Il-Kuncert sar darbtejn fuq xulxin – nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu fis-7.30pm fis-Santwarju ta’ Marija Bambina u l-Hadd 28 ta’ Marzu fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’ fir-Rabat tal-Imdina. Ghal dawn iz-zewg Kuncert, attendiet folla mdaqqsa ta’ nies u ammiraturi ta’ dawn iz-zewg baned stabbiliti. Waqt din l-attivita’, giet esegwita ghall-ewwel darba l-Cantata ‘It-Triq tas-Salib’, kliem ta’ Patri Marcello Ghirlando OFM u siehbu Patri Raymond Camilleri OFM u muzika tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM li b’kumbinazzjoni huwa wkoll is-Surmast Direttur ta’ dawn iz-zewg baned. Flimkien mal-bandisti, ha sehem ukoll il-Kor Nativitas u numru ta’ koristi Maltin. Il-cantata hija miktuba ghall-istrumenti tradizzjonali tal-banda flimkien mat-timpani u tubular bells b’partitura ghall-vucijiet maqsuma f’Kor SATB (Soprano, Alto, Tenor and Bass) u zewg solisti – tenur u baxx. Hija bicca xoghol sabiha mmens b’muzika tal-widna u allura, wiehed ma jistaghgibx li f’partijiet minnha, anke l-pubbliku prezenti kanta mal-Kor it-talb li jirrepeti ruhu f’kull stazzjon ta’ din il-Via Crucis kantata! Fuq kollox, din kienet ix-xewqa tal-kompozitur innifsu – li l-kongregazzjoni tippartecipa flimkien mal-Kor f’din il-meditazzjoni profonda.
Intant, il-Hadd filghodu, il-Kor Nativitas kien impenjat ukoll b’servizz importanti fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Fid-9.30am saret ic-Cerimonja tat-tberik tal-frieghi tal-palm u z-zebbug fuq iz-zuntier tal-Knisja segwita minn purcissjoni qasira madwar is-salib tal-pjazza. Fl-9.45am bdiet Koncelebrazzjoni li tmexxiet minn Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’. Il-Kor kien immexxi mis-Sinjura Silvana Agius bl-akkumpanjament fuq l-orgni mill-Assistent Direttur Ivan Attard. Din ic-celebrazzjoni f’Hadd il-Palm fethet l-impenji tal-Kor Nativitas waqt il-funzjonijiet principali li jsawru din il-Gimgha Mqaddsa fit-tifkira solenni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tal-Feddej taghna Sidna Gesu’ Kristu.
No comments:
Post a Comment