Wednesday 29 September 2010

Tithabbar ir-rizenja ta’ Silvana Agius minn Direttrici u membru tal-Kor: Il-Kor Nativitas b’Direttur muzikali gdid

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Settembru 2010, thabbret b’mod ufficjali r-rizenja tas-Sinjura Silvana Agius minn Direttrici u membru attiv tal-Kor Nativitas. Din ir-rizenja fissret it-tmiem ta’ hdax-il sena ta’ storja ghall-Kor tal-Banda Victory u bidu ta’ kapitlu gdid f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ direzzjoni muzikali tal-istess Kor. Silvana Agius ilha taghti s-servizz taghha bhala Korista fil-Kor taghna ghal dawn l-ahhar hdax-il sena (jigifieri sa mis-sena 1999) u giet appuntata Direttrici tal-Kor Nativitas f’Gunju 2006 wara r-rizenja tad-Direttur precedenti, il-W.R. Dun Michael Curmi. Matul is-snin li ilha tmexxi dan il-Kor, gew mahluqa diversi inizjattivi li permezz taghhom il-Kor beda jinvolvi ruhu aktar f’diversi festi u celebrazzjonijiet li saru fil-gzira taghna. Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjawha tal-hidma taghha b’rizq il-Kor Nativitas.

Sadanittant, b’votazzjoni unanima, il-Kumitat tal-Banda Victory hatar lis-Sur Ivan Attard bhala d-Direttur il-gdid tal-Kor Nativitas. Is-Sur Attard ilu jaghti s-servizz tieghu bhala Assistent Direttur u organista ufficjali tal-istess Kor sa minn Jannar 2008. Il-hatra tieghu bhala Direttur tal-Kor mhi xejn ghajr turija ta’ fiducja li l-Kumitat ghandu fis-Sur Attard u b’sens ta’ apprezzament u rikonoxximent ghas-servizz kontinwu li hu jaghti lid-diversi ferghat tal-Banda tax-Xaghra. Minn qalbna, nifirhulu f’din il-kariga gdida u nawgurawlu kull success flimkien mal-Kor Nativitas. L-ewwel okkazjoni li fiha s-Sur Ivan Attard ser ikun qed jidderiegi l-Kor hija propju fit-Tridu Solenni f’gieh San Frangisk ta’ Assisi li jibda nhar il-Hamis 30 ta’ Settembru u jintemm nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru. Il-Quddiesa kantata tibda fis-6.30pm fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria.

AD MULTOS ANNOS!!

No comments:

Post a Comment