Friday 2 April 2010

Il-Kor Nativitas ikanta waqt ic-Celebrazzjoni Penitenzjali fil-Bazilika tax-Xaghra

Il-parrocca tax-Xaghra hija maghrufa ghall-mod dixxiplinat li bih torganizza l-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bi storja li tmur lura ghas-sena 1913 u li dejjem baqghet tizviluppa b’mod pozittiv matul is-snin. Il-kostumi rikki li jintuzaw waqt din il-manifestazzjoni esterna ta’ fidi pubblika fi Kristu Mejjet flimkien mas-serjeta’ tal-personaggi bibblici li jiehdu sehem u s-sett artistiku ta’ statwi tal-Passjoni li tippossedi l-Bazilika ta’ Marija Bambina jirrendu lil din il-purcissjoni bhala l-aktar wahda segwita f’Ghawdex u sahansitra f’Malta.

Kif isir ta’ kull sena, nhar it-Tlieta tal-Gimgha Mqaddsa, tigi organizzata laqgha importanti ta’ talb ghal dawk kollha li jippartecipaw f’din il-purcissjoni. Ghaldaqstant, din is-sena, din l-attivita’ saret nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu. Il-Kor Nativitas, akkumpanjat minn grupp ta’ kitarristi immexxija minn Silvana Agius, anima l-kant waqt din ic-celebrazzjoni penitenzjali li bdiet fis-7.00pm u ntemmet ghall-habta tat-8.00pm u kienet segwita bi struzzjonijiet u direttivi lil dawk prezenti mill-membri tal-Kumitat Festi tal-Ghid.

No comments:

Post a Comment