Saturday, 23 January 2010

Il-Kor Nativitas ikanta f'Marsalforn fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' San Pawl, Patrun ta' Malta

Nhar il-Gimgha 22 ta’ Jannar 2010, Festa ta’ San Pubbliju l-Ewwel Isqof ta’ Malta, il-Kor Nativitas ippartecipa fic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar Jum tat-Tridu fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn. Il-Kor taghna huwa wiehed residenti f’Marsalforn tant li matul ir-rettorat tal-Kan. Dun Mikiel Borg, diga’ ippartecipa f’xejn inqas minn erba’ festi principali li jigu ccelebrati fil-Knisja – dawn huma l-Festa ta’ San Pawl f’Jannar 2009, il-funzjonijiet kollha relatati mat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid f’April 2009, il-Koncelebrazzjoni ta’ gheluq il-Kwaranturi Solenni nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009 u l-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl li qed tigi ccelebrata f’dawn il-jiem.

Il-festi ta’ din is-sena huma specjali ghax qeghdin ifakkru l-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta’ l-Appostlu Missierna fil-gzejjer Maltin. Ghal din l-okkazjoni, l-Assistant Direttur tal-Kor, Ivan Attard, kiteb il-muzika ta’ Innu gdid bl-isem ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita’ ta’ Marsalforn’ u Antifona gdida bl-isem ‘Sanctae Paule Apostole’ biex jindaqqu fil-jiem tal-festa Pawlina f’Marsalforn. Il-partitura giet ipprezentata lir-Rettur tal-Knisja nhar il-Gimgha wara li ntemmet il-funzjoni tat-Tridu.

Fl-okkazjoni ta’ din il-festa, il-Kor Nativitas interpreta numru sabih ta’ innijiet liturgici fosthom l-Innu lill-Appostlu Missierna San Pawl, maghruf bhala l-Innu tac-Centinarju, miktub mis-Surmast Mro. Joseph Abela Scolaro fl-1960 fl-okkazjoni tad-dsatax-il centinarju min-Nawfragju. Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Kan. Dun Mario Borg. Wara l-Quddiesa, tkanta l-Innu l-gdid lil San Pawl ta’ Marsalforn u nghatat il-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Mikiel Borg ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna biex nippartecipaw fil-festa Pawlina f’Marsalforn u nawguraw lilu, u lil dawk kollha residenti f’Marsalforn, il-FESTA T-TAJBA!

Sunday, 17 January 2010

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Festi Centinarji Pawlini f'Marsalforn

Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Kappillan Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn, sabiex janima l-Ghasar u l-Koncelebrazzjoni Solenni ta' l-Ahhar Jum tat-Tridu li ser jigi ccelebrat nhar il-Gimgha 22 ta' Jannar 2010 mill-5.30pm 'il quddiem. Dakinhar tigi mfakkra wkoll il-festa ta' San Pubbliju, l-Ewwel Isqof ta' Malta.

Wara l-Quddiesa, ser issir il-prezentazzjoni tal-muzika l-gdida ta' l-Innu "Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita' ta' Marsalforn" u l-Antifona "Sanctae Paole Apostole" miktubin mill-Assistent Direttur Ivan Attard fl-okkazjoni tal-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta' San Pawl fil-Gzejjer Maltin. Tigi wkoll inawgurata l-Manifestazzjoni "FIDI, ARTI U KULTURA" imnedija mill-Kunsill Lokali Zebbug (Ghawdex) f'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Xaghra, is-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubbliku fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u d-Dipartiment tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.

Inheggukom sabiex tattendu bi hgarkom ghal din ic-celebrazzjoni ta' festa f'gieh San Pawl - l-Appostlu tal-Gnus.


Friday, 15 January 2010

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa ta' Sant'Anton Abbati


Fuq stedina tal-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati li tinsab fl-inhawi maghrufa bhala ‘Tal-Qacca’ fix-Xaghra Ghawdex, il-Kor tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu bi thejjija ghall-Festa Liturgika ta’ San Anton Abbati. Din saret nhar il-Hamis 14 ta’ Jannar 2010 u kienet immexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marija Annunzjata f’Kercem.

Il-Knisja ta’ Sant’Anton ghandha rabtiet storici kbar mar-rahal tax-Xaghra tant li serviet bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali tal-lokalita’ bejn it-28 ta’ April 1688 – il-Jum tat-Twaqqif tal-Parrocca mill-Isqof Davide Cocco Palmeri – sas-sena 1692, meta l-parrocca mxiet ghall-Knisja l-gdida li l-ewwel giet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja u, aktar tard, lit-Twelid ta’ Marija Bambina. L-ewwel Kappillan li serva l-Parrocca taghna kien Dun Bernard Formosa li ha l-pusses tieghu fil-5 ta’ Gunju 1688, Jum il-Festa ta’ Corpus Christi.

Il-figura ta’ l-eremita qaddis Sant’Anton Abbati baqghet dejjem f’qalb il-poplu Xaghri tant li l-festa tieghu ghadha tigi ccelebrata bil-kbir kull sena fl-eqreb Hadd lejn is-17 ta’ Jannar li hija l-gurnata tal-festa liturgika tal-Qaddis. Din is-sena inzerta li l-festa esterna ser tkun qed tigi ccelebrata fl-istess gurnata tal-festa liturgika. Il-qofol tal-festa jintlahaq bil-Koncelebrazzjoni Solenni tal-Hadd filghaxija mmexxija minn Monsinjur Isqof ta’ Ghawdex u l-Purcissjoni Pontifikali li tintemm bit-tberik tradizzjonali ta’ l-annimali peress li Sant’Anton huwa l-protettur taghhom.

Il-Kor Nativitas kien partecipant fic-celebrazzjoni tat-Tridu fil-knisja ckejkna ddedikata lill-Qaddis. L-innijiet li gew esegwiti kienu dawn: ‘Innu lil Sant’Anton Abbati’ (muzika ta’ l-Assistent Direttur Ivan Attard), il-Quddiesa Cantate Domino (muzika ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi), ‘Irrid Niehu Sehem’ (Offertorju), ‘Il-ferh tassew’ (Tqarbin) u l-Innu popolari lil Sant’Anton Abbati (muzika ta’ Mro. Nazzareno Refalo). Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nawguraw il-festa t-tajba lix-Xaghrin kollha
b'mod partikolari dawk li joqoghdu fl-inhawi ta’ Sant’Anton!

Monday, 11 January 2010

Attivita' Socjali ghall-membri tal-Kor Nativitas

Nhar il-Gimgha 8 ta’ Jannar 2010, il-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Victory organizza ikla ta’ ringrazzjament lill-membri tal-Kor Nativitas ghall-hidma taghhom matul l-istagun tal-festi tal-Milied. Niftakru li dan kien stagun ferm impenjattiv ghall-koristi kollha, fejn apparti s-servizzi relatati ma’ l-animazzjoni liturgika tal-Quddies fil-Knisja ta’ San Frangisk u fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, kellna l-produzzjoni tal-Kuncert The Glories of Christmas.

L-ikla ta’ ringrazzjament saret f’ristorant lokali u ghaliha attendew id-Diretturi tal-Kor u l-membri kollha. Din kienet l-ewwel attivita’ tal-Kor Nativitas ghal din is-sena. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, il-membri jiltaqghu flimkien f’ambjent informali u jsiru jafu aktar lil xulxin.

Friday, 8 January 2010

Il-Kor Nativitas mistieden jippartecipa fil-Festa tradizzjonali ta' Sant'Anton Abbati


Ghal sena ohra, il-Kor Nativitas qed jigi mistieden mill-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xaghra Ghawdex, sabiex jippartecipa fil-Quddiesa Kantata tat-Tieni Jum tat-Tridu adunur il-Qaddis protettur ta’ l-annimali. Is-servizz ser isir nhar il-Hamis 14 ta’ Jannar 2010 fis-6.30pm. Il-Quddiesa titmexxa mill-W.R. Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja tal-Lunzjata (Kercem) filwaqt li l-omelija tat-Tridu jaghmilha Mons. Lawrenz Sciberras. Kulhadd huwa mistieden.

Saturday, 2 January 2010

Tislima lis-sena 2009 - Ringrazzjament lil Alla

Nhar il-Hamis 31 ta' Dicembru 2009, l-ahhar jum tas-sena civili, il-Kor Nativitas inghaqad mal-komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria fic-celebrazzjoni ta' ringrazzjament lil Alla ghall-grazzji kollha li xerred fuqna matul is-sena li kienet qed tintemm. Il-Quddiesa kantata bdiet fis-6.30pm u kienet ippreseduta mill-W.R. Patri Gwardjan George Attard OFM Konv. flimkien ma' Patri Egidio Mizzi u Patri Joseph Xerri, li flimkien jiffurmaw il-komunita' li tghammar fil-Knisja ta' San Frangisk. Il-Liturgija tal-Quddiesa kienet tas-Solennita' ta' Marija Omm Alla u Omm il-Paci.
Fi tmiem din l-Ewkaristija, tkanta l-Innu Te Deum (li huwa l-innu ufficjali tal-Knisja li bih trodd hajr lil Alla).


L-ghada l-Gimgha, 1 ta' Jannar 2010, Jum is-Solennita' ta' Marija Omm Alla, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jaghti l-ewwel servizz tieghu ghas-sena l-gdida fil-Quddiesa kantata tad-9.30am fl-istess Knisja ta' San Frangisk. Qabel bdiet din il-Koncelebrazzjoni, sar servizz ta' kant ta' ghanjiet tradizzjonali u popolari ta' Zmien il-Milied - dan kien l-ahhar servizz simili ghal dan iz-zmien festiv tas-sena.