Din is-sena wkoll, gie mfakkar b’mod solenni l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Assunzjoni ta’ Marija meqjum b’tant ghozza f’dan is-Santwarju, l-istess kwadru li minnu l-Vergni Marija semmghet lehinha liz-zewg kompajzani taghna. L-Inkurunazzjoni tal-Kwadru saret fl-20 ta' Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Maria Lepicier, Legat tal-Papa Piju XII. Fost l-attivitajiet li saru biex ifakkru dawn iz-zewg anniversarji importanti, nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju, jum il-festa titulari, gie ccelebrat Pontifikal Solenni mill-E.T. Mons . Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus ta’ Malta, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti u religjuzi minn Malta u Ghawdex. L-animazzjoni tal-kant kienet mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni tal-Bazilika mill-organista Ivan Attard. Gew esegwiti bosta innijiet Marjani ghal din l-okkazjoni flimkien mal-Quddiesa Gregorjana De Angelis alternata bejn il-Kor u l-kongregazzjoni migbura ghal din ic-celebrazzjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Il-Pontifikal li beda fit-8.00pm intemm ghall-habta tad-9.15pm u kien segwit minn Siegha Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet sakemm fl-10.15pm giet recitata t-Talba ta’ Gheluq il-Jum u inghatat l-Barka Sagramentali li ghalqet dawn il-festi f’gieh il-Madonna ta’ Pinu.
L-impenji tal-Kor Nativitas fis-Santwarju tal-Madonna ikomplu matul l-Erbghat bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Ghid tal-Assunta li niccelebraw mal-Knisja kollha nhar il-Hadd 15 ta’ Awwissu 2010. Kull nhar ta’ Erbgha, il-Kor janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija.
No comments:
Post a Comment