Thursday 6 May 2010

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta’ San Guzepp

Nhar il-Hadd 2 ta’ Mejju 2010, il-Parrocca tax-Xaghra ccelebrat il-Festa Sekondarja ta’ San Guzepp bhala Kon-patrun tal-istess parrocca.

Fl-4.30pm sar il-Kant Solenni tat-Tieni Ghasar mill-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina u fil-5.00pm bdiet Koncelebrazzjoni Pontifikali ta’ jum il-festa mmexxija mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof tad-Djocesi ta’ Ghawdex bis-sehem tal-orkestra. Fis-6.30pm bdiet hierga l-purcissjoni devota bl-istatwa artistika ta’ San Guzepp meqjuma b’tant devozzjoni fil-Bazilika tax-Xaghra. Il-Kor Nativitas sellem lix-xbieha ta’ San Guzepp bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lil San Guzepp’, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Il-purcissjoni kienet immexxija minn Mons . Anton Refalo Zammit u akkumpanjata bid-daqq ta’ marci religjuzi mill-Banda Victory tax-Xaghra.



No comments:

Post a Comment