Saturday, 23 January 2010

Il-Kor Nativitas ikanta f'Marsalforn fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' San Pawl, Patrun ta' Malta

Nhar il-Gimgha 22 ta’ Jannar 2010, Festa ta’ San Pubbliju l-Ewwel Isqof ta’ Malta, il-Kor Nativitas ippartecipa fic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar Jum tat-Tridu fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn. Il-Kor taghna huwa wiehed residenti f’Marsalforn tant li matul ir-rettorat tal-Kan. Dun Mikiel Borg, diga’ ippartecipa f’xejn inqas minn erba’ festi principali li jigu ccelebrati fil-Knisja – dawn huma l-Festa ta’ San Pawl f’Jannar 2009, il-funzjonijiet kollha relatati mat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid f’April 2009, il-Koncelebrazzjoni ta’ gheluq il-Kwaranturi Solenni nhar il-Hadd 23 ta’ Awwissu 2009 u l-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl li qed tigi ccelebrata f’dawn il-jiem.

Il-festi ta’ din is-sena huma specjali ghax qeghdin ifakkru l-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta’ l-Appostlu Missierna fil-gzejjer Maltin. Ghal din l-okkazjoni, l-Assistant Direttur tal-Kor, Ivan Attard, kiteb il-muzika ta’ Innu gdid bl-isem ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita’ ta’ Marsalforn’ u Antifona gdida bl-isem ‘Sanctae Paule Apostole’ biex jindaqqu fil-jiem tal-festa Pawlina f’Marsalforn. Il-partitura giet ipprezentata lir-Rettur tal-Knisja nhar il-Gimgha wara li ntemmet il-funzjoni tat-Tridu.

Fl-okkazjoni ta’ din il-festa, il-Kor Nativitas interpreta numru sabih ta’ innijiet liturgici fosthom l-Innu lill-Appostlu Missierna San Pawl, maghruf bhala l-Innu tac-Centinarju, miktub mis-Surmast Mro. Joseph Abela Scolaro fl-1960 fl-okkazjoni tad-dsatax-il centinarju min-Nawfragju. Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Kan. Dun Mario Borg. Wara l-Quddiesa, tkanta l-Innu l-gdid lil San Pawl ta’ Marsalforn u nghatat il-Barka Sagramentali.

Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Mikiel Borg ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna biex nippartecipaw fil-festa Pawlina f’Marsalforn u nawguraw lilu, u lil dawk kollha residenti f’Marsalforn, il-FESTA T-TAJBA!

No comments:

Post a Comment