Nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2010, Lejliet is-Solennita’ tat-Tlugh tal-Vergni Mqaddsa Marija fis-sema, il-Kor Nativitas flimkien ma’ koristi ohrajn minn diversi parrocci f’Ghawdex anima c-Celebrazzjoni tal-Vgili li saret fuq bazi Djocesana fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Din il-Velja ta’ sahra u talb tmexxiet mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti li ngabru f’Ta’ Pinu ghal din l-okkazjoni.
Il-Velja bdiet ghall-habta tat-8.15pm permezz ta’ Purcissjoni qasira bil-kwadru-replika tal-Madonna ta’ Pinu. Din is-sena, il-Velja ta’ Santa Marija hadet format specjali peress li fakkarna l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu – il-kwadru li juri l-Misteru tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija – u s-60 Anniversarju mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta nhar l-1 ta’ Novembru, 1950. Fl-ewwel parti ta’ din ic-celebrazzjoni msejha s-‘SAHRA’ gew recitati wkoll is-Salmi tal-Knisja Occidentali biex hekk intweriet aktar fid-dieher l-universalita’ tas-Solennita’ tal-lum. Il-Vgili ntemmet bil-Kant tal-Innu ‘L-Ghid tal-Assunta’ li jispjega l-kobor tal-jum tal-15 ta’ Awwissu.
Immedjatament wara, bdiet il-Koncelebrazzjoni Pontifikali li matulha giet iccelebrata l-Liturgija tal-Quddiesa tal-Vgili ta’ din is-Solennita’ Marjana. Il-Kor numeruz esegwixxa l-Missa Pastorale tas-Surmast Xaghri, Mro. Nazzareno Refalo, u diversi innijiet popolari ohrajn. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard. L-attivita’ kienet imxandra fuq Radju Marija ghall-beneficcju tal-morda u l-anzjani fi djarhom.
No comments:
Post a Comment