-Knisja hija s-Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni li tilhaq il-qofol taghha nhar it-8 ta’ Dicembru, il-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali ghandha lil San Frangisk bhala t-titular taghha u ghaldaqstant, jixraq li ssir festa xierqa u devota lil dan il-Qaddis.

Ghall-ewwel darba din is-sena, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani sabiex jippartecipa f’din il-festa billi janima t-tlett Quddisiet tat-Tridu li beda nhar l-Erbgha 30 ta’ Settembru u ntemm nhar il-Gimgha 2 ta’ Ottubru 2009. Ic-celebrazzjoni ta’ kull gurnata kienet tikkonsisti fir-Ruzarju meditat, Quddiesa Koncelebrata bil-prietka tat-Tridu minn Patri William Bartolo, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Din is-sena, il-festa ta’ San Frangisk kisbet sinifikat specjali minhabba li fid-dinja Frangiskana qed jitfakkar gheluq it-800 sena mill-ghoti tar-Regola tal-Ghaqdiet Religjuzi li jhaddnu l-karizma ta’ dan id-Djaknu Serafiku ta’ Assisi. Id-direzzjoni tal-Kor gharfet il-kobor ta’ din il-festa ghall-komunita’ Frangiskana ta’ beltna u gharfet tohrog bicciet muzikali sbieh biex jigu esegwiti fil-pubbliku halli permezz taghhom tinghata qima lil Alla. Il-muzika f’dawn it-tlett ijiem kienet wahda varjata, b’Quddies li jvarja minn dak ta’ natura Gregorjana (Missa De Angelis), Quddies bil-lingwa Maltija (Messa Pastorale) u Quddiesa bil-Latin li ghandha stil polifoniku ghalkemm il-Kor interpretaha b’vuci wahda (Missa Cantate Domino). L-innijiet liturgici l-ohra kienu maghzula b’mod li l-kongregazzjoni migbura setghet tippartecipa fihom bl-akbar mod haj f’dan it-Tridu Solenni adunur San Frangisk. Gew ukoll kantati tliet salmi responsorjali differenti u tliet versetti ta’ l-Hallelujah li gew immuzikati mill-Ass. Direttur Ivan Attard. Bosta membri kantaw partijiet wehidhom – fost dawn insemmu lil Mikaela Bajada, Jessica Rae Bonello, Tiziana Galea, Annalise Said u Miriam Sultana. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius. Ir-ritratti ta' din l-attivita' jinsabu fin-naha tal-lemin ta' dan is-sit. Is-servizzi li ghandu l-Kor Nativitas ghax-xahar ta’ Ottubru (3) huma dawn:

- Il-Hamis 15 ta’ Ottubru: L-Ewwel Jum tal-Kwaranturi bi thejjija ghas-Solennita’ ta’ Kristu Sultan fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu (Xaghra). Il-Koncelebrazzjoni tibda fis-7.00pm.
- Il-Gimgha 16 ta’ Ottubru: Festa tal-Madonna tas-Sahha fil-Knisja ta’ San Frangisk. Quddiesa kantata fis-6.30pm.
- Is-Sibt 24 ta’ Ottubru: Tifkira ta’ l-10 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor Nativitas u l-111 Anniversarju mit-Twaqqif tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, Quddiesa kantata ta’ l-okkazjoni fis-6.30pm. Jattendi l-Kumitat tal-Banda taghna. Aktar dettalji dwar din l-attivita' specjali jinghataw fil-gimghat li gejjin fuq din il-website.












No comments:

Post a Comment