Thursday, 6 May 2010

Jinghata Bidu ghall-Erbghat ta’ Santa Marija fis-Santwarju ta’ Pinu

Nhar l-Erbgha 5 ta’ Mejju 2010 inghata bidu ghad-devozzjoni popolari tal-hmistax-il Erbgha bi thejjija spiritwali ghas-Solennita’ tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija. Dawn id-devozzjonijiet ikunu ccelebrati b’solennita’ fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex. Din is-sena, din id-devozzjoni qed tiehu forma partikolari peress li s-Santwarju qed ifakkar il-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna ta’ Pinu (1935 – 2010) u l-Ghoti tal-Warda tad-Deheb li l-Q.T. Papa Benedittu XVI offra lill-Madonna ta’ Pinu matul iz-zjara tieghu fostna fit-18 ta’ April li ghadda.

Fuq stedina tar-Rettur tas-Santwarju il-W.R. Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jippartecipa u janima bil-kant il-Quddiesa tal-5.30pm li tkun ukoll imxandra b’mod dirett fuq Radju Marija. Il-Quddiesa tal-Ewwel Erbgha kienet Koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Ghawdex. Il-Kor interpreta diversi innijiet Marjani fosthom l-innu ‘Lejn is-Santwarju ta’ Pinu’, lirika ta’ Dun Gerard Buhagiar u muzika tas-Sur Joe Formosa . L-Erbghat tal-Madonna jilhqu l-qofol taghhom nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu permezz tac-Celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid tal-Assunta.

Il-Kor izomm l-appuntament tieghu fl-Erbghat tal-Madonna matul l-Erbghat li gejjin fil-Quddiesa tal-5.30pm.

No comments:

Post a Comment