Monday, 6 December 2010

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fin-Novena tal-Kuncizzjoni fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria


Ghal sena ohra konsekuttiva, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria sabiex janima l-Liturgija Solenni tan-Novena bi preparazzjoni ghas-Solennita’ tat-Tnissil bla tebgha tal-Imqaddsa Vergni Marija li l-Knisja Kattolika ticcelebra nhar l-Erbgha 8 ta’ Dicembru. Din hija wahda mill-akbar festi li l-Knisja ticcelebra f’gieh il-Vergni Marija ghax tfakkar il-privilegg singolari li kellha l-Madonna sa mill-mument tal-koncepiment taghha fil-guf ta’ ommha Sant’Anna.


Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas esegwixxa diversi innijiet liturgici li komplew jaghtu dehra solenni lil dawn il-jiem ta’ thejjija li kienu mmexxija minn Dun Geoffrey George Attard, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Marija Assunta fiz-Zebbug Ghawdex u l-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra. Gew esegwiti fost l-ohrajn il-‘Missa de Angelis’ (Gregorjana), il-‘Missa Orbis Factor’ (Gregorjana), il-‘Missa Pastorale’ (Mro. Nazzareno Refalo) u l-‘Quddiesa tal-Poplu t’Alla’ (Mro. Nazzareno Refalo). Fl-ahhar tlett ijiem, gew ukoll interpretati l-‘Ave Maria’ ta’ Charles Gonoud, l-‘Ave Maria’ tal-kompozitur Archadelt, l-‘Ave Maria’ ta’ Franz Schubert u l-‘Panis Angelicus’ ta’ Cesar Franck. Ic-celebrazzjoni kienet tintemm bil-Kant tal-Innu popolari ‘Lejna Hares’ segwit mill-Bews tar-Relikwija.


Il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tal-organista s-Sur Ivan Attard.

No comments:

Post a Comment