Friday 30 April 2010

Servizzi tal-Kor Nativitas matul ix-xahar ta' Mejju 2010

Il-Kor Nativitas ser ikollu diversi impenji matul ix-xahar ta' Mejju 2010. Sa issa, is-servizzi li huma konfermati huma dawn li gejjin:
Il-Hadd 2 ta' Mejju 2010: Jum is-Solennita' ta' San Guzepp fil-Parrocca tax-Xaghra.
6.30pm: Hrug tal-Purcissjoni bl-istatwa artistika u devota ta' San Guzepp, Kon-Patrun tal-Parrocca. Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas isellmu lil dan il-Qaddis Kbir bil-kant tal-Innu Popolari 'Lil San Guzepp', kompozizzjoni ta' Mro. Mikiel Farrugia. Wara, il-Banda Victory takkumpanja l-purcissjoni solenni li tghaddi mit-toroq 28 ta' April 1688, San Guzepp, Knisja u Misrah il-Vitorja. Il-purcissjoni titmexxa minn Mons. Anton Refalo, Monsinjur tal-Kapitlu Katidrali.
L-Erbgha 5 ta' Mejju 2010: L-Ewwel Erbgha devozzjonali bi thejjija ghall-Ghid tal-Assunta.
5.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni tal-ftuh tal-Erbghat fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Matul dawn l-Erbghat, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju, sabiex janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun bi hsieb qasir dwar il-Vergni Marija fis-Sena li qed tfakkar il-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna ta' Pinu.
Is-Sibt 8 ta' Mejju 2010: Lejliet il-Festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna fil-Knisja taz-Zejt.
4.30pm: Fil-Knisja 'taz-Zejt' biswit ic-Cimiterju tal-Gharb, Quddiesa kantata ta' lejliet il-festa. Wara, tinghad il-Kurunella u Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni taghlaq bil-bews tar-relikwija.
L-Erbgha 12 ta' Mejju 2010: It-Tieni Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu.
L-Erbgha 19 ta' Mejju 2010: It-Tielet Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu.
Il-Hadd 23 ta' Mejju 2010: Jum is-Solennita' ta' Ghid il-Hamsin (Pentekoste).
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria).
L-Erbgha 26 ta' Mejju 2010: Ir-Raba' Erbgha ta' Santa Marija.
5.30pm: Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu.
Il-Hadd 30 ta' Mejju 2010: Jum is-Solennita' tat-Trinita' Qaddisa.
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria).
Inheggukom sabiex tattendi bi hgarkom ghal dawn ic-celebrazzjonijiet matul ix-xahar ta' Mejju li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas!

No comments:

Post a Comment