Wednesday, 25 August 2010

Servizzi tal-Kor Nativitas ghal waqt il-jiem tal-festa titulari ta' Marija Bambina 2010


Il-Kor Nativitas ser ikun impenjat b'diversi servizzi relatati mal-festa titulari tat-Twelid ta' Marija Bambina li ser tigi ccelebrata fil-Parrocca tax-Xaghra bejn il-Hamis 26 ta' Awwissu u l-Erbgha 8 ta' Settembru, 2010. Is-servizzi li ghandna huma kif gej:

Il-Hamis 26 ta' Awwissu 2010: Jum il-Pellegrinagg il-Kbir li jfakkar l-2025 Anniversarju mit-Twelid ta' Marija Bambina.

8.15pm: Hrug tal-istatwa titulari ta' Marija Bambina Inkurunata fil-bieb tal-Bazilika. Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas isellmu lis-Sultana tal-Vittorji bil-kant tal-'Ave Maria'.

Waqt li l-purcissjoni solenni tghaddi mit-toroq principali tar-rahal taghna, il-Kor ser janima lill-kongregazzjoni prezenti bil-kant ta' diversi innijiet Marjani popolari filwaqt li tigi recitata t-Talba tar-Ruzarju bis-sehem tal-Parrocci tal-Isla, Mellieha u Naxxar Malta.

9.30pm: Malli l-istatwa titulari tasal quddiem l-ufficini tal-Kunsill Lokali, il-Banda Victory takkumpanja l-ahhar parti tal-pellegrinagg Marjan bid-daqq ta' diversi innijiet popolari sakemm l-istatwa titulari tiddahhal lura sollennament fis-Santwarju taghha fejn isir il-Kant tal-Antifona Nativitas Tua tas-Surmast Bugeja u tinghata l-Barka Sagramentali.


Bejn is-Sibt 28 ta' Awwissu 2010 u l-Erbgha 1 ta' Settembru: Jiem tan-Novena.

7.30pm: Rapprezentanza mill-Kor Nativitas tinghaqad ma' koristi ohrajn mill-parrocca taghna biex janimaw il-Quddiesa ta' filghaxija bil-prietka tan-Novena mill-Kan. On. Dun Eddie Zammit, Rettur tal-Knisja tar-Raghaj it-Tajjeb f'Tac-Cawla (Victoria Ghawdex). Il-Kor u l-orkestrina li tanima c-celebrazzjoni jitmexxew mill-W.R. Dun Michael Curmi.


Il-Gimgha 3 ta' Settembru 2010:

9.30pm: Il-Banda Victory u l-Kor Nativitas jesegwixxu Programm Vokali u Strumentali fl-okkazjoni tal-festa titulari fuq il-plancier f'Misrah il-Vitorja. Prezenti ghal dan il-Kuncert ser ikun hemm il-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma' rapprezentanza tal-W.R. Kapitlu Kolleggjali tal-parrocca taghna, is-Sindku s-Sur Joseph Cordina flimkien ma' rapprezentanza mill-Kunsill Lokali Xaghra u diversi dinjitarji ohra. Kulhadd huwa mistieden biex jattendi ghal din l-attivita' kulturali.


Bejn is-Sibt 4 u t-Tnejn 6 ta' Settembru 2010: Jiem tat-Tridu Solenni.

7.00pm: Il-Kor Nativitas flimkien mal-Kor tal-Abbatini tal-Parrocca janimaw ic-Celebrazzjoni tal-Ghasar Solenni bis-sehem tal-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata taghna u wara janimaw il-Quddiesa bil-prietka tat-Tridu.


It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010: Lejliet il-festa titulari.

9.00am: Delegazzjoni mill-Kor Nativitas tattendi ghall-Quddiesa Solenni ta' lejliet il-festa bil-Kant tat-Te Deum u wara tippartecipa fil-Programm Kommemorattiv li jfakkar l-Assedji ta' Malta u l-protezzjoni ta' Marija Bambina fuq il-gzejjer taghna. Din ic-cerimonja tintemm bit-tqeghid ta' kuruni f'riglejn il-Monument tal-Assedji f'Misrah il-Vitorja.


L-Erbgha 8 ta' Settembru 2010: Jum is-Solennita' Liturgika tat-Twelid ta' Marija Bambina.

9.30am: Il-Kor Nativitas janima l-Quddiesa ta' jum il-festa li ssir fis-Sala "Dun Alwig Camilleri" fil-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory. Il-Quddiesa titmexxa mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Cini.

7.00pm: Hrug tal-purcissjoni bl-istatwa titulari mill-Bazilika. Il-Banda Victory flimkien mal-Kor Nativitas isellmu lil Marija Bambina bil-Kant tal-Innu immortali 'Hdejn in-Nieqa ta' Marija', kompozizzjoni ta' Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-Kan. Kav. Dun Giljan Refalo Rapa bis-sehem tas-solisti.


Kulhadd huwa mheggeg sabiex jattendi ghal dawn is-servizzi taghna fl-okkazjoni tal-festa ta' Marija Bambina. Minn qalbna, nixtiqulkom ilkoll FESTA TAJBA
li tkompli tqarribna dejjem aktar lejn l-Omm taghna tas-sema!

No comments:

Post a Comment