Wednesday 6 October 2010

Il-Kor Nativitas janima t-Tridu Solenni f'gieh San Frangisk ta' Assisi

Bejn il-Hamis 30 ta’ Settembru u s-Sibt 2 ta’ Ottubru 2010 inzamm it-Tridu ta’ preparazzjoni spiritwali bi thejjija ghas-Solennita’ ta’ San Frangisk ta’ Assisi, Fundatur tat-Tliet Ordnijiet Frangiskani. Din il-festa tinzamm b’ghozza kbira fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-qalba tal-Belt Victoria.


Ghal sena ohra konsekuttiva, il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima l-Liturgija tat-Tridu f’gieh il-Fqajjar ta’ Assisi. Ghal din l-okkazjoni gew esegwiti diversi innijiet liturgici li fihom setghet tippartecipa l-kongregazzjoni li ngabret numeruza ghal dawn il-prietki ta’ spiritwalita’. Ic-celebrazzjoni kienet tintemm bil-Kant tal-Antifona u Benedizzjoni Sagramentali. Il-Kor, kompost minn elementi mill-parrocca tax-Xaghra u ohrajn mill-istess komunita’ Frangiskana, kien taht id-direzzjoni tas-Sur Ivan Attard.


No comments:

Post a Comment