Nhar il-Hamis 31 ta' Dicembru 2009, l-ahhar jum tas-sena civili, il-Kor Nativitas inghaqad mal-komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria fic-celebrazzjoni ta' ringrazzjament lil Alla ghall-grazzji kollha li xerred fuqna matul is-sena li kienet qed tintemm. Il-Quddiesa kantata bdiet fis-6.30pm u kienet ippreseduta mill-W.R. Patri Gwardjan George Attard OFM Konv. flimkien ma' Patri Egidio Mizzi u Patri Joseph Xerri, li flimkien jiffurmaw il-komunita' li tghammar fil-Knisja ta' San Frangisk. Il-Liturgija tal-Quddiesa kienet tas-Solennita' ta' Marija Omm Alla u Omm il-Paci.
Fi tmiem din l-Ewkaristija, tkanta l-Innu Te Deum (li huwa l-innu ufficjali tal-Knisja li bih trodd hajr lil Alla).
L-ghada l-Gimgha, 1 ta' Jannar 2010, Jum is-Solennita' ta' Marija Omm Alla, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jaghti l-ewwel servizz tieghu ghas-sena l-gdida fil-Quddiesa kantata tad-9.30am fl-istess Knisja ta' San Frangisk. Qabel bdiet din il-Koncelebrazzjoni, sar servizz ta' kant ta' ghanjiet tradizzjonali u popolari ta' Zmien il-Milied - dan kien l-ahhar servizz simili ghal dan iz-zmien festiv tas-sena.
No comments:
Post a Comment