Nhar il-Hamis 26 ta’ Awwissu 2010, il-parrocca tax-Xaghra tat bidu ghall-festi specjali li ser ifakkru l-2025 Anniversarju mit-Twelid ta’ Marija Bambina, patruna taghna. Dan il-jum ser jibqa’ mnizzel b’ittri tad-deheb fl-istorja tar-rahal taghna ghax kien il-jum li, ghall-ewwel darba fl-istorja, ra pellegrinagg kbir bl-istatwa titulari ta’ Marija Bambina Inkurunata fit-toroq ta’ madwar il-Ggantija Plots.
Dan il-pellegrinagg sar bis-sehem tal-komunitajiet parrokkjali tal-Mellieha, Senglea u Naxxar ( Malta ) li kollha jgibu l-harsien ta’ Marija Bambina kif ukoll rapprezentanza mill-komunita’ li tattendi ghall-Quddies fil-Kappella tal-Vitorja f’Hal-Qormi. Ic-celebrazzjoni tal-Hamis filghaxija bdiet bil-Kant Solenni tal-Ghasar li tmexxa minn Kor massicc maghmul minn diversi elementi mill-parrocca tax-Xaghra u minn parrocci ohra Ghawdxin. Il-Kant tal-Ghasar kien alternat bejn melodiji polifonici b’erba’ vucijiet li gew interpretati mill-Kor taht id-direzzjoni tal-W.R. Dun Michael Curmi u l-melodija Gregorjana li hija l-parti tal-assemblea liturgika. L-akkumpanjament fuq l-orgni tal-Bazilika sar mis-Seminarista Mario Curmi.
Immedjatament wara l-Ghasar, ghall-habta tat-8.00pm, sar il-Hrug Solenni tal-Istatwa inkurunata ta’ Marija Bambina min-nicca taghha fost il-kant u l-ferh tal-poplu migbur. B’dan il-mod, inghata bidu ghall-pellegringg Marjan li fakkar l-2025 Sena mit-Twelid tal-Vergni Marija. Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas sellmu lir-Regina tal-Vittorji bil-Kant tal-Ave Maria u wara akkumpanjaw it-talba tar-Ruzarju bil-kant ta’ diversi innijiet Marjani popolari fosthom Quddiem Marija Bambina, Ejjew Infahhru lil Marija u l-Innu tal-Inkurunazzjoni. It-talba tar-Ruzarju giet konkluza bil-kant solenni tas-Salve Regina . Hekk kif il-purcissjoni waslet quddiem l-ufficini amministrattivi tal-Kunsill Lokali Xaghra, il-Banda Victory regghet semmghet il-hoss tal-istrumenti muzikali taghha f’tislima lil Marija Bambina waqt id-dhul trijonfali taghha fil-Bazilika Santwarju tax-Xaghrin kollha. L-assemblea liturgika waqt ir-Ruzarju kienet immexxija mill-Kantur Stefan Attard u minn Maria Attard. Il-Kor kien immexxi minn Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard.
Wara l-pellegrinagg, harsitna issa tinxtehet fuq il-Programm Vokali u Strumentali li ser jittella’ mill-Banda Victory tar-rahal taghna nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru 2010. Il-preparamenti jilhqu l-qofol taghhom matul il-gimgha li gejja biex inkunu nistghu nohorgu prodott tajjeb ghas-sodisfazzjon ta’ kulhadd. Inheggukom tinghaqdu maghna f’dawn ic-celebrazzjonijiet adunur il-patruna taghna Marija Bambina!!