Nhar it-Tlieta 14 ta’ Dicembru 2010, id-Djocesi ta’ Ghawdex fakkret u sellmet il-memorja tal-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, f’gheluq l-ewwel xahar mill-mewt tieghu. L-Isqof Cauchi jibqa’ mfakkar ghall-hidma kbira li huwa wettaq f’Ghawdex, sew f’dawk li huma progetti materjali biex il-Knisja lokali tkun tista’ twassal b’mod konkret il-messagg taghha u anke progetti spiritwali li ghenu lill-insara ta’ din il-gzira biex jersqu aktar lejn Alla u jitolbu l-intercessjoni tal-Vergni Mbierka. Huwa kien bniedem li ghaqqad l-gherf tad-dinja mal-Fidi Nisranija – zgur li ma kinitx kumbinazzjoni li l-mewt tieghu grat fil-15 ta’ Novembru, tifkira liturgika ta’ San Albertu l-Kbir, wiehed mill-aqwa Isqfijiet u dutturi li ghandha l-Knisja!
Biex jitfakkar dan l-anniversarju, id-Djocesi ta’ Ghawdex iccelebrat Quddiesa de requiem ghas-suffragju tar-ruh ghaziza tieghu fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Din saret nhar it-Tlieta 14 ta’ Dicembru, tifkira liturgika ta’ San Gwann tas-Salib.Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima din l-Ewkaristija. Fost l-innijiet li gew esegwiti kien hemm ‘Diehla go Qalbi’ (Introjtu), ‘Ejja Fostna Mulej’ (Offertorju), ‘Ir-Raghaj u s-Sid tieghi’ (Tqarbin) u ‘Go Nazaret’ (Gheluq). Giet kantata wkoll il-Missa Pro Defunctis – il-Quddiesa tal-Mejtin (Gregorjana) alternata mal-kongregazzjoni migbura. Din kienet verament okkazjoni memorabbli fit-tifkira ta’ wiehed mill-aqwa raghajja spiritwali li kellha l-Knisja Ghawdxija matul il-kors tal-istorja taghha.
Il-Kor Nativitas flimkien mas-Socjeta’ Filarmonika Victory jergghu jsellmu l-memorja ta’ dan l-Isqof gharef u jitolbu lil Alla sabiex jaghtih il-premju tal-glorja tal-genna.
AGHTIH O MULEJ IL-MISTRIEH TA’ DEJJEM!
No comments:
Post a Comment