Tuesday 15 June 2010

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa devota ta’ Sant’Antnin li tigi ccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fir-Rabat Ghawdex. Peress li din is-sena l-festa liturgika tal-Qaddis inzertat fil-jum tal-Hadd, il-Komunita’ Frangiskana trasferiet il-jum propju tal-festa ghat-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010.

Bejn il-Gimgha 11 u l-Hadd 13 ta’ Gunju 2010 saru tlett ijiem ta’ Tridu Solenni bil-prietki dwar il-Qaddis ta’ Padova mill-W.R. Kan. Mikiel Borg, Rettur tal-komunita’ ta’ Marsalforn. Il-Quddiesa tal-ahhar Jum tat-Tridu kienet animata mill-Kor Nativitas li kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.

F’jum il-festa tal-Qaddis, nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010, il-Kor anima l-Quddiesa Solenni tal-5.00pm bis-sehem tat-tfal. Din ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet preseduta mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna u fiha huwa wassal messagg attwali lit-tfal numeruzi li ngabru ghal din il-Quddiesa. Il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi fosthom l-Innu popolari ‘O tal-Mirakli’ li ghandu gheruq sodi fost il-Frangiskani. Il-Kor kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.


No comments:

Post a Comment