Nhar l-Erbgha 11 ta’ Awwissu, l-Ewwel Jum tat-Tridu bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija, intemmu l-Hmistax-il Erbgha ta’ devozzjoni li gew iccelebrati bhal kull sena fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.
Matul dawn l-Erbghat li bdew fil-5 ta’ Mejju li ghadda, il-Kor Nativitas gie mistieden mir-Rettur Dun Gerard Buhagiar sabiex janima l-Quddiesa tal-5.30pm li kienet tixxandar dirett fuq Radju Marija. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li l-Kor taghna ta dan is-servizz lill-insara li kienu jingabru regolarment f’riglejn il-Madonna f’dan is-Santwarju ewlieni taghha fi gziritna. L-omeliji li saru f’din il-Quddiesa kienu kollha marbuta mal-grajja tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari li sehhet fl-20 ta’ Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Lepicier. Ic-celebranti kienu l-W.R. Mons . Lawrenz Sciberras ghall-ewwel seba’ Erbghat u l-W.R. Kan. Carmelo Curmi ghat-tmien Erbghat li kien fadal.
It-thejjija spiritwali ghal din l-akbar Festa Marjana li ghandha l-Knisja tilhaq l-apici taghha nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu bil-Velja li ssir fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ Pinu. Din il-Velja ser tkun tikkonsisti f’purcissjoni bil-kwadru-replika tal-Madonna ta’ Pinu, kant tas-salmi, qari mill-Iskrittura u Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons . Mario Grech, Isqof Djocesan. Il-Kor Nativitas flimkien ma’ koristi minn diversi parrocci Ghawdxin ser janima din ic-celebrazzjoni Marjana.
Inheggu lil kulhadd sabiex inqaddsu l-Lejl qaddis ta’ Marija Assunta bil-partecipazzjoni taghna f’din il-Velja!
No comments:
Post a Comment