Friday, 15 January 2010

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa ta' Sant'Anton Abbati


Fuq stedina tal-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati li tinsab fl-inhawi maghrufa bhala ‘Tal-Qacca’ fix-Xaghra Ghawdex, il-Kor tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu bi thejjija ghall-Festa Liturgika ta’ San Anton Abbati. Din saret nhar il-Hamis 14 ta’ Jannar 2010 u kienet immexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marija Annunzjata f’Kercem.

Il-Knisja ta’ Sant’Anton ghandha rabtiet storici kbar mar-rahal tax-Xaghra tant li serviet bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali tal-lokalita’ bejn it-28 ta’ April 1688 – il-Jum tat-Twaqqif tal-Parrocca mill-Isqof Davide Cocco Palmeri – sas-sena 1692, meta l-parrocca mxiet ghall-Knisja l-gdida li l-ewwel giet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja u, aktar tard, lit-Twelid ta’ Marija Bambina. L-ewwel Kappillan li serva l-Parrocca taghna kien Dun Bernard Formosa li ha l-pusses tieghu fil-5 ta’ Gunju 1688, Jum il-Festa ta’ Corpus Christi.

Il-figura ta’ l-eremita qaddis Sant’Anton Abbati baqghet dejjem f’qalb il-poplu Xaghri tant li l-festa tieghu ghadha tigi ccelebrata bil-kbir kull sena fl-eqreb Hadd lejn is-17 ta’ Jannar li hija l-gurnata tal-festa liturgika tal-Qaddis. Din is-sena inzerta li l-festa esterna ser tkun qed tigi ccelebrata fl-istess gurnata tal-festa liturgika. Il-qofol tal-festa jintlahaq bil-Koncelebrazzjoni Solenni tal-Hadd filghaxija mmexxija minn Monsinjur Isqof ta’ Ghawdex u l-Purcissjoni Pontifikali li tintemm bit-tberik tradizzjonali ta’ l-annimali peress li Sant’Anton huwa l-protettur taghhom.

Il-Kor Nativitas kien partecipant fic-celebrazzjoni tat-Tridu fil-knisja ckejkna ddedikata lill-Qaddis. L-innijiet li gew esegwiti kienu dawn: ‘Innu lil Sant’Anton Abbati’ (muzika ta’ l-Assistent Direttur Ivan Attard), il-Quddiesa Cantate Domino (muzika ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi), ‘Irrid Niehu Sehem’ (Offertorju), ‘Il-ferh tassew’ (Tqarbin) u l-Innu popolari lil Sant’Anton Abbati (muzika ta’ Mro. Nazzareno Refalo). Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nawguraw il-festa t-tajba lix-Xaghrin kollha
b'mod partikolari dawk li joqoghdu fl-inhawi ta’ Sant’Anton!

No comments:

Post a Comment